This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0219
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/219 of 8 February 2017 concerning the authorisation of a preparation of Bacillus subtilis (DSM 27273) as a feed additive for weaned piglets and weaned minor porcine species (holder of authorisation Chr. Hansen A/S) (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/219 tat-8 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/219 tat-8 ta' Frar 2017 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/0599
ĠU L 34, 9.2.2017, p. 18–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/219
tat-8 ta' Frar 2017
dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u għall-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tirrigwarda l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-20 ta' Ottubru 2015 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Ġie konkluż ukoll li l-preparazzjoni għandha potenzjal li ttejjeb il-prestazzjoni fil-ħnienes miftuma. Din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għall-ispeċijiet minuri ta' porċini miftuma meta l-addittiv jintuża fl-istess doża. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus subtilis (DSM 27273) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2015;13(11):4269.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||
CFU/unitajiet tas-sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li jkun hemm fil-musrana |
|||||||||||||||||
4b1826 |
Chr.Hansen A/S |
Bacillus subtilis DSM 27273 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 27273 li fiha minimu ta' 1,6 × 109 CFU/g ta' addittiv Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Spori vijabbli tal-Bacillus subtilis DSM 27273 Metodu analitiku (1) Identifikazzjoni u enumerazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 27273 fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:
|
Ħnienes miftuma |
— |
4 × 108 |
— |
|
L-1 ta' Marzu 2027 |
||||||||
Speċijiet minuri ta' porċini miftuma |
— |
4 × 108 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports