This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017A0114(01)
Comprehensive Economic and Trade Agreement (CETA) between Canada, of the one part, and the European Union and its Member States, of the other part
Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23–1079
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/37/oj
14.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/23 |
FTEHIM EKONOMIKU U KUMMERĊJALI KOMPRENSIV (CETA)
bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
IL-KANADA,
minn naħa waħda, u
L-UNJONI EWROPEA,
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUPPLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-ISVEZJA,
u
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem imsejħa konġuntament “il-Partijiet”,
jiddeterminaw li:
IKOMPLU jsaħħu r-relazzjoni ekonomika mill-qrib ta' bejniethom u jibnu fuq id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom skont il-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, magħmul fil-15 ta' April 1994, u strumenti multilaterali u bilaterali oħra ta' kooperazzjoni;
JOĦOLQU suq akbar u sikur għall-prodotti u s-servizzi tagħhom permezz tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' ostakli għall-kummerċ u l-investiment;
JISTABBILIXXU regoli ċari, trasparenti, prevedibbli u ta' vantaġġ reċiproku sabiex jirregolaw il-kummerċ u l-investiment tagħhom;
KIF UKOLL,
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID ir-rabta b'saħħitha tagħhom għad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali kif stabbiliti f'Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li saret f'Pariġi fl-10 ta' Diċembru 1948, u jikkondividu l-fehma li l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva tippreżenta theddida kbira għas-sigurtà internazzjonali;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tas-sigurtà internazzjonali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt għall-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali u l-kooperazzjoni ekonomika;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim iħarsu d-dritt tal-Partijiet li jirregolaw fit-territorji tagħhom u l-flessibbiltà tal-Partijiet li jiksbu l-għanijiet ta' politika leġittimi, bħas-saħħa pubblika, is-sikurezza, l-ambjent, il-morali pubblika, u l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali;
FILWAQT LI JAFFERMAW l-impenji tagħhom bħala Partijiet għall-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li saret f'Pariġi fl-20 ta' Ottubru 2005, u jirrikonoxxu li l-Istati għandhom id-dritt li jħarsu, jiżviluppaw u jimplimentaw il-politiki kulturali tagħhom, biex jappoġġaw l-industriji kulturali tagħhom bl-għan li tissaħħaħ id-diversità tal-espressjonijiet kulturali, u titħares l-identità kulturali tagħhom, inkluż permezz tal-użu ta' miżuri regolatorji u ta' appoġġ finanzjarju;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jipproteġu l-investimenti u l-investituri fir-rigward tal-investimenti tagħhom, u huma maħsuba biex jistimulaw l-attività kummerċjali ta' benefiċċju reċiproku, mingħajr ma jiddgħajjef id-dritt tal-Partijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku fit-territorji tagħhom;
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b'tali mod li jsir kontribut għal żvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu;
FILWAQT LI JINKORAĠĠIXXU lill-intrapriżi li joperaw fit-territorju tagħhom jew li huma suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirrispettaw il-linji gwida u l-prinċipji ta' responsabbiltà soċjali korporattiva rikonoxxuti internazzjonalment, inkluż il-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, u biex isegwu l-aħjar prattiki ta' kondotta responsabbli fin-negozju;
FILWAQT LI JIMPLIMENTAW dan il-Ftehim b'mod konsistenti mal-infurzar tal-liġijiet rispettivi tagħhom dwar ix-xogħol u l-ambjent u li jtejjeb il-livelli tagħhom ta' protezzjoni ambjentali u tax-xogħol, u li jibni fuq l-impenji internazzjonali tagħhom dwar kwistjonijiet ambjentali u tax-xogħol;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU r-rabta qawwija li hemm bejn l-innovazzjoni u l-kummerċ, u l-importanza tal-innovazzjoni għat-tkabbir ekonomiku tal-ġejjieni, u jaffermaw l-impenn tagħhom biex jinkoraġġixxu l-espansjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni, kif ukoll fl-oqsma relatati ta' riċerka u żvilupp u x-xjenza u t-teknoloġija, u biex jippromwovu l-involviment ta' entitajiet relevanti tas-settur pubbliku u dak privat;
QABLU KIF ĠEJ:
KAPITOLU WIEĦED
Definizzjonijiet ġenerali u dispożizzjonijiet inizjali
Artikolu 1.1
Definizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim u sakemm mhux speċifikat mod ieħor:
|
deċiżjoni amministrattiva ta' applikazzjoni ġenerali tfisser deċiżjoni amministrattiva li tapplika għall-persuni u għas-sitwazzjonijiet fattwali kollha li ġeneralment jaqgħu fl-ambitu tagħha u li tistabbilixxi norma ta' kondotta iżda ma tinkludix:
|
|
Ftehim dwar l-Agrikoltura tfisser il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, inkluż fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
prodott agrikolu tfisser prodott elenkat fl-Anness 1 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura; |
|
Ftehim Antidumping tfisser il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
Punti ta' kuntatt CETA tfisser punti ta' kuntatt stabbiliti skont l-Artikolu 26.5 (Punti ta' kuntatt CETA); |
|
Kumitat Konġunt CETA tfisser il-Kumitat Konġunt CETA stabbilit skont l-Artikolu 26.1 (il-Kumitat Konġunt CETA); |
|
CPC tfisser il-Klassifika Ċentrali tal-Prodotti kif stabbilita fl-Uffiċċju tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti, id-Dokumenti dwar l-Istatistika, Sensiela M, No 77, CPC prov, 1991; |
|
industrija kulturali tfisser persuni involuti:
|
|
dazju doganali tfisser dazju jew imposta ta' kwalunkwe għamla fuq l-importazzjoni ta' prodott jew b'rabta magħha, inkluż forma ta' soprataxxa imposta fuq tali importazzjoni jew b'rabta magħha, iżda li ma tinkludix:
|
|
Ftehim dwar l-Evalwazzjoni Doganali tfisser il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
jiem tfisser jiem kalendarji, inklużi tmiem il-ġimgħa u l-festi; |
|
DSU tfisser Qbil dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim, li jinsab fl-Anness 2 tal-Ftehim tad-WTO; |
|
intrapriża tfisser entità kostitwita jew organizzata taħt il-liġi applikabbli, kemm jekk għall-profitt kif ukoll jekk le, u kemm jekk bi sjieda jew kontroll privat jew tal-gvern, inkluża korporazzjoni, fiduċjarja, soċjetà, intrapriża individwali, intrapriża konġunta jew assoċjazzjoni oħra; |
|
eżistenti tfisser b'effett fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim; |
|
GATS tfisser il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, inkluż fl-Anness 1B tal-Ftehim tad-WTO; |
|
GATT 1994 tfisser il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, inkluż fl-Anness 1 A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
prodotti ta' Parti tfisser prodotti domestiċi kif mifhum fil-GATT 1994 jew tali prodotti kif il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu, u tinkludi l-prodotti ta' oriġini ta' dik il-Parti; |
|
Sistema Armonizzata (SA) tfisser is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija, inklużi r-Regoli Ġenerali ta' Interpretazzjoni, in-Noti tat-Taqsimiet, in-Noti tal-Kapitoli u n-noti tas-subintestaturi tagħha; |
|
intestatura tfisser numru b'erba' ċifri jew l-ewwel erba' ċifri ta' numru użat fin-nomenklatura tas-SA; |
|
miżura tfisser liġi, regolament, regola, proċedura, deċiżjoni, azzjoni amministrattiva, rekwiżit, prassi jew kwalunkwe forma oħra ta' miżura minn Parti; |
|
nazzjonal tfisser persuna fiżika li hija ċittadin kif definit fl-Artikolu 1.2, jew li hija resident permanenti ta' Parti; |
|
oriġinarju tfisser li jikkwalifika taħt ir-regoli ta' oriġini kif stabbilit fil-Protokoll dwar ir-Regoli ta' Oriġini u l-Proċeduri ta' Oriġini; |
|
Partiijiet tfisser, minn naħa waħda, l-Unjoni Ewropew jew l-Istati Membri tagħha jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-oqsma rispettivi tagħhom ta' kompetenza kif joħroġ mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem msejħa l-“Parti tal-UE”), u min-naħa l-oħra, il-Kanada; |
|
persuna tfisser persuna fiżika jew intrapriża; |
|
persuna ta' Parti tfisser nazzjonal jew intrapriża ta' Parti; |
|
trattament tariffarju preferenzjali tfisser l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju skont dan il-Ftehim għal prodott orġinarju skont l-iskeda tal-eliminazzjoni tat-tariffi; |
|
Ftehim ta' Salvagwardji tfisser il-Ftehim dwar is-Salvagwardji, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
miżura sanitarja jew fitosanitarja tfisser miżura kif imsemmija fl-Anness A, il-paragrafu 1 tal-Ftehim SPS; |
|
Ftehim SCM tfisser il-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
fornitur tas-servizzi tfisser persuna li tforni jew tfittex li tforni servizz; |
|
Ftehim SPS tfisser il-Ftehim dwar l-Applikazzjoni ta' Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
intrapriża tal-istat tfisser intrapriża bi sjieda jew kontroll ta' Parti; |
|
intestatura tfisser numru b'sitt ċifri jew l-ewwel sitt ċifri ta' numru użat fin-nomenklatura tas-SA; |
|
klassifikazzjoni tariffarja tfisser il-klassifikazzjoni ta' prodott jew materjal taħt kapitolu, intestatura jew subintestatura tas-SA; |
|
skeda tal-eliminazzjoni tat-tariffi tfisser l-Anness 2-A (Eliminazzjoni tat-tariffi); |
|
Ftehim TBT tfisser il-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ, li jinsab fl-Anness 1A tal-Ftehim tad-WTO; |
|
territorju tfisser it-territorju fejn japplika dan il-Ftehim kif stipulat fl-Artikolu 1.3; |
|
pajjiż terz tfisser pajjiż jew territorju barra mill-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku ta' dan il-Ftehim; |
|
Ftehim TRIPS tfisser il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, li jinsab fl-Anness 1C tal-Ftehim tad-WTO; |
|
Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati tfisser il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, magħmula fi Vjenna fit-23 ta' Mejju 1969; |
|
WTO tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; kif ukoll |
|
Ftehim tad-WTO tfisser il-Ftehim ta' Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, magħmul fil-15 ta' April 1994; |
Artikolu 1.2
Definizzjonijiet speċifiċi għall-partijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor:
|
ċittadin tfisser:
|
|
gvern ċentrali tfisser:
|
Artikolu 1.3
Kamp ta' applikazzjoni ġeografiku
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, dan il-Ftehim japplika:
(a) |
fir-rigward tal-Kanada:
|
(b) |
fir-rigward tal-Unjoni Ewropea, għat-territorji li fihom jiġu applikati t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati; Rigward id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-trattament tariffarju tal-prodotti, dan il-Ftehim japplika wkoll għal dawk iż-żoni tat-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea li mhumiex koperti mill-ewwel sentenza ta' dan is-subparagrafu. |
Artikolu 1.4
Stabbiliment ta' żona ta' kummerċ ħieles
Il-Partijiet b'dan jistabbilixxu żona ta' kummerċ ħieles, b'konformità mal-Artikolu XXIV tal-GATT 1994 u l-Artikolu V tal-GATS.
Artikolu 1.5
Ir-relazzjoni mal-Ftehim tal-GATT u ma' ftehimiet oħra
Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom lejn xulxin skont il-Ftehim tad-WTO u ftehimiet oħra li huma parti għalihom.
Artikolu 1.6
Referenza għal ftehimiet oħra
Meta dan il-Ftehim jirreferi għal jew jinkorpora permezz ta' referenza ftehimiet jew strumenti legali oħra kollha jew parti minnhom, dawn ir-referenzi jinkludu:
(a) |
annessi, protokolli, noti ta' qiegħ il-paġna, noti interpretattivi u noti ta' spjegazzjoni relatati; kif ukoll |
(b) |
ftehimiet sussegwenti li għalihom il-Partijiet ikunu parti jew emendi li jkunu vinkolanti fuq il-Partijiet, ħlief meta r-referenza tafferma drittijiet eżistenti. |
Artikolu 1.7
Referenza għal liġijiet
Meta dan il-Ftehim jirreferi għal liġijiet, jew b'mod ġenerali jew permezz ta' referenza għal statut, regolament jew direttiva speċifika, ir-referenza hija għal-liġijiet, kif jistgħu jiġu emendati, sakemm mhux indikat mod ieħor.
Artikolu 1.8
Limitu tal-obbligi
1. Kull Parti hija responsabbli għal kollox li tosserva d-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim.
2. Kull Parti għandha tiżgura li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tagħti effetti lid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, inkluż l-osservanza f'kull livell governattiv.
