This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0217
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/217 of 5 December 2016 amending Annex II to Regulation (EU) No 978/2012 of the European Parliament and of the Council applying a scheme of generalised tariff preferences
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/217 tal-5 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/217 tal-5 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
C/2016/7809
ĠU L 34, 9.2.2017, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/7 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/217
tal-5 ta' Diċembru 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti tal-preferenzi tariffarji skont l-arranġament ġenerali tal-Iskema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (“SĠP”). |
(2) |
Il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jipprovdu li jenħtieġ li, pajjiż li jkun ġie kklassifikat mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul għoli jew bi dħul medju għal tliet snin konsekuttivi, jew pajjiż li jibbenefika minn arranġament ta' aċċess preferenzjali għas-suq li jipprovdi l-istess preferenzi tariffarji bħall-SĠP, jew aħjar, sostanzjalment għall-kummerċ kollu, rispettivament, ma jibbenefikax mill-SĠP. |
(3) |
Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP ġenerali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, hija stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jipprevedi li l-Anness II għandu jiġi rieżaminat sal-1 ta' Jannar ta' kull sena. Ir-rieżami għandu jikkunsidra bidliet ekonomiċi, l-iżvilupp jew il-kundizzjonijiet kummerċjali tal-pajjiżi benefiċjarji f'relazzjoni mal-kriterji mniżżla fl-Artikolu 4. |
(4) |
Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, pajjiż benefiċjarju tal-SĠP u l-operaturi ekonomiċi għandhom jingħataw biżżejjed żmien għal adattament ordnat għal reviżjoni tal-istatus tal-SĠP tal-pajjiż. Għalhekk, l-arranġament tal-SĠP ikompli għal sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' bidla fl-istatus ta' pajjiż kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) u għal sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' arranġament għal aċċess preferenzjali għas-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b). |
(5) |
It-Tonga ġiet ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju superjuri fl-2013, l-2014 u l-2015. Għalhekk, it-Tonga tneħħiet mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 mill-1 ta' Jannar 2017 skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1979 (2). Fl-2016, madankollu, it-Tonga ġiet ikklassifikata mill-Bank Dinji bħala pajjiż bi dħul medju inferjuri. Għalhekk, it-Tonga jinħtieġ li titniżżel mill-ġdid fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, b'effett mill-1 ta' Jannar 2017. |
(6) |
L-implimentazzjoni ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), iffirmata bejn l-Unjoni u l-Ukraina fis-27 ta' Ġunju 2014, bħala parti mill-attivitajiet usa' ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni, ġiet applikata b'mod proviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Billi d-DCFTA tipprovdi aktar preferenzi tariffarji bħall-SĠP sostanzjalment għall-kummerċ kollu, jenħtieġ li l-Ukrajna titneħħa mil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP fl-Anness II b'applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament (UE) Nru 978/2012
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-kodiċi alfabetiku u l-pajjiż korrispondenti jiddaħħlu fil-kolonni A u B, rispettivament:
|
(2) |
Il-kodiċi alfabetiku u l-pajjiż korrispondenti jiġu mħassra mill-kolonni A u B, rispettivament:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1) jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
L-Artikolu 1(2) jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1979 tat-28 ta' Awwissu 2015 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 3).