Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2153

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2153 tal-20 ta' Novembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ĠU L 304, 21.11.2017, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2153/oj

21.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2153

tal-20 ta' Novembru 2017

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Wara li ġew organizzati mill-Federazzjoni Russa elezzjonijiet tal-gvernaturi fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol fl-10 ta' Settembru 2017, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li tiżdied persuna mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuna elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. REPS


(1)   ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“161.

Dmitry Vladimirovich OVSYANNIKOV

(Дмитрий Владимирович Овсянников)

Data tat-twelid: 21.2.1977

Post tat-Twelid: Omsk, USSR

‘Gvernatur ta' Sevastopol’.

Ovsyannikov ġie elett bħala l-‘Gvernatur ta' Sevastopol’ fl-elezzjonijiet tal-10 ta' Settembru 2017 organizzati mill-Federazzjoni Russa fil-belt annessa illegalment ta' Sevastopol.

Fit-28 ta' Lulju 2016, il-President Putin ħatru bħala Aġent ‘Gvernatur ta' Sevastopol’. F'din il-kapaċità, huwa ħadem għal aktar integrazzjoni tal-peniżola annessa illegalment tal-Krimea fi ħdan il-Federazzjoni Russa, u għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-2017 għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi b'appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u fl-anniversarju tar-‘referendum’ illegali tal-Krimea. Huwa ikkommemora l-veterani tal-hekk imsejħa ‘unitajiet ta' awtodifiża’ li ffaċilitaw l-iskjerament ta' forzi Russi fil-peniżola tal-Krimea qabel ma saret l-annessjoni illegali tagħha mill-Federazzjoni Russa, u appella biex Sevastopol issir il-Kapitali tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa.

21.11.2017”


Top