Artikolu 1.9
Drittijiet u obbligi rigward l-ilma
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-ilma fl-istat naturali tiegħu, inkluż l-ilma tal-għadajjar, tax-xmajjar, tal-ġwiebi, tal-ħażniet tal-ilma (ta' taħt l-art) u tal-baċiri tal-ilma, mhuwiex oġġett jew prodott. Għaldaqstant, huma biss il-Kapitoli Tnejn u Għoxrin (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) u Erbgħa u Għoxrin (Kummerċ u Ambjent) li japplikaw għal tali ilma.
2. Kull Parti għandha d-dritt li tipproteġi u tippreżerva r-riżorsi tal-ilma naturali tagħha. Xejn f'dan il-Ftehim ma jobbliga lil xi Parti biex tippermetti l-użu kummerċjali tal-ilma għal xi raġuni partikolari, inkluż l-irtirar, l-estrazzjoni jew id-diversifikazzjoni tiegħu għall-esportazzjoni bl-ingrossa.
3. Jekk Parti tippermetti l-użu kummerċjali ta' sors speċifiku tal-ilma, dan tagħmlu b'manjiera konsistenti ma' dan il-Ftehim.
Artikolu 1.10
Persuni li jħaddmu awtorità delegata mill-gvern
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan il-Ftehim, kull Parti tiżgura li persuna li tkun ġiet delegata awtorità regolatorja, amministrattiva jew governattiva oħra minn Parti, f'kwalunkwe livell ta' gvern, taġixxi skont l-obbligi tal-Parti kif stabbiliti f'dan il-Ftehim fit-tħaddim ta' dik l-awtorità.
KAPITOLU TNEJN
It-trattament nazzjonali u l-aċċess tas-suq għall-prodotti
Artikolu 2.1
Objettiv
Il-Partijiet għandhom progressivament jilliberalizzaw il-kummerċ fil-prodotti b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim fuq perjodu tranżitorju li jibda mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 2.2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu japplika għall-kummerċ fil-prodotti ta' Parti, kif definit fil-Kapitolu 1 (Definizzjonijiet Ġenerali u Dispożizzjonijiet Inizjali), sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim.
Artikolu 2.3
Trattament nazzjonali
1. Kull Parti għandha tagħti trattament nazzjonali lill-prodotti tal-Parti l-oħra f'konformità mal-Artikolu III tal-GATT 1994. Għal dan l-għan, l-Artikolu III tal-GATT 1994 huwa inkorporat f'dan il-Ftehim u magħmul parti minnu.
2. Il-paragrafu 1 ifisser, fir-rigward ta' gvern fil-Kanada li mhuwiex fil-livell federali, jew fir-rigward ta' gvern ta' jew fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti minn dak il-gvern lil prodotti simili, direttament kompetittivi jew sostitwibbli tal-Kanada jew tal-Istat Membru, rispettivament.
3. Dan l-Artikolu ma japplikax għal miżura, inkluż il-kontinwazzjoni ta' miżura, it-tiġdid jew emenda fil-pront, fir-rigward tad-dazji tas-sisa tal-Kanada dwar l-alkoħol assolut, kif elenkat taħt il-linja tariffarja 2207 10 90 fl-Iskeda ta' Konċessjonijiet tal-Kanada (Skeda V) annessa mal-Protokoll ta' Marrakesh mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, magħmul fil-15 ta' April 1994 (il-“Protokoll ta' Marrakesh”), użat fil-manifattura skont id-dispożizzjonijiet tal-Att tas-Sisa, 2001, S.C. 2002, c. 22.
Artikolu 2.4
Tnaqqis u eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq l-importazzjonijiet
1. Kull Parti għandha tnaqqas jew telimina d-dazji doganali fuq il-prodotti li joriġinaw f'waħda mill-Partijiet skont l-iskedi tal-eliminazzjoni tat-tariffi fl-Anness 2-A. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “oriġinarju” tfisser li joriġina f'waħda mill-Partijiet skont ir-regoli ta' oriġini kif stabbiliti fil-Protokoll dwar ir-regoli ta' oriġini u l-proċeduri tal-oriġini.
2. Għal kull prodott, ir-rata bażi tad-dazji doganali li suċċessivament japplika tnaqqis għaliha skont il-paragrafu 1, għandha tkun dik speċifikata fl-Anness 2-A.
3. Għal prodotti li huma suġġetti għal preferenzi tariffarji kif elenkati fl-iskeda tal-eliminazzjoni tat-tariffi ta' Parti fl-Anness 2-A ta' Parti, kull Parti għandha tapplika għall-prodotti oriġinarji tal-Parti l-oħra d-dazji doganali l-aktar baxxi li jirriżultaw minn tqabbil bejn ir-rata kkalkulata skont l-Iskeda ta' dik il-Parti u r-rata applikata tan-Nazzjon l-Aktar Iffavorit (“Most-Favoured-Nation” (“MFN”)).
4. Fuq talba ta' Parti, il-Partijiet jistgħu jikkonsultaw sabiex jikkunsidraw it-tħaffif u t-twessiegħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet bejn il-Partijiet. Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt CETA dwar l-aċċelerazzjoni jew l-eliminazzjoni ta' dazju doganali fuq prodott għandha tieħu post kwalunkwe rata doganali jew kategorija tal-fażi ddeterminata skont l-Iskedi tal-Partijiet fl-Anness 2-A għal dak il-prodott meta tkun approvata minn kull Parti b'konformità mal-proċeduri legali applikabbli tagħha.
Artikolu 2.5
Restrizzjonijiet fuq rifużjoni tad-dazju, differiment tad-dazju u programmi ta' sospensjoni tad-dazju
1. Soġġett għall-paragrafi 2 u 3, Parti ma għandhiex tagħti rifużjoni, tiddeferixxi jew tissospendi dazju doganali jew ħlas pagabbli fuq prodott mhux oriġinarju importat fit-territorju tagħha bil-kundizzjoni espressa li dak il-prodott, jew sostitut ekwivalenti, identiku jew simili, jintuża bħala materjal fil-produzzjoni ta' prodott ieħor li sussegwentement jiġi esportat għat-territorju tal-Parti l-oħra taħt trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim.
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax għar-reġim ta' tnaqqis, sospensjoni jew remissjoni tat-tariffa ta' Parti, la permanenti u lanqas temporanja, jekk it-tnaqqis, is-sospensjoni jew ir-remissjoni ma jkunux espressament bil-kundizzjoni tal-esportazzjoni ta' prodott.
3. Il-paragrafu 1 ma japplikax qabel tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 2.6
Dazji, taxxi jew tariffi u ħlasijiet oħra fuq l-esportazzjonijiet
Parti ma tista tadotta jew iżżomm l-ebda dazju, taxxa jew tariffa u ħlas ieħor impost fuq, jew b'konnessjoni mal-esportazzjoni ta' prodott lill-Parti l-oħra, jew ebda taxxa, tariffa jew imposta interna fuq prodotti esportati lill-Parti l-oħra, li jkunu iżjed minn dawk imposti fuq dawk il-prodotti li jkunu destinati għall-bejgħ intern.
Artikolu 2.7
Klawżola ta' sospensjoni
1. Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Parti ma tistax tgħolli dazju doganali li kien jeżisti fid-dħul fis-seħħ, jew tadotta dazju doganali ġdid, fuq prodott li joriġina fil-Partijiet.
2. Minkejja l-paragrafu 1, Parti tista':
(a) |
timmodifika tariffa barra minn dan il-Ftehim fuq prodott li għalih ma hemm l-ebda preferenza tariffarja skont dan il-Ftehim; |
(b) |
tgħolli dazju doganali għal-livell stabbilit fl-Iskeda tagħha fl-Anness 2-A wara tnaqqis unilaterali; jew |
(c) |
iżżomm jew tgħolli dazju doganali kif awtorizzat minn dan il-Ftehim jew minn kwalunkwe ftehim ieħor taħt il-Ftehim tad-WTO. |
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-Kanada biss tista' tapplika salvagwardja speċjali skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikultura. Salvagwardja speċjali tista' tiġi applikata biss fir-rigward ta' prodotti kklassifikati fl-oġġetti bin-notazzjoni “SSG” fl-Iskeda tal-Kanada inkluża fl-Anness 2-A. L-użu ta' din is-salvagwardja speċjali huwa limitat għal importazzjonijiet mhux suġġetti għal preferenza tariffarja u, fil-każ ta' importazzjonijiet suġġetti għal kwota tariffarja, għal importazzjonijiet lil hinn mill-impenn għall-aċċess.
Artikolu 2.8
Sospensjoni temporanja tat-trattament tariffarju preferenzjali
1. Parti tista' temporanjament tissospendi, b'konformità mal-paragrafi minn 2 sa 5, it-trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim fir-rigward ta' prodott esportat jew maħdum minn persuna tal-Parti l-oħra jekk il-Parti:
(a) |
bħala riżultat ta' investigazzjoni bbażata fuq informazzjoni oġġettiva, konvinċenti u verifikabbli, tikkonkludi li l-persuna tal-Parti l-oħra tkun wettqet ksur sistematiku tal-leġiżlazzjoni doganali sabiex takkwista trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim; jew |
(b) |
tikkonkludi li l-Parti l-oħra b'mod sistematiku u mhux ġustifikabbli tirrifjuta li tikkoopera fir-rigward tal-investigazzjoni ta' ksur tal-leġiżlazzjoni doganali skont l-Artikolu 6.13.4 (Kooperazzjoni), u l-Parti li titlob kooperazzjoni, abbażi tal-informazzjoni oġġettiva, konvinċenti u verifikabbli, ikollha bażi raġonevoli biex tikkonkludi li l-persuna tal-Parti l-oħra tkun wettqet ksur sistematiku tal-leġiżlazzjoni doganali sabiex takkwista trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim. |
2. Parti li tasal għal konklużjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a) |
tinnotifika lill-awtorità doganali tal-Parti l-oħra u tipprovdi l-informazzjoni u l-evidenza li fuqhom ġiet ibbażata l-konklużjoni; |
(b) |
tidħol f'diskussjonijiet mal-awtoritajiet tal-Parti l-oħra bl-għan li tinkiseb soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat li tindirizza t-tħassib li jkun irriżulta f'dik il-konklużjoni; kif ukoll |
(c) |
tipprovdi avviż formali bil-miktub lil dik il-persuna tal-Parti l-oħra li tinkludi l-informazzjoni li tkun il-bażi tal-konklużjoni. |
3. Jekk wara 30 jum l-awtoritajiet ma jilħqux soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ naħat, il-Parti li tkun waslet għall-konklużjoni għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali.
4. Jekk il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali ma jkunx irriżolva l-kwistjoni wara 60 jum, il-Parti li tkun waslet għall-konklużjoni tista' temporanjament tissospendi t-trattament tariffarju preferenzjali skont dan il-Ftehim fir-rigward tal-prodott ta' dik il-persuna tal-Parti l-oħra. Is-sospensjoni temporanja ma tapplikax għal prodott li jkun diġà fi tranżitu bejn il-Partijiet f'dak il-jum li s-sospensjoni temporanja tieħu effett.
5. Il-Parti li tapplika s-sospensjoni temporanja skont il-paragrafu 1 għandha tapplikaha biss għal perjodu proporzjonali għall-impatt fuq l-interessi finanzjarji ta' dik il-Parti li jirriżulta mis-sitwazzjoni responsabbli għall-konklużjoni skont il-paragrafu 1, sa massimu ta' 90 jum. Jekk il-Parti jkollha bażi raġonevoli fuq l-informazzjoni oġġettiva, konvinċenti u verifikabbli li l-kundizzjonijiet li wasslu għal sospensjoni inizjali ma jkunux inbidlu wara li jiskadi l-perjodu ta' 90 jum, dik il-Parti tista' ġġedded is-sospensjoni għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn 90 jum. Is-sospensjoni oriġinali u kull sospensjoni mġedda huma suġġetti għal konsultazzjonijiet perjodiċi fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali.
Artikolu 2.9
Tariffi u imposti oħra
1. B'konformità mal-Artikolu VIII tal-GATT 1994, Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm tariffa jew imposta fuq jew b'konnessjoni ma' importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' prodott ta' Parti li ma tkunx proporzjonata mal-ispiża tas-servizzi li jingħataw jew li tkun tirrappreżenta protezzjoni indiretta tal-prodotti domestiċi jew tassazzjoni fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet għal raġunijiet fiskali.
2. Għal ċertezza akbar, il-paragrafu 1 ma jipprekludix Parti milli timponi dazju doganali jew tariffa stabbiliti fil-paragrafi minn (a) sa (c) tad-definizzjoni ta' dazju doganali skont l-Artikolu 1.1 (Definizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali).
Artikolu 2.10
Prodotti li jerġgħu jidħlu wara tiswija jew alterazzjoni
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, tiswija jew alterazzjoni tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' proċessar li ssir fuq prodotti biex jissewwew difetti ta' funzjonament jew ħsara materjali u li jkunu jirrikjedu li prodotti jinġiebu għall-funzjoni oriġinali tagħhom jew li tkun żgurata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tekniċi għall-użu tagħhom, li mingħajrha l-prodotti ma jkunux jistgħu jintużaw bil-mod normali għall-għanijiet li kienu maħsubin għalihom. Tiswija jew alterazzjoni ta' prodotti tinkludi restawr u manutenzjoni iżda ma tinkludix operazzjoni jew proċess li:
(a) |
jiddestruġġi l-karatteristiċi essenzjali ta' prodott jew joħloq prodott ġdid jew kummerċjalment differenti; |
(b) |
jittrasforma prodott mhux lest f'wieħed lest; jew |
(c) |
jintuża biex ibiddel sostanzjalment il-funzjoni ta' prodott. |
2. Ħlief kif previst fin-nota ta' qiegħ il-paġna 1, Parti ma għandhiex tapplika dazju doganali fuq prodott, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, li jidħol mill-ġdid fit-territorju tagħha wara li dak il-prodott ikun ġie temporanjament esportat mit-territorju tagħha lejn it-territorju tal-Parti l-oħra għal tiswija jew alterazzjoni, irrispettivament minn jekk tali tiswija jew alterazzjoni tkunx tista ssir fit-territorju tal-Parti minn fejn il-prodott ikun ġie esportat għat-tiswija jew għall-alterazzjoni. (1) (2)
3. Il-paragrafu 2 ma japplikax għal prodott importat f'bond, f'żoni ta' kummerċ ħieles, jew fi status simili, li huwa mbagħad esportat għat-tiswija u li ma jiġix importat mill-ġdid f'bond, f'żoni ta' kummerċ ħieles, jew fi status simili.
4. Parti ma għandhiex tapplika dazju doganali għal prodott, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, importat temporanjament mit-territorju tal-Parti l-oħra għal tiswija jew alterazzjoni. (3)
Artikolu 2.11
Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni
1. Sakemm mhux previst mod ieħor minn dan il-Ftehim, Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm xi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni ta' xi prodott mill-Parti l-oħra jew fuq l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni ta' xi prodott destinat għat-territorju tal-Parti l-oħra, skont l-Artikolu XI tal-GATT 1994. Għal dan l-għan, l-Artikolu XI tal-GATT 1994 huwa inkorporat u magħmul parti minn dan il-Ftehim.
2. Jekk Parti tadotta jew iżżomm projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni ta' prodott minn jew l-esportazzjoni ta' prodott lejn pajjiż terz, dik il-Parti tista':
(a) |
tillimita jew tipprojbixxi l-importazzjoni mit-territorju tal-Parti l-oħra ta' prodott ta' dak il-pajjiż terz; jew |
(b) |
tillimita jew tipprojbixxi l-esportazzjoni ta' prodott lejn dak il-pajjiż terz mit-territorju tal-Parti l-oħra. |
3. Jekk Parti tadotta jew iżżomm projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni ta' prodott minn pajjiż terz, il-Partijiet, wara talba tal-Parti l-oħra, għandhom jidħlu f'diskussjonijiet bl-għan li jiġu evitati indħil jew distorsjoni mhux dovuti fl-ipprezzar, il-kummerċjalizzazzjoni jew l-arranġamenti ta' distribuzzjoni fil-Parti l-oħra.
4. Dan l-Artikolu ma japplikax għal miżura, inkluża l-kontinwazzjoni ta' dik il-miżura, it-tiġdid fil-pront jew l-emendar, fir-rigward tas-segwenti:
(a) |
l-esportazzjoni ta' zkuk ta' siġar ta' kull speċi. Jekk Parti ma tibqax tirrikjedi permessi għall-esportazzjoni ta' zkuk ta' siġar destinati għal pajjiż terz, dik il-Parti mbagħad b'mod permanenti tieqaf milli tirrikjedi permessi għall-esportazzjoni ta' zkuk ta' siġar destinati għall-Parti l-oħra; |
(b) |
għal perjodu ta' tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-esportazzjoni ta' ħut mhux proċessat skont il-leġiżlazzjoni applikabbli ta' Newfoundland u Labrador; |
(c) |
id-dazji tas-sisa Kanadiżi fuq l-alkoħol assolut, kif elenkat fil-linja tariffarja 2207 10 90 fl-Iskeda ta' Konċessjonijiet tal-Kanada annessa mal-Protokoll ta' Marrakesh (Skeda V), użat fil-manifattura skont id-dispożizzjonijiet tal-Excise Act, 2001, S.C. 2002, c. 22; kif ukoll |
(d) |
L-importazzjoni ta' karozzi użati fil-Kanada li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' sigurtà u tal-ambjent tal-Kanada. |
Artikolu 2.12
Dispożizzjonijiet oħra relatati mal-kummerċ fil-prodotti
Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li prodott tal-Parti l-oħra li jkun ġie importat u mibjugħ legalment jew offrut għall-bejgħ f'kwalunkwe post fit-territorju tal-Parti li jimporta jkun tista' jinbiegħ jew jiġi offrut għall-bejgħ madwar it-territorju tal-Parti li timporta.
Artikolu 2.13
Kumitat dwar il-kummerċ fil-prodotti
1. Il-funzjonijiet tal-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 26.2.1(a) (Kumitati speċjalizzati) jinkludu:
(a) |
il-promozzjoni tal-kummerċ fil-prodotti bejn il-Partijiet, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet dwar l-aċċelerazzjoni tal-eliminazzjoni tat-tariffi skont dan il-Ftehim u kwistjonijiet oħra skont kif xieraq; |
(b) |
ir-rakkomandar lill-Kumitat Konġunt CETA ta' modifika għal dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim jew żieda magħha relatati mas-Sistema Armonizzata; kif ukoll |
(c) |
l-indirizzar fil-pront ta' kwistjonijiet relatati mal-moviment ta' prodotti permezz tal-portjiet ta' dħul tal-Partijiet. |
2. Il-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti jista' jippreżenta lill-Kumitat Konġunt CETA abbozzi ta' deċiżjonijiet dwar l-aċċelerazzjoni jew l-eliminazzjoni ta' dazju doganali fuq prodott.
3. Il-Kumitat dwar l-Agrikoltura stabbilit skont l-Artikolu 26.2.1(a) (Kumitati speċjalizzati) għandu:
(a) |
jiltaqa' fi żmien 90 jum wara talba ta' Parti; |
(b) |
jipprovdi forum għall-Partijiet biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati mal-prodotti agrikoli koperti minn dan il-Ftehim; kif ukoll |
(c) |
jirreferi lill-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti kwalunkwe kwistjoni mhux riżolta taħt is-subparagrafu (b). |
4. Il-Partijiet jinnutaw il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet agrikoli taħt id-Djalogu dwar l-Agrikoltura bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fl-ittri skambjati fl-14 ta' Lulju 2008. Kif xieraq, id-Djalogu dwar l-Agrikoltura jista' jintuża għall-iskop tal-paragrafu 3.
KAPITOLU TLIETA
Rimedji kummerċjali
Artikolu 3.1
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar miżuri antidumping u kompensatorji
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim Antidumping u l-Ftehim SCM.
2. Il-Protokoll dwar ir-regoli ta' oriġini u l-proċeduri ta' oriġini ma għandhomx japplikaw għall-miżuri antidumping u kompensatorji.
Artikolu 3.2
Trasparenza
1. Kull Parti għandha tapplika miżuri antidumping u kompensatorji f'konformità mar-rekwiżiti relevanti tad-WTO u skont proċess ġust u trasparenti.
2. Parti għandha tiżgura, wara impożizzjoni ta' miżuri provviżorji u, f'kwalunkwe każ, qabel ma tittieħed riżoluzzjoni finali, l-iżvelar sħiħ u sinifikanti tal-fatti essenzjali kollha li jkunu qed jiġu kkunsidrati li jkunu jiffurmaw il-bażi għad-deċiżjoni dwar jekk jiġux applikati l-miżuri finali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6.5 tal-Ftehim Antidumping u l-Artikolu 12.4 tal-Ftehim SCM.
3. Sakemm dan ma jdewwimx bla bżonn l-andament tal-investigazzjoni, kull parti interessata f'investigazzjoni antidumping jew kompensatorja (4) għandha tingħata l-opportunità kollha li tiddefendi l-interessi tagħha.
Artikolu 3.3
Konsiderazzjoni tal-interess pubbliku u d-dazju inferjuri
1. L-awtoritajiet ta' kull Parti għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni pprovduta skont il-liġi ta' dik il-Parti dwar jekk l-impożizzjoni ta' dazju antidumping jew kompensatorju tkunx fl-interess pubbliku.
2. Wara li jikkunsidraw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tal-Parti jistgħu jikkunsidraw jekk l-ammont ta' dazju antidumping jew kompensatorju li jkun se jiġi impost għandux ikun il-marġni sħiħ tad-dumping jew l-ammont sħiħ ta' sussidju jew għandux ikun ammont inferjuri, skont il-liġi tal-Parti.
Artikolu 3.4
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar miżuri ta' salvagwardja globali
1. Il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-drittijiet u l-obbligi tagħhom rigward il-miżuri ta' salvagwardja globali skont l-Artikolu XIX tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar is-Salvagwardji.
2. Il-Protokoll dwar ir-regoli ta' oriġini u l-proċeduri ta' oriġini ma għandhomx japplikaw għal miżuri ta' salvagwardja globali.
Artikolu 3.5
Trasparenza
1. Fuq talba tal-Parti li tesporta, il-Parti li tibda investigazzjoni ta' salvagwardja jew li għandha l-intenzjoni li tadotta miżuri ta' salvagwardja globali provviżorji jew definittivi għandha tipprovdi minnufih:
(a) |
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.2 tal-Ftehim tas-Salvagwardji, fil-format stipulat mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji tad-WTO; |
(b) |
il-verżjoni pubblika tal-ilment ippreżentat mill-industrija domestika, fejn rilevanti; kif ukoll |
(c) |
rapport pubbliku li jippreżenta r-riżultati u l-konklużjonijiet motivati dwar il-kwistjonijiet kollha pertinenti ta' fatt u ta' liġi kkunsidrati fl-investigazzjoni ta' salvagwardja. Ir-rapport pubbliku għandu jkun jinkludi analiżi li tattribwixxi d-dannu lill-fatturi li jkunu kkawżawh u jistabbilixxi l-metodu użat fid-definizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja globali. |
2. Meta tingħata informazzjoni skont dan l-Artikolu, il-Parti li timporta għandha toffri li tagħmel konsultazzjonijiet mal-Parti li tesporta sabiex tiġi eżaminata l-informazzjoni pprovduta.
Artikolu 3.6
Impożizzjoni ta' miżuri definittivi
1. Parti li tadotta miżuri ta' salvagwardja globali għandha tfittex li timponihom b'mod li l-inqas jaffettwa l-kummerċ bilaterali.
2. Il-Parti li timporta għandha toffri li tagħmel konsultazzjonijiet mal-Parti li tesporta sabiex tiġi eżaminata l-kwistjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Parti li timporta ma għandhiex tadotta miżuri qabel ma jkunu għaddew 30 jum mid-data li fiha tkun saret l-offerta għal konsultazzjonijiet.
Artikolu 3.7
Esklużjoni mis-soluzzjoni tat-tilwim
Dan il-Kapitolu mhuwiex suġġett għall-Kapitolu Disgħa u Għoxrin (Soluzzjoni tat-Tilwim).
KAPITOLU ERBGĦA
Ostakli tekniċi għall-kummerċ
Artikolu 4.1
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Dan il-Kapitolu japplika għall-preparazzjoni, l-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-regolamenti tekniċi, l-istandards, u l-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ fil-prodotti bejn il-Partijiet.
2. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal:
(a) |
speċifikazzjonijiet ta' xiri ppreparati minn korp governattiv għar-rekwiżiti tal-produzzjoni jew tal-konsum tal-korpi governattivi; jew |
(b) |
miżura sanitarja jew fitosanitarja kif definita fl-Anness A tal-Ftehim SPS. |
3. Ħlief fejn dan il-Ftehim, inklużi d-dispożizzjonijiet inkorporati tal-Ftehim dwar l-OTK skont l-Artikolu 4. 2, jiddefinixxi jew jagħti tifsira ta' terminu, it-termini ġenerali għal standardizzazzjoni u proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità normalment ikollhom it-tifsira mogħtija lilhom mid-definizzjoni adottata fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u minn korpi internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards filwaqt li jitqies il-kuntest tagħhom fid-dawl tal-iskop u l-għan ta' dan il-Kapitolu.
4. Ir-referenzi f'dan il-Kapitolu għal regolamenti tekniċi, standards u proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità jinkludu emendi għalihom, u żieda mar-regoli jew il-kopertura tal-prodott tiegħu, minbarra emendi u addizzjonijiet ta' natura insinifikanti.
5. L-Artikolu 1.8.2 (Firxa tal-obbligi) ma japplikax għall-Artikoli 3, 4, 7, 8 u 9 tal-Ftehim dwar l-OTK, kif inkorporati f'dan il-Ftehim.
Artikolu 4.2
Inkorporazzjoni tal-Ftehim dwar l-OTK
1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim dwar l-OTK huma b'dan inkorporati f'dan il-Ftehim u jiffurmaw parti minnu:
(a) |
l-Artikolu 2 (Preparazzjoni, Adozzjoni u Applikazzjoni ta' Regolamenti Tekniċi minn Korpi tal-Gvern Ċentrali); |
(b) |
l-Artikolu 3 (Preparazzjoni, Adozzjoni u Applikazzjoni ta' Regolamenti Tekniċi minn Korpi ta' Gvern Lokali u Korpi Non-Governattivi); |
(c) |
l-Artikolu 4 (Preparazzjoni, Adozzjoni u Applikazzjoni ta' Standards); |
(d) |
l-Artikolu 5 (Proċeduri għal Stima ta' Konformità minn Korpi tal-Gvern Ċentrali); |
(e) |
l-Artikolu 6 (Għarfien ta' Stima ta' Konformità minn Korpi tal-Gvern Ċentrali), mingħajr ma jillimita d-drittijiet jew l-obbligi ta' Parti skont il-Protokoll dwar l-Aċċettazzjoni Reċiproka tar-Riżultati tal-Valutazzjoni tal-Konformità, u l-Protokoll dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Programm ta' Konformità u Infurzar Dwar Prattiki Tajba tal-Manifattura għal Prodotti Farmaċewtiċi; |
(f) |
l-Artikolu 7 (Proċeduri għal Stima ta' Konformità minn Korpi ta' Gvern Lokali); |
(g) |
l-Artikolu 8 (Proċeduri għal Stima ta' Konformità minn Korpi Non-Governattivi); |
(h) |
l-Artikolu 9 (Sistemi Internazzjonali u Reġjonali); |
(i) |
l-Anness 1 (Termini u d-Definizzjonijiet tagħhom għall-Finijiet ta' dan il-Ftehim); kif ukoll |
(j) |
l-Anness 3 (Kodiċi ta' Prattika Tajba għall-Preparazzjoni, Adozzjoni u Applikazzjoni ta' Standards). |
2. It-terminu “Membri” fid-dispożizzjonijiet inkorporati għandu l-istess tifsira f'dan il-Ftehim bħal dik fil-Ftehim dwar l-OTK.
3. Fir-rigward tal-Artikoli 3, 4, 7, 8 u 9 tal-Ftehim dwar l-OTK, il-Kapitolu Disgħa u Għoxrin (Soluzzjoni tat-Tilwim) jista' jkun invokat f'każi fejn Parti tqis li l-Parti l-oħra ma tkunx kisbet riżultati sodisfaċenti skont dawn l-Artikoli u dan ikollu impatt sinifikanti fuq l-interessi kummerċjali tagħha. F'dan ir-rigward, tali riżultati għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk daqs li kieku l-korp inkwistjoni kien Parti.
Artikolu 4.3
Kooperazzjoni
Il-Partijiet għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tar-regolamenti tekniċi, l-istandards, il-metroloġija, il-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, is-sorveljanza tas-suq jew l-attivitajiet ta' monitoraġġ u infurzar sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet, kif stabbilit fil-Kapitolu Wieħed u Għoxrin (Kooperazzjoni Regolatorja). Dan jista' jinkludi l-promozzjoni u l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati rispettivi tal-Partijiet li huma responsabbli għall-metroloġija, l-istandardizzazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-akkreditazzjoni, is-sorveljanza tas-suq jew il-monitoraġġ u l-attivitajiet ta' infurzar; u, b'mod partikolari, l-inkoraġġiment biex il-korpi ta' stima tagħhom tal-akkreditazzjoni u l-konformità jipparteċipaw f'arranġamenti ta' kooperazzjoni li jippromwovu l-aċċettazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità.
Artikolu 4.4
Regolamenti tekniċi
1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkooperaw sa fejn possibbli, biex jiżguraw li r-regolamenti tekniċi jkunu kompatibbli ma' xulxin. Għal dan l-għan, jekk Parti tesprimi interess li tiżviluppa regolament tekniku ekwivalenti jew simili għal wieħed li jeżisti fil-Parti l-oħra jew qed jitħejja minnha, dik il-Parti l-oħra għandha, fuq talba, tipprovdi lill-Parti, sa fejn prattikabbli, l-informazzjoni, l-istudji u d-dejta rilevanti li fuqhom tkun ibbażat ruħha fil-preparazzjoni tar-regolament tekniku tagħha, kemm jekk adottat kif ukoll jekk ikun qed jiġi żviluppat. Il-Partijiet jirrikonoxxu li jista' jkun meħtieġ li jikkjarifikaw u jaqblu dwar l-ambitu ta' talba speċifika, u li informazzjoni kunfidenzjali tista' ma tingħatax.
2. Parti li tkun ħejjiet regolament tekniku li hija tqis li huwa ekwivalenti għal regolament tekniku tal-Parti l-oħra li jkollu l-għan u l-ambitu tal-prodott kompatibbli tista' titlob li l-Parti l-oħra tirrikonoxxi r-regolament tekniku bħala ekwivalenti. Il-Parti għandha tagħmel it-talba bil-miktub u tistabbilixxi raġunijiet dettaljati għalfejn ir-regolament tekniku għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti, inklużi r-raġunijiet fir-rigward tal-ambitu tal-prodott. Il-Parti li ma taqbilx li r-regolament tekniku huwa ekwivalenti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra, wara talba, ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 4.5
Valutazzjoni tal-konformità
Il-Partijiet għandhom josservaw il-Protokoll dwar l-aċċettazzjoni reċiproka tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità, u l-Protokoll dwar rikonoxximent reċiproku tal-programm ta' konformità u infurzar dwar prattiki tajba tal-manifattura għal prodotti farmaċewtiċi.
Artikolu 4.6
Trasparenza
1. Kull Parti għandha tiżgura li proċeduri ta' trasparenza rigward l-iżvilupp ta' regolamenti tekniċi u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità jippermettu lill-persuni interessati tal-Partijiet li jipparteċipaw fi stadju bikri xieraq meta jkunu għadhom jistgħu jiddaħħlu emendi u jitqiesu l-kummenti, ħlief fejn iqumu jew ikun hemm it-theddida li jqumu problemi urġenti ta' sigurtà, saħħa, protezzjoni ambjentali jew sigurtà nazzjonali. Fejn proċess ta' konsultazzjoni dwar l-iżvilupp ta' regolamenti tekniċi jew proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità jkun miftuħ għall-pubbliku, kull Parti għandha tippermetti lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra jipparteċipaw fuq termini li mhumiex inqas favorevoli minn dawk mogħtija lill-persuni tagħha stess.
2. Il-Partijiet għandhom jippromwovu kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-korpi ta' standardizzazzjoni li jinsabu fit-territorji rispettivi tagħhom bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati, fost affarijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll l-armonizzazzjoni ta' standards ibbażati fuq l-interess reċiproku u r-reċiproċità, skont modalitajiet li jridu jiġu miftehma mill-korpi tal-istandardizzazzjoni kkonċernati.
3. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex ikun hemm perjodu ta' mill-inqas 60 jum wara t-trasmissjoni tagħha lir-Reġistru Ċentrali ta' Notifiki tad-WTO ta' regolamenti tekniċi u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità proposti sabiex il-Parti l-oħra tipprovdi kummenti bil-miktub, ħlief fejn iqumu jew ikun hemm it-theddida li jqumu problemi urġenti ta' sigurtà, saħħa, protezzjoni ambjentali jew sigurtà nazzjonali. Parti għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva għal kull talba raġonevoli għall-estensjoni tal-perjodu għall-kummenti.
4. Jekk Parti tirċievi kummenti dwar ir-regolament tekniku jew proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità propost tagħha mingħand il-Parti l-oħra, hija għandha twieġeb bil-miktub għal dawn il-kummenti qabel ma r-regolament tekniku jew il-proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità jiġu adottati.
5. Kull Parti għandha tippubblika jew b'xi mod ieħor tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, f'forma stampata jew elettronika, it-tweġibiet tagħha jew sommarju tar-reazzjonijiet tagħha, għal kummenti sinifikattivi li tirċievi, mhux aktar tard mid-data li fiha hija tippubblika r-regolament tekniku jew il-proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità adottati.
6. Kull Parti għandha, fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi informazzjoni dwar l-għanijiet, il-bażi ġuridika u l-ħsieb wara regolament tekniku jew proċedura ta' valutazzjoni ta' konformità, li l-Parti tkun adottat jew tkun qiegħda tipproponi li tadotta.
7. Kull Parti għandha tagħti kunsiderazzjoni pożittiva għal talba raġonevoli mill-Parti l-oħra, li tkun irċeviet qabel it-tmiem tal-perjodu għall-kummenti wara t-trażmissjoni ta' regolament tekniku propost, li tistabbilixxi jew testendi l-perjodu ta' żmien bejn l-adozzjoni tar-regolament tekniku u l-jum li fih isir applikabbli, ħlief fejn id-dewmien ma jkunx effettiv fit-twettiq tal-għanijiet leġittimi segwiti.
8. Kull Parti għandha tiżgura li r-regolamenti tekniċi u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità adottati jkunu disponibbli fuq siti elettroniċi uffiċjali.
9. Jekk Parti żżomm f'port tad-dħul prodott importat mit-territorju tal-Parti l-oħra minħabba li l-prodott naqas milli jikkonforma ma' regolament tekniku, din għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-importatur bir-raġunijiet għad-detenzjoni tal-prodott.
Artikolu 4.7
Ġestjoni tal-Kapitolu
1. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet koperti minn dan il-Kapitolu. Il-Partijiet jaqblu li l-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 26.2.1(a) għandu:
(a) |
jamministra l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu; |
(b) |
jindirizza fil-pront kwistjoni li tqajjem xi Parti li tkun relatata mal-iżvilupp, l-adozzjoni jew l-applikazzjoni ta' standards, regolamenti tekniċi jew proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità; |
(c) |
wara talba ta' Parti, jiffaċilita d-diskussjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju jew periklu mwettqa mill-Parti l-oħra; |
(d) |
iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-istandardizzazzjoni u l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità tal-Partijiet; |
(e) |
jiskambja informazzjoni dwar standards, regolamenti tekniċi, u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità inklużi dawk ta' partijiet terzi jew korpi internazzjonali fejn hemm interess reċiproku li dan iseħħ; |
(f) |
jeżamina dan il-Kapitolu fid-dawl ta' żviluppi quddiem il-Kumitat dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ tad-WTO jew skont il-Ftehim dwar l-OTK, u, jekk ikun meħtieġ, jiżviluppa rakkomandazzjonijiet biex jiġi emendat dan il-Kapitolu għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat Konġunt CETA; |
(g) |
jieħu passi oħra li l-Partijiet jikkunsidraw li jkunu se jgħinuhom jimplimentaw dan il-Kapitolu u l-Ftehim dwar l-OTK u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet; kif ukoll |
(h) |
jirrapporta lill-Kumitat Konġunt CETA dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu, kif xieraq. |
2. Jekk il-Partijiet ma jirnexxilhomx isolvu xi kwistjoni koperta minn dan il-Kapitolu permezz tal-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Prodotti, wara talba ta' Parti, il-Kumitat Konġunt CETA jista' jistabbilixxi grupp ta' ħidma tekniku ad hoc biex jiġu identifikati soluzzjonijiet li jiffaċilitaw il-kummerċ. Jekk Parti ma taqbilx ma' talba mill-Parti l-oħra li jiġi stabbilit grupp ta' ħidma tekniku, din għandha, wara talba, tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. Il-Partijiet għandhom imexxu l-grupp ta' ħidma tekniku.
3. Meta Parti tkun talbet informazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi l-informazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, f'forma stampata jew b'mod elettroniku fi żmien raġonevoli. Il-Parti għandha tagħmel ġilitha biex twieġeb għal kull talba għal informazzjoni fi żmien 60 jum.
KAPITOLU ĦAMSA
Miżuri sanitarji u fitosanitarji
Artikolu 5.1
Definizzjonijiet
1. Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:
(a) |
id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Anness A tal-Ftehim SPS; |
(b) |
id-definizzjonijiet adottati taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Codex Alimentarius (il-“Codex”); |
(c) |
id-definizzjonijiet adottati taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (“OIE”); |
(d) |
id-definizzjonijiet adottati taħt l-awspiċi tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (“IPPC”); |
(e) |
żona protetta għal organiżmu li jagħmel il-ħsara regolat speċifikat tfisser żona ġeografika uffiċjalment definita fl-Unjoni Ewropea fejn dak l-organiżmu mhuwiex stabbilit minkejja kundizzjonijiet favorevoli għall-istabbiliment tiegħu u l-preżenza tiegħu f'partijiet oħra tal-Unjoni Ewropea; kif ukoll |
(f) |
awtorità kompetenti ta' Parti tfisser awtorità elenkata fl-Anness 5-A. |
2. Minbarra l-paragrafu 1, id-definizzjonijiet skont il-Ftehim SPS jipprevalu jekk ikun hemm inkonsistenza bejn id-definizzjonijiet adottati taħt l-awspiċi tal-Codex, tal-OIE, tal-IPPC u d-definizzjonijiet skont il-Ftehim SPS.
Artikolu 5.2
Objettivi
L-objettivi ta' dan il-Kapitolu huma:
(a) |
il-protezzjoni tal-ħajja jew is-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-pjanti, filwaqt li jiġi ffaċilitat il-kummerċ; |
(b) |
il-garanzija li l-miżuri sanitarji u fitosanitarji (“SPS”) tal-Partijiet ma joħolqux ostakli bla bżonn għall-kummerċ; kif ukoll |
(c) |
titkompla l-implimentazzjoni tal-Ftehim SPS. |
Artikolu 5.3
Kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Kapitolu japplika għall-miżuri SPS kollha li jistgħu, direttament jew indirettament, jaffettwaw il-kummerċ bejn il-Partijiet.
Artikolu 5.4
Drittijiet u obbligi
Il-Partijiet jaffermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim SPS.
Artikolu 5.5
Adattament għall-kundizzjonijiet reġjonali
1. Fir-rigward tal-annimali, il-prodotti tal-annimali u l-prodotti sekondarji tal-annimali:
(a) |
il-Partijiet jirrikonoxxu l-kunċett ta' tqassim f'żoni u ddeċidew li japplikaw dan il-kunċett għall-mard elenkat fl-Anness 5-B; |
(b) |
jekk il-Partijiet jiddeċiedu dwar prinċipji u linji gwida għar-rikonoxximent tal-kundizzjonijiet reġjonali, dawn għandhom jiġu inklużi fl-Anness 5-C; |
(c) |
għall-finijiet tas-subparagrafu (a), il-Parti li timporta għandha tibbaża l-miżura sanitarja applikabbli għall-Parti li tesporta li t-territorju tagħha huwa milqut minn marda elenkata fl-Anness 5-B dwar id-deċiżjoni ta' tqassim f'żoni magħmula mill-Parti li tesporta, sakemm il-Parti li timporta tkun sodisfatta li d-deċiżjoni ta' tqassim f'żoni tal-Parti li tesporta tkun konformi mal-prinċipji u l-linji gwida li l-Partijiet stabbilew fl-Anness 5-C, u tkun ibbażata fuq standards internazzjonali, linji gwida, u rakkomandazzjonijiet rilevanti. Il-Parti li timporta tista' tapplika kull miżura addizzjonali biex jinkiseb il-livell xieraq tagħha ta' protezzjoni sanitarja; |
(d) |
meta Parti tikkunsidra li għandha status speċjali fir-rigward ta' marda li mhix elenkata fl-Anness 5-B, din tista' titlob għar-rikonoxximent ta' dak l-istatus. Il-Parti li timporta tista' titlob garanziji addizzjonali għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin, prodotti tal-annimali u prodotti sekondarji tal-annimali li huma xierqa għall-istatus miftiehem rikonoxxuti mill-Parti li timporta, inklużi l-kundizzjonijiet speċjali identifikati fl-Anness 5-E; kif ukoll |
(e) |
il-Partijiet jirrikonoxxu l-kunċett ta' kompartimentalizzazzjoni u jaqblu li jikkooperaw dwar din il-kwistjoni. |
2. Fir-rigward tal-pjanti u prodotti tal-pjanti:
(a) |
meta l-Parti li timporta tistabbilixxi jew iżomm il-miżura fitosanitarja tagħha, għandha tqis, fost affarijiet oħra, l-istatus tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara ta' żona, bħal żona ħielsa mill- organiżmi li jagħmlu l-ħsara, post ta' produzzjoni ħieles mill- organiżmi li jagħmlu l-ħsara, sit ta' produzzjoni ħieles mill- organiżmi li jagħmlu l-ħsara, żona ta' prevalenza baxxa ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara u żona protetta li l-Parti li tesporta tkun stabbiliet; kif ukoll |
(b) |
jekk il-Partijiet jiddeċiedu dwar prinċipji u linji gwida għar-rikonoxximent tal-kundizzjonijiet reġjonali, dawn għandhom jiġu inklużi fl-Anness 5-C. |
Artikolu 5.6
Ekwivalenza
1. Il-Parti li timporta għandha taċċetta l-miżura SPS tal-Parti li tesporta bħala ekwivalenti għal dik tagħha jekk il-Parti li tesporta turi b'mod oġġettiv lill-Parti li timporta li l-miżura tissodisfa l-livell xieraq ta' protezzjoni SPS tal-Parti li timporta.
2. L-Anness 5-D jistabbilixxi prinċipji u linji gwida biex tiġi ddeterminata, rikonoxxuta, u tinżamm l-ekwivalenza.
3. L-Anness 5-E jistabbilixxi:
(a) |
il-qasam li għalih l-Parti li timporta tirrikonoxxi li xi miżura SPS tal-Parti li tesporta hija ekwivalenti għal tagħha; kif ukoll |
(b) |
il-qasam li għalih il-Parti li timporta tirrikonoxxi li t-twettiq tal-kundizzjoni speċjali speċifikata, flimkien mal-miżura SPS tal-Parti li tesporta, jiksbu l-livell xieraq ta' protezzjoni tal-SPS tal-Parti li timporta. |
4. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, l-Artikolu 1.7 (Referenza għal-liġijiet) japplika suġġet għal dan l-Artikolu, għall-Anness 5-D u għan-Noti Ġenerali taħt l-Anness 5-E.
Artikolu 5.7
Kundizzjonijiet kummerċjali
1. Il-Parti li timporta għandha tagħmel disponibbli r-rekwiżiti ta' importazzjoni ġenerali ta' SPS tagħha għall-prodotti bażiċi kollha. Jekk il-Partijiet flimkien jidentifikaw prodott bħala prijorità, il-Parti li timporta għandha tistabbilixxi rekwiżiti ta' importazzjoni speċifiċi marbuta mal-SPS għal dak il-prodott, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. Fl-identifikazzjoni ta' liema prodotti bażiċi huma prijoritajiet, il-Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi disponibbli tagħhom. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-importazzjoni għandhom ikunu applikabbli għat-territorju kollu tal-Parti li tesporta.
2. Skont il-paragrafu 1, il-Parti li timporta għandha tagħmel, mingħajr dewmien bla bżonn, il-proċess meħtieġ biex tistabbilixxi rekwiżiti ta' importazzjoni ta' SPS speċifiċi għall-prodott li jiġi identifikat bħala prijorità. Ladarba dawn ir-rekwiżiti ta' importazzjoni speċifiċi jiġu stabbiliti, il-Parti li timporta għandha tieħu l-passi meħtieġa, mingħajr dewmien bla bżonn, biex tippermetti l-kummerċ fuq il-bażi ta' dawn ir-rekwiżiti ta' importazzjoni.
3. Għall-għan li jkunu stabbiliti rekwiżiti ta' importazzjoni speċifiċi marbuta mal-SPS, il-Parti li tesporta għandha, wara talba tal-Parti li timporta:
(a) |
tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa mill-Parti li timporta; kif ukoll |
(b) |
tagħti aċċess raġonevoli lill-Parti li timporta sabiex tispezzjona, teżamina, tivverifika u twettaq proċeduri oħra rilevanti. |
4. Jekk il-Parti li timporta tiġġestixxi lista ta' stabbilimenti jew faċilitajiet awtorizzati għall-importazzjoni ta' prodott bażiku, hija għandha tapprova stabbiliment jew faċilità li tinsab fit-territorju tal-Parti li tesporta, mingħajr spezzjoni minn qabel ta' dak l-istabbiliment jew faċilità jekk:
(a) |
il-Parti li tesporta tkun talbet tali approvazzjoni għall-istabbiliment jew faċilità, akkumpanjata minn garanziji xierqa; kif ukoll |
(b) |
il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness 5-F ikunu sodisfatti. |
5. Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 4, il-Parti li timporta għandha tagħmel il-listi ta' stabbilimenti jew faċilitajiet awtorizzati disponibbli għall-pubbliku.
6. Parti għandha normalment taċċetta kunsinna ta' prodott bażiku regolat mingħajr żdoganar minn qabel tal-prodott fuq bażi ta' konsenja, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor.
7. Il-Parti li timporta tista' teħtieġ li l-awtorità kompetenti relevanti tal-Parti li tesporta oġġettivament turi, għas-sodisfazzjon tal-Parti li timporta, li r-rekwiżiti ta' importazzjoni jistgħu jiġu sodisfatti jew huma sodisfatti.
8. Il-Partijiet għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Anness 5-G dwar ir-rekwiżiti ta' importazzjoni speċifiċi għas-saħħa tal-pjanti.
Artikolu 5.8
Awditjar u kontroll
1. Sabiex tinżamm il-fiduċja fl-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu, Parti tista' twettaq awditjar jew kontroll, jew it-tnejn, tal-programm ta' kontroll kollu jew parti minnu tal-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra. Il-Parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha marbuta mal-awditjar jew il-kontroll.
2. Jekk il-Partijiet jiddeċiedu fuq prinċipji u linji gwida dwar kif jitmexxew l-awditjar jew il-kontroll, dawn għandhom jiġu inklużi fl-Anness 5-H. Jekk Parti tmexxi awditjar jew kontroll, hija għandha tagħmel dan skont il-prinċipji u l-linji gwida fl-Anness 5-H.
Artikolu 5.9
Ċertifikazzjoni tal-esportazzjoni
1. Meta jkun meħtieġ ċertifikat uffiċjali tas-saħħa għall-importazzjoni ta' kunsinna ta' annimali ħajjin jew ta' prodotti tal-annimali, u jekk il-Parti li timporta tkun aċċettat li miżura SPS tal-Parti li tesporta bħala ekwivalenti għal tagħha fir-rigward ta' tali annimali jew prodotti tal-annimali, il-Partijiet għandhom jużaw il-mudell tal-attestazzjoni tas-saħħa speċifikat fl-Anness 5-I għal tali ċertifikat, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor. Il-Partijiet jistgħu wkoll jużaw mudell ta' attestazzjoni għal prodotti oħra jekk jiddeċiedu hekk.
2. L-Anness 5-I jistabbilixxi prinċipji u linji gwida għaċ-ċertifikazzjoni tal-esportazzjoni, inkluża ċertifikazzjoni elettronika, irtirar ta' ċertifikati jew il-bdil tagħhom, sistemi lingwistiċi u l-attestazzjonijiet tal-mudell.
Artikolu 5.10
Kontrolli tal-importazzjonijiet u tariffi
1. L-Anness 5-J jistabbilixxi prinċipji u linji gwida għall-kontrolli tal-importazzjonijiet u tariffi, inkluż ir-rata tal-frekwenza għall-kontrolli tal-importazzjoni.
2. Jekk il-kontrolli tal-importazzjoni jiżvelaw nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti relevanti tal-importazzjoni, l-azzjoni li tieħu l-Parti li timporta trid tkun ibbażata fuq kalkolu tar-riskju involut u ma għandhiex tkun ta' restrizzjoni għall-kummerċ aktar milli hu meħtieġ biex jinkiseb livell xieraq ta' protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja.
3. Kull meta jkun possibbli, il-Parti li timporta għandha tgħarraf lill-importatur ta' kunsinna li ma tkunx konformi, jew lir-rappreżentant tiegħu, bir-raġuni għan-nuqqas ta' konformità, u tipprovdilhom opportunità għal rieżami tad-deċiżjoni. Il-Parti li timporta għandha tqis kull informazzjoni rilevanti mressqa biex tgħin fir-rieżami.
4. Parti tista' tiġbor tariffi għall-ispejjeż involuti biex twettaq kontrolli fil-fruntiera, li ma għandhomx jaqbżu l-irkupru tal-ispejjeż.
Artikolu 5.11
Notifikazzjoni u skambju ta' informazzjoni
1. Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien żejjed rigward:
(a) |
tibdil sinifikanti fl-istatus ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara jew mard, bħalma hija l-preżenza u l-evoluzzjoni ta' marda elenkata fl-Anness 5-B; |
(b) |
il-konstatazzjoni ta' importanza epidemjoloġika fir-rigward ta' mard tal-annimali, li mhijiex elenkata fl-Anness 5-B, jew li hija marda ġdida; kif ukoll |
(c) |
kwistjoni sinifikanti dwar is-sikurezza tal-ikel relatata ma' prodott kummerċjali bejn il-Partijiet. |
2. Il-Partijiet jagħmlu ħilithom biex jiskambjaw informazzjoni dwar kwistjonijiet oħra relevanti inkluż:
(a) |
tibdil fil-miżura SPS ta' Parti minnhom; |
(b) |
kwalunkwe bidla sinifikanti fl-istruttura jew l-organizzazzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Parti; |
(c) |
fuq talba, ir-riżultati ta' kontroll uffiċjali ta' Parti u rapport li jikkonċerna r-riżultati tal-kontroll imwettaq; |
(d) |
ir-riżultati ta' kontroll tal-importazzjoni previst fl-Artikolu 5.10 fil-każ ta' kunsinna rifjutata jew li ma tikkonformax; kif ukoll |
(e) |
fuq talba, analiżi tar-riskju jew opinjoni xjentifika li Parti tkun ipproduċiet u li tkun rilevanti għal dan il-Kapitolu. |
3. Sakemm il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni ma jiddeċidix mod ieħor, meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 tkun saret disponibbli permezz ta' notifika lir-Reġistru Ċentrali tan-Notifiki tad-WTO jew lill-korp internazzjonali relevanti li jistabbilixxi l-istandards, f'konformità mar-regoli rilevanti, ir-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2, hekk kif japplikaw għal dik l-informazzjoni, ikunu sodisfatti.
Artikolu 5.12
Konsultazzjonijiet tekniċi
Jekk Parti jkollha tħassib sinifikanti fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-pjanti, jew is-saħħa tal-annimali, jew miżura SPS li l-Parti l-oħra tkun ipproponiet jew implimentat, dik il-Parti titsa' titlob li jsiru konsultazzjonijiet tekniċi mal-Parti l-oħra. Il-Parti li hija s-suġġett tat-talba għandha twieġeb għat-talba mingħajr dewmien żejjed. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi evitat kull xkiel għall-kummerċ u, kif jista' jkun il-każ, biex tintlaħaq soluzzjoni aċċettabbli għat-tnejn.
Artikolu 5.13
Miżuri SPS ta' emerġenza
1. Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra rigward miżura SPS ta' emerġenza fi żmien 24 siegħa mid-deċiżjoni li tiġi implimentata l-miżura. Jekk Parti titlob biex isiru konsultazzjonijiet tekniċi biex jindirizzaw il-miżura SPS ta' emerġenza, il-konsultazzjonijiet tekniċi jridu jsiru fi żmien għaxar (10) ijiem min-notifika tal-miżura SPS ta' emerġenza. Il-Partijiet għandhom iqisu kull informazzjoni pprovduta permezz ta' konsultazzjonijiet tekniċi.
2. Il-Parti li timporta għandha tqis l-informazzjoni li kienet ipprovduta fil-ħin mill-Parti li tesporta meta tieħu d-deċiżjoni tagħha fir-rigward ta' kunsinna li, fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżura SPS ta' emerġenza, tkun qed tiġi ttrasportata bejn il-Partijiet.
Artikolu 5.14
Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni għall-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji
1. Il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni għall-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (il-“Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni”), stabbilit skont l-Artikolu26.2.1(d), jikkonsisti f'rappreżentanti regolatorji u kummerċjali ta' kull Parti responsabbli għall-miżuri SPS.
2. Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni jinkludu:
(a) |
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu, il-kunsiderazzjoni ta' kull kwistjoni relatata ma' dan il-Kapitolu, u l-eżaminazzjoni tal-kwistjonijiet kollha li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu; |
(b) |
li jipprovdi direzzjoni għall-identifikazzjoni, il-prijoritizzazzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet; |
(c) |
li jindirizza kull talba minn Parti biex tibdel il-kontroll fuq l-importazzjoni; |
(d) |
li mill-inqas darba fis-sena, jagħmel rieżami ta' dan il-Kapitolu, l-aktar fid-dawl tal-progress magħmul skont il-konsultazzjonijiet previsti f'dan il-Ftehim. Wara dan ir-rieżami, il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni jista' jiddeċiedi li jemenda l-annessi ta' dan il-Kapitolu. Il-Partijiet jistgħu japprovaw id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni, skont il-proċeduri rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-emenda. Id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ f'data miftiehma mill-Partijiet; |
(e) |
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' deċiżjoni msemmija fis-subparagrafu (d), hawn fuq, kif ukoll it-tħaddim tal-miżuri msemmija taħt is-subparagrafu (d) hawn fuq; |
(f) |
li jipprovdi forum regolari għall-iskambju ta' informazzjoni li hija relatata mas-sistema regolatorja ta' kull Parti, inkluż il-bażi xjentifika u ta' valutazzjoni tar-riskju għal miżura SPS; kif ukoll |
(g) |
li jħejji u jżomm dokument li jagħti informazzjoni dwar l-istat tad-diskussjonijiet bejn il-Partijiet dwar il-ħidma tagħhom dwar l-għarfien tal-ekwivalenza ta' miżuri SPS speċifiċi. |
3. Il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni jista', fost affarijiet oħra:
(a) |
jidentifika opportunitajiet għal aktar involviment bilaterali, inkluż relazzjonijiet imsaħħa, li jistgħu jinkludu skambju ta' uffiċjali; |
(b) |
jiddiskuti fi stadju bikri, tibdil, jew il-proposta ta' tibdil f'miżura SPS li tkun qed tiġi kkunsidrata; |
(c) |
jiffaċilita fehim aħjar bejn il-Partijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim SPS, u jippromwovi l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-SPS li jkunu qed jiġu diskussi f'fora multilaterali, inkluż il-Kumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji tad-WTO u korpi internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards, kif xieraq; jew |
(d) |
jidentifika u jiddiskuti, fi stadju bikri, inizjattivi li jkollhom komponent SPS, u li jibbenefikaw mill-kooperazzjoni. |
4. Il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma magħmulin minn rappreżentanti f'livell ta' esperti tal-Partijiet, biex jiġu indirizzati kwistjonijiet SPS speċifiċi.
5. Parti tista' tirreferi kwalunkwe kwistjoni SPS lill-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni. Il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni għandu jikkunsidra l-kwistjoni kemm jista' jkun malajr.
6. Jekk il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni ma jkunx jista' jsolvi kwistjoni malajr, huwa għandu, fuq talba ta' Parti, jirrapporta minnufih lill-Kumitat Konġunt CETA.
7. Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni għandu jiltaqa' u jistabbilixxi l-programm ta' ħidma tiegħu mhux aktar tard minn 180 jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u r-regoli ta' proċedura tiegħu mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.
8. Wara l-ewwel laqgħa tiegħu, il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni għandu jiltaqa' kif meħtieġ, normalment fuq bażi annwali. Il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni jista' jiddeċiedi li jiltaqa' permezz ta' vidjokonferenza jew telekonferenza, u jista' wkoll jindirizza kwistjonijiet barra mis-sessjonijiet permezz ta' korrispondenza.
9. Il-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni għandu jirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet u l-programm ta' ħidma tiegħu lill-Kumitat Konġunt CETA.
10. Mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tinnomina u tgħarraf lill-Parti l-oħra, bil-miktub, dwar punt ta' kuntatt għall-koordinazzjoni tal-aġenda tal-Kumitat Konġunt ta' Ġestjoni u biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet SPS.
KAPITOLU SITTA
Id-dwana u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ
Artikolu 6.1
Objettivi u prinċipji
1. Il-Partijiet jagħrfu l-importanza tal-kwistjonijiet ta' dwana u tal-faċilitazzjoni kummerċjali fl-ambjent tal-kummerċ bilaterali li qed jevolvi.
2. Il-Partijiet għandhom, sa fejn possibbli, jikkoperaw u jiskambjaw informazzjoni, inkluż informazzjoni dwar l-aħjar prattiki, sabiex imexxu 'l quddiem l-applikazzjoni u l-osservanza tal-miżuri għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ f'dan il-Ftehim.
3. Il-miżuri sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ ma għandhomx ifixklu mekkaniżmi li jipproteġu persuna permezz ta' infurzar effettiv u ta' konformità mal-liġi ta' Parti.
4. Ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ma għandhomx ikunu ta' piż amministrattiv jew jillimitaw il-kummerċ aktar milli jkun hemm bżonn sabiex jintlaħaq objettiv leġittimu.
5. L-istrumenti u l-istandards kummerċjali u doganali internazzjonali eżistenti għandhom ikunu l-bażi għar-rekwiżiti u l-proċeduri tal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu, ħlief meta dawn ikunu mezzi inadegwati jew mhux effettivi għat-twettiq tal-objettiv leġittimu mixtieq.
Artikolu 6.2
Trasparenza
1. Kull Parti għandha tippubblika jew b'xi mod ieħor tagħmel disponibbli, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, il-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-politiki amministrattivi tagħha relatati mal-ħtiġijiet għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' prodotti.
2. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tqiegħed għad-disponibbiltà tal-pubbliku, inkluż fuq l-internet, regolamenti proposti u politiki amministrattivi relatati ma' kwistjonijiet doganali filwaqt li persuni interessati jingħataw l-opportunità jikkummentaw qabel l-adozzjoni tagħhom.
3. Kull Parti għandha taħtar jew iżżomm punt ta' kuntatt wieħed jew aktar sabiex tindirizza l-mistoqsijiet mill-persuni interessati dwar kwistjonijiet doganali u tagħmel disponibbli fuq l-internet l-informazzjoni rigward il-proċeduri biex isiru inkjesti bħal dawn.
Artikolu 6.3
Rilaxx ta' prodotti
1. Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm proċeduri doganali ssimplifikati għar-rilaxx effiċjenti tal-prodotti effiċjenti, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-importaturi u l-esportaturi.
2. Kull Parti għandha tiżgura li dawn il-proċeduri ssimplifikati:
(a) |
jippermettu għar-rilaxx tal-prodotti sa perjodu ta' żmien li ma jkunx itwal milli meħtieġ sabiex tiġi assigurata l-konformità mal-liġi tagħha; |
(b) |
jippermettu li l-prodotti, u sa fejn possibbli prodotti kkontrollati jew irregolati, jiġu rilaxxati fl-ewwel punt tal-wasla; |
(c) |
ifittxu li jippermettu r-rilaxx imħaffef ta' prodotti li jeħtieġu żdoganar ta' emerġenza; |
(d) |
jippermettu li importatur jew l-aġent tiegħu jneħħi l-prodotti minn kontroll doganali qabel ir-riżoluzzjoni finali u l-ħlas ta' dazji doganali, taxxi u tariffi. Qabel ma tirrilaxxa l-prodotti, Parti tista' titlob li importatur jipprovdi garanzija suffiċjenti fil-forma ta' garanzija, depożitu jew xi strument ieħor xieraq; kif ukoll |
(e) |
tipprovdi, b'konformità mal-liġi tagħha, għal rekwiżiti ta' dokumentazzjoni ssimplifikati għad-dħul ta' prodotti b'valur baxx kif determinat minn kull Parti. |
3. Kull Parti, fil-proċeduri ssimplifikati tagħha, tista' tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' informazzjoni aktar estensiva permezz ta' kontabilità wara d-dħul u verifiki, kif xieraq.
4. Kull Parti għandha tippermetti r-rilaxx imħaffef ta' prodotti u, sa fejn ikun possibbli u jekk applikabbli, għandha:
(a) |
tipprovdi għall-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-informazzjoni bil-quddiem b'mod elettroniku qabel il-wasla fiżika tal-prodotti sabiex jippermettu r-rilaxx tagħhom mal-wasla, jekk ma jkun ġie identifikat l-ebda riskju jew jekk ma għandhom isiru l-ebda verifiki għal għarrieda; kif ukoll |
(b) |
tipprovdi għar-rilaxx ta' ċerti prodotti b'minimu ta' dokumentazzjoni. |
5. Kull Parti għandha, sa fejn ikun possibbli, tiżgura li l-awtoritajiet u l-aġenziji tagħha involuti fil-kontrolli tal-fruntiera u oħrajn li jirrigwardaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni jikkooperaw u jikkoordinaw biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ permezz, fost affarijiet oħra, tal-konverġenza tar-rekwiżiti tad-dejta u d-dokumentazzjoni tal-importazzjoni u l-esportazzjoni u l-istabbiliment ta' post uniku għall-verifika dokumentarja u fiżika ta' darba tal-kunsinni.
6. Kull Parti għandha tiżgura, sa fejn possibbli, li r-rekwiżiti tagħha rigward l-importazzjoni u l-esportazzjoni għal prodotti jkunu kkoordinati biex jiffaċilitaw il-kummerċ, irrispettivament minn jekk dawn ir-rekwiżiti jkunux amministrati minn aġenzija jew f'isem dik l-aġenzija mill-amministrazzjoni doganali.
Artikolu 6.4
Valutazzjoni Doganali
1. Il-Ftehim dwar il-Valutazzjoni Doganali jirregola l-valutazzjoni doganali applikata għall-kummerċ reċiproku ta' bejn il-Partijiet.
2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jilħqu approċċ komuni għal kwistjonijiet relatati ma' valutazzjoni doganali.
Artikolu 6.5
Klassifikazzjoni tal-prodotti
Il-klassifikazzjoni tal-prodotti fil-kummerċ bejn il-Partijiet skont dan il-Ftehim hija stabbilita f'kull nomenklatura tat-tariffi rispettiva ta' kull Parti f'konformità mas-Sistema Armonizzata.
Artikolu 6.6
Tariffi u Imposti
Kull Parti għandha tippubblika jew tagħmel disponibbli xort' oħra informazzjoni dwar tariffi u imposti minn amministrazzjoni doganali ta' dik il-Parti, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi. Din l-informazzjoni tkun tinkludi t-tariffi u l-imposti applikabbli, ir-raġuni speċifika għal tariffa jew imposta, l-awtorità responsabbli u meta u kif għandu jsir il-ħlas. Parti ma għandhiex timponi tariffi u imposti ġodda jew emendati qabel ma tippubblika jew tagħmel disponibbli xort' oħra din l-informazzjoni.
Artikolu 6.7
Ġestjoni tar-riskji
1. Kull Parti għandha tibbaża l-eżami, ir-rilaxx u l-proċeduri ta' verifika wara d-dħul tagħha fuq prinċipji ta' valutazzjoni tar-riskju, minflok ma jkun hemm il-ħtieġa li kull konsenja li tkun offruta għal dħul tkun trid tiġi eżaminata b'mod komprensiv għall-konformità mal-ħtiġiet tal-importazzjoni.
2. Kull Parti għandha tadotta u tapplika r-rekwiżiti u l-proċeduri ta' kontroll tagħha għall-prodotti fuq il-bażi tal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju u tiffoka fuq miżuri dwar il-konformità fuq tranżazzjonijiet li jixirqilhom attenzjoni.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprekludu Parti milli twettaq kontroll tal-kwalità u analiżijiet ta' konformità li jistgħu jeħtieġu eżamijiet aktar estensivi.
Artikolu 6.8
Awtomazzjoni
1. Kull Parti għandha tuża teknoloġiji tal-informazzjoni li jħaffu l-proċeduri għar-rilaxx ta' prodotti sabiex tiffaċilita l-kummerċ, inkluż il-kummerċ bejn il-Partijiet.
2. Kull Parti għandha:
(a) |
tagħmel ħilitha biex tagħmel disponibbli, permezz ta' mezzi elettroniċi, formoli doganali li huma meħtieġa għall-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' prodotti; |
(b) |
tippermetti, suġġett għal-liġi tagħha, dawn il-formoli doganali li għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku; kif ukoll |
(c) |
jekk ikun possibbli, permezz tal-amministrazzjoni doganali, tipprovdi għall-iskambju elettroniku ta' informazzjoni mal-komunità kummerċjali tagħha. |
3. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex:
(a) |
tiżviluppa u żżomm kompletament interkonnessi sistemi ta' punt uniku ta' servizz biex tiffaċilita li l-informazzjoni meħtieġa mid-dwana u minn leġiżlazzjoni mhux doganali għall-movimenti transfruntieri ta' prodotti tiġi ppreżentata f'forma elettronika waħda; kif ukoll |
(b) |
tiżviluppa sett ta' elementi ta' dejta u proċessi b'konformità mal-mudell tad-Dejta tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (World Customs Organisation (“WCO”)) u r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida relatati tad-WCO. |
4. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jikkooperaw dwar l-iżvilupp ta' sistemi elettroniċi interoperabbli, inkluż li jqisu l-ħidma li ssir mid-WCO, sabiex ikun iffaċilitat il-kummerċ bejn il-Partijiet.
Artikolu 6.9
Deċiżjonijiet bil-Quddiem
1. Kull Parti għandha toħroġ, wara talba bil-miktub, deċiżjonijiet bil-quddiem dwar il-klassifikazzjoni tariffarja skont il-liġi tagħha.
2. Soġġett għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, kull Parti għandha tippubblika, pereżempju fuq l-internet, informazzjoni dwar deċiżjonijiet bil-quddiem dwar il-klassifika tariffarja li tkun rilevanti biex jinftiehmu u jiġu applikati r-regoli ta' klassifikazzjoni tariffarja.
3. Sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ, il-Partijiet għandhom jinkludu fid-djalogu bilaterali tagħhom, aġġornamenti regolari dwar it-tibdil fil-liġijiet rispettivi tagħhom u l-miżuri ta' implimentazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 6.10
Rieżami u appell
1. Kull Parti għandha tiżgura li miżura amministrattiva jew deċiżjoni uffiċjali li tittieħed fir-rigward tal-importazzjoni tal-prodotti tista' tiġi rieżaminata minnufih minn tribunali ġudizzjarji, arbitrali jew amministrattivi jew permezz ta' proċeduri amministrattivi.
2. It-tribunal jew uffiċjal li jaġixxi skont dawn il-proċeduri amministrattivi għandu jkun indipendenti mill-uffiċjal, jew l-uffiċċju li joħroġ id-deċiżjoni u għandu jkollu l-kompetenza li jżomm, jimmodifika jew jaqleb ir-riżoluzzjoni skont il-liġi tal-Parti.
3. Qabel ma persuna tkun meħtieġa tfittex rimedju f'livell ġudizzjarju jew aktar formali, kull Parti għandha tipprovdi għal livell amministrattiv ta' appell jew għal rieżami li jkun indipendenti mill-uffiċjal jew l-uffiċċju responsabbli għall-azzjoni jew deċiżjoni oriġinali.
4. Kull Parti għandha tagħti sostanzjalment l-istess dritt ta' rieżami u appell rigward ir-riżoluzzjonijiet ta' deċiżjonijiet bil-quddiem mill-amministrazzjoni doganali tagħha li hija tipprovdi lill-importaturi fit-territorju tagħha lil persuna li tkun irċeviet deċiżjoni bil-quddiem skont l-Artikolu 6. 9.
Artikolu 6.11
Penali
Kull Parti għandha tassigura li l-liġi doganali tipprovdi li l-penali imposti għall-ksur ikunu proporzjonati u nondiskriminatorji u li l-applikazzjoni ta' dawn il-penali ma jkunux iwasslu għal dewmien mhux iġġustifikat.
Artikolu 6.12
Kunfidenzjalità
1. Kull Parti għandha, skont il-liġijiet tagħha, tittratta bħala strettament kunfidenzjali kull informazzjoni miksuba taħt dan il-Kapitolu li min-natura tagħha tkun kunfidenzjali jew li tkun ingħatat fuq bażi konfidenzjali, u għandha tipproteġi dik l-informazzjoni minn divulgazzjoni li tista' tippreġudika l-qagħda kompetittiva tal-persuna li tkun qed tipprovdi l-informazzjoni.
2. Jekk il-Parti li tirċievi jew tikseb l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija meħtieġa mil-liġi tagħha li tiżvela l-informazzjoni, dik il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti jew lill-persuna li tkun ipprovdiet dik l-informazzjoni.
3. Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni kunfidenzjali miġbura skont dan il-Kapitolu ma tintużax għal finijiet oħra għajr għall-amministrazzjoni u l-infurzar ta' kwistjonijiet doganali, ħlief bil-permess tal-Parti jew tal-persuna li tkun ipprovdiet dik l-informazzjoni kunfidenzjali.
4. Parti tista' tippermetti li l-informazzjoni miġbura taħt dan il-Kapitolu tintuża fi proċedimenti amministrattivi, ġudizzjarji jew kważi-ġudizzjarji li jinbdew minħabba nuqqas ta' konformità mal-liġijiet doganali li jimplimentaw dan il-Kapitolu. Parti għandha tinnotifika lill-Parti jew lill-persuna li tkun ipprovdiet l-informazzjoni bil-quddiem b'dan l-użu.
Artikolu 6.13
Kooperazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom ikomplu jikkooperaw f'fora internazzjonali, bħad-WCO, biex jinkisbu l-għanijiet rikonoxxuti b'mod reċiproku, inklużi dawk stabbiliti fil-Qafas ta' Standards li Jiżguraw u Jiffaċilitaw il-Kummerċ Globali tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali.
2. Il-Partijiet għandhom regolarment jeżaminaw inizjattivi internazzjonali relevanti dwar l-iffaċilitar tal-kummerċ, inkluż il-Kompendju ta' Rakkomandazzjonijiet għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ żviluppat mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp u l-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa, sabiex jiġu identifikati oqsma fejn aktar azzjoni konġunta tista' tiffaċilita l-kummerċ bejn il-Partijiet u tippromwovi objettivi multilaterali kondiviżi.
3. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw skont il-Ftehim bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Doganali, li sar f'Ottawa fl-4 ta' Diċembru 1997 (il-“Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Doganali bejn il-Kanada u l-UE”).
4. Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin b'assistenza reċiproka fi kwistjonijiet doganali skont il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Doganali bejn il-Kanada u l-UE, inklużi kwistjonijiet li jirrigwardaw xi suspett ta' ksur ta' leġiżlazzjoni doganali ta' Parti, kif definit f'dan il-Ftehim, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 6.14
Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali
1. Il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali, li jingħata awtorità li jaġixxi taħt l-awspiċi tal-Kumitat Konġunt CETA bħala kumitat speċjalizzat skont l-Artikolu 26.2.1(c) (Kumitati speċjalizzati) għandu jassigura l-funzjonament tajjeb ta' dan il-Kapitolu u tal-Protokoll dwar ir-Regoli tal-Oriġini u l-Proċeduri tal-Oriġini, kif ukoll l-Artikolu 20.43 (Kamp ta' Applikazzjoni ta' Miżuri dwar il-Fruntieri) u l-Artikolu 2.8 (Sospensjoni temporanja tat-trattament tariffarju preferenzjali). Il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali għandu jeżamina kwistjonijiet li jinħolqu mill-applikazzjoni tagħhom f'konformità mal-objettivi ta' dan il-Ftehim.
2. Għall-kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tad-dwana, il-kummerċ, jew awtoritajiet kompetenti oħrajn skont kif kull Parti tqis xieraq.
3. Kull Parti għandha tiżgura li r-rappreżentanti tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt għall-Koperazzjoni Doganali jkollhom kompetenza esperta li tikkorrispondi għall-punti fuq l-aġenda. Il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali jista' jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika ta' kompetenzi biex jittratta dwar kwistjonijiet ta' regoli tal-oriġini jew proċeduri tal-oriġini (il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali -ir-Regoli tal-Oriġini jew il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali — il-Proċeduri tal-Oriġini).
4. Il-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni Doganali jista' jifformula riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew opinjonijiet u jippreżenta abbozzi ta' deċiżjonijiet lill-Kumitat Konġunt CETA li huwa jqis neċessarji għall-kisba tal-objettivi komuni u l-funzjonament tajjeb tal-mekkaniżmi stabbiliti f'dan il-Kapitolu u l-Protokoll dwar ir-Regoli tal-Oriġini u l-Proċeduri tal-Oriġini, kif ukoll l-Artikolu 20.43 (Kamp ta' Applikazzjoni ta' Miżuri dwar il-Fruntieri) u l-Artikolu 2.8 (Sospensjoni temporanja tat-trattament tariffarju preferenzjali).
KAPITOLU SEBGĦA
Sussidji
Artikolu 7.1
Definizzjoni ta' sussidju
1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, sussidju tfisser miżura relatata mal-kummerċ fil-prodotti, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1.1 tal-Ftehim SCM.
2. Sussidju jkun suġġett għal dan il-Kapitolu biss jekk ikun speċifikament fit-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM.
Artikolu 7.2
Trasparenza
1. Kull sentejn, kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra b'dan li ġej fir-rigward ta' kwalunkwe sussidju mogħti jew miżmum fit-territorju tagħha:
(a) |
il-bażi ġuridika tas-sussidju; |
(b) |
il-forma tas-sussidju; kif ukoll |
(c) |
l-ammont tas-sussidju jew l-ammont ibbaġitjat għas-sussidju. |
2. Notifiki pprovduti lid-WTO skont l-Artikolu 25.1 tal-Ftehim SCM jiġu kkunsidrati li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-paragrafu 1.
3. Fuq talba mill-Parti l-oħra, Parti għandha fil-pront tipprovdi informazzjoni u twieġeb għal mistoqsijiet li jirrigwardaw każijiet partikolari ta' sostenn mill-gvern relatati mal-kummerċ fis-servizzi pprovduti fit-territorju tagħha.
Artikolu 7.3
Konsultazzjonijiet dwar is-sussidji u l-appoġġ tal-gvern f'setturi għajr l-agrikoltura u s-sajd
1. Jekk Parti tqis li sussidju, jew każ partikolari ta' sostenn mill-Gvern relatat mal-kummerċ fis-servizzi, mogħti mill-Parti l-oħra qed ikollu impatt negattiv, jew jista' jolqot b'mod negattiv l-interessi tagħha, hija tista' tesprimi t-tħassib tagħha lill-Parti l-oħra u titlob li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-kwistjoni. Il-Parti li tkun qed twieġeb għandha tagħti kunsiderazzjoni sħiħa u l-attenzjoni mistħoqqa lil din it-talba.
2. Matul il-konsultazzjonijiet, Parti tista' titlob informazzjoni addizzjonali dwar sussidju jew każ partikolari ta' sostenn mill-Gvern rigward il-kummerċ fis-servizzi pprovduti mill-Parti l-oħra, inkluż l-objettiv tal-politika, l-ammont, u kull miżura li tkun ittieħdet biex tillimita l-effett potenzjalment distorsiv fuq il-kummerċ.
3. Fuq il-bażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet, il-Parti li tkun qed twieġeb għandha tagħmel ħilitha sabiex telimina jew tnaqqas kemm jista' jkun kull effett negattiv tas-sussidju, jew tal-każ partikolari ta' sostenn mill-Gvern relatat mal-kummerċ fis-servizzi, fuq l-interessi tal-Parti li tkun qed tagħmel it-talba.
4. Dan l-Artikolu ma japplikax għal sussidji relatati ma' prodotti agrikoli u prodotti tas-sajd, u huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7.4 u 7.5.
Artikolu 7.4
Konsultazzjonijiet dwar sussidji relatati mal-prodotti tal-agrikoltura u prodotti tas-sajd
1. Il-Partijiet jikkondividu l-objettiv li jaħdmu flimkien biex jintlaħaq ftehim:
(a) |
sabiex jissaħħu aktar id-dixxiplini u r-regoli multilaterali dwar il-kummerċ agrikolu fid-WTO; kif ukoll |
(b) |
sabiex jgħinu f'li tiġi żviluppata soluzzjoni globali u multilaterali għas-sussidji tas-sajd. |
2. Jekk Parti tqis li sussidju, jew il-provvediment ta' sostenn mill-gvern, mogħti mill-Parti l-oħra, qed ikollu impatt negattiv, jew jista' jolqot b'mod negattiv l-interessi tagħha fir-rigward ta' prodotti agrikoli jew prodotti tas-sajd, hija tista' tesprimi t-tħassib tagħha lill-Parti l-oħra u titlob li jsiru konsultazzjonijiet dwar il-kwistjoni.
3. Il-Parti li tkun qed twieġeb għandha tagħti kunsiderazzjoni sħiħa u l-attenzjoni mistħoqqa lil din it-talba u għandha tuża l-aqwa sforzi tagħha biex jiġu eliminati jew minimizzati l-effetti negattivi tas-sussidju, jew il-provvediment ta' sostenn mill-Gvern, fuq l-interessi tal-Parti rikjedenti fir-rigward ta' prodotti agrikoli u prodotti tas-sajd.
Artikolu 7.5
Sussidji fuq esportazzjonijiet agrikoli
1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:
(a) |
sussidju għall-esportazzjoni tfisser sussidju għall-esportazzjoni kif definit fl-Artikolu 1(e) tal-Ftehim dwar l-Agrikultura; kif ukoll |
(b) |
it-tneħħija totali ta' tariffa tfisser, fejn jeżistu kwoti tariffarji, it-tneħħija jew tat-tariffa fil-limiti tal-kwota jew tat-tariffa fl-eċċess tal-kwota. |
2. Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm sussidju għall-esportazzjoni fuq prodott agrikolu li huwa esportat, jew inkorporat fi prodott li huwa esportat, għat-territorju tal-Parti l-oħra wara li l-Parti l-oħra tkun neħħiet kompletament it-tariffa, immedjatament jew wara l-perjodu ta' tranżizzjoni, fuq dak il-prodott agrikolu f'konformità mal-Anness 2-A (Tneħħija tat-Tariffi), inklużi l-Iskedi ta' Tariffi tagħha.
Artikolu 7.6
Kunfidenzjalità
Meta tipprovdi informazzjoni taħt dan il-Kapitolu, Parti ma hijiex obbligata tiżvela informazzjoni kunfidenzjali.
Artikolu 7.7
Esklużjoni ta' sussidji u tal-appoġġ tal-gvern għal servizzi awdjoviżivi u għal industriji kulturali
Xejn f'dan il-Ftehim ma japplika għal sussidji jew appoġġ tal-gvern fir-rigward ta' servizzi awdjoviżivi għall-Unjoni Ewropea u għal industriji kulturali għall-Kanada.
Artikolu 7.8
Relazzjoni mal-Ftehim tad-WTO
Il-Partijiet jaffirmaw mill-ġdid id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu VI tal-GATT 1994, il-Ftehim SCM u l-Ftehim dwar l-Agrikoltura.
Artikolu 7.9
Soluzzjoni tat-tilwim
L-Artikoli 7.3 u 7.4 ta' dan il-Kapitolu ma humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' soluzzjoni tat-tilwim ta' dan il-Ftehim.
KAPITOLU TMIENJA
Investiment
Artikolu 8.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
attivitajiet ekonomiċi mwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva tfisser attivitajiet li la huma mwettqa fuq bażi kummerċjali u lanqas f'kompetizzjoni ma' operatur ekonomiku wieħed jew aktar; |
|
servizzi ta' tiswija u manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tfisser attivitajiet li jitwettqu fuq inġenju tal-ajru jew parti minnu waqt li jkun irtirat mis-servizz u ma jinkludux l-hekk imsejħa manutenzjoni tal-linja; |
|
servizzi tal-operat tal-ajruport tfisser l-operat jew il-ġestjoni, abbażi ta' tariffa jew kuntratt, tal-infrastruttura tal-ajruport, inklużi t-terminals, ir-runways, it-taxiways u s-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, il-faċilitajiet tal-ipparkjar, u s-sistemi ta' trasportazzjoni fl-ajruport. Għal aktar ċertezza, is-servizz tal-operat tal-ajruport ma jinkludux is-sjieda tal-ajruporti jew l-artijiet tal-ajruporti jew l-investiment fihom, jew kull funzjoni li titwettaq mill-bord tad-diretturi. Is-servizzi tal-operat tal-ajruport ma jinkludux is-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru; |
|
ordni ta' sekwestru tfisser il-qbid ta' proprjetà ta' parti fil-kawża sabiex jiġi żgurat jew aċċertat it-twettiq ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ; |
|
servizzi ta' sistema kompjuterizzata ta' prenotazzjoni tfisser il-forniment ta' servizz minn sistemi kompjuterizzati li jinkludu informazzjoni dwar l-iskedi tal-linji tal-ajru, id-disponibbiltà, il-prezzijiet u r-regoli dwar il-prezzijiet, li permezz tagħhom jistgħu jsiru prenotazzjonijiet jew jinħarġu l-biljetti. |
|
informazzjoni protetta jew kunfidenzjali tfisser:
|
|
investiment kopert tfisser, fir-rigward ta' Parti, investiment:
|
|
parti fil-kawża tfisser l-investitur li jibda proċeduri skont it-Taqsima F jew il-konvenut. Għall-finijiet tat-Taqsima F u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8,14, investitur ma jinkludix Parti; |
|
partijiet fil-kawża tfisser kemm l-investitur kif ukoll il-konvenut; |
|
inġunzjoni tfisser ordni li tipprojbixxi jew twaqqaf azzjoni; |
|
intrapriża tfisser intrapriża kif definita fl-Artikolu 1.1 (Definizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali) u fergħa jew uffiċċju rappreżentattiv ta' intrapriża; |
|
servizzi ta' ground handling tfisser il-forniment ta' servizz abbażi ta' tariffa jew kuntratt għal: amministrazzjoni u superviżjoni fuq l-art, inkluż il-kontroll tat-tagħbija u l-komunikazzjonijiet; l-immaniġġar tal-passiġġieri; l-immaniġġar tal-bagolli; l-immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta; l-immaniġġar tar-rampa u s-servizzi tal-inġenji tal-ajru; l-immaniġġar tal-karburanti u żjut; il-manutenzjoni ta' linja tal-ajruplani, l-operazzjonijiet tat-titjir u l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġ; it-trasport bis-superfiċje; jew is-servizzi tal-forniment tal-ikel. Is-servizzi tal-ground handling ma jinkludux is-servizzi tas-sigurtà jew l-operazzjoni jew il-ġestjoni tal-infrastruttura ċentralizzata tal-ajruport, bħas-sistemi tal-immaniġġar tal-bagolli, il-faċilitajiet tat-tneħħija tas-silġ, is-servizzi tad-distribuzzjoni tal-karburant, jew is-sistemi ta' trasport fl-ajruport; |
|
ICSID tfisser Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta' Tilwim dwar Investiment; |
|
Regoli Addizzjonali tal-Faċilità tal-ICSID tfisser ir-Regoli li Jiggwidaw il-Faċilità Addizzjonali għall-Amministrazzjoni ta' Proċedimenti mis-Segretarjat taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta' Tilwim dwar Investiment; |
|
Konvenzjoni ICSID tfisser il-Konvenzjoni dwar is-Soluzzjoni ta' Tilwim dwar Investiment bejn l-Istati u ċ-Ċittadini ta' Stati oħra, li saret f'Washington fit-18 ta' Marzu 1965; |
|
drittijiet ta' proprjetà intellettwali tfisser drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, drittijiet tal-marki kummerċjali; drittijiet tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, drittijiet tad-disinji industrijali, drittijiet tal-privattivi, drittijiet tad-disinji ta' ċirkwiti integrati; drittijiet rigward il-protezzjoni ta' informazzjoni mhux divulgata, u drittijiet fuq il-varjetajiet tal-pjanti; u, jekk tali drittijiet huma previsti mil-liġi ta' Parti, id-drittijiet ta' mudelli ta' utilità. Il-Kumitat Konġunt CETA jista' permezz ta' deċiżjoni, iżid kategoriji oħra ta' proprjetà intellettwali ma' din id-definizzjoni; |
|
investiment tfisser kull kwalità ta' assi li investitur jippossjedi jew jikkontrolla direttament jew indirettament, li għandha l-karatteristiċi ta' investiment, li tinkludi ċertu tul ta' żmien u karatteristiċi oħra bħall-impenn tal-kapital jew riżorsi oħra, l-istennija ta' qligħ jew profitt, jew is-suppożizzjoni ta' riskju. Il-forom li jista' jieħu investiment jistgħu jinkludu:
|
|
Għal aktar ċertezza, pretensjonijiet għal flus ma tinkludix:
Redditi li jiġu investiti jiġu ttrattati bħala investimenti. Kwalunkwe alterazzjoni għall-forma fejn l-assi jiġu investiti jew investiti mill-ġdid ma għandhiex effett fuq il-kwalifika tagħhom bħala investiment; |
|
investitur tfisser Parti, jew persuna fiżika jew intrapriża ta' Parti, li mhix fergħa jew uffiċċju rappreżentattiv, li tfittex li tagħmel, li tkun qed tagħmel jew li tkun għamlet investiment fit-Territorju tal-Parti l-oħra; Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, intrapriża ta' Parti hija:
|
|
intrapriża stabbilita lokalment tfisser persuna ġuridika li hija kkostitwita jew organizzata taħt il-liġijiet tal-konvenut u li jkollha sjieda jew kontroll dirett jew indirett ta' investitur tal-Parti l-oħra; |
|
persuna fiżika tfisser:
Persuna fiżika li hija ċittadin tal-Kanada, u li għandha nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hija kkunsidrata esklussivament persuna fiżika tal-Parti tan-nazzjonalità dominanti u effettiva tiegħu jew tagħha. Persuna fiżika li għandha n-nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew li hija ċittadin tal-Kanada, u li hija wkoll residenti permanenti tal-Parti l-oħra, hija kkunsidrata persuna fiżika esklussivament tal-Parti tan-nazzjonalità jew ċittadinanza tiegħu jew tagħha, kif applikabbli; |
|
Konvenzjoni ta' New York tfisser il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġ Barranin, li saret fi New York, fl-10 ta' Ġunju 1958; |
|
Parti mhux fil-kawża tfisser il-Kanada, jekk l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tkun il-konvenut, jew l-Unjoni Ewropea, jekk il-Kanada tkun il-konvenut; |
|
konvenut tfisser il-Kanada jew, fil-każ tal-Unjoni Ewropea, jew l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jew l-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 8.21; |
|
redditi tfisser l-ammonti kollha li huma r-rendiment ta' investiment jew investiment mill-ġdid, inklużi l-profitti, ir-royalties u l-interessi jew tariffi u ħlasijiet oħra in natura; |
|
il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi tat-trasport bl-ajru tfisser l-opportunitajiet li l-linja tal-ajru kkonċernata liberament tbiegħ jew tikkummerċjalizza s-servizzi tat-trasport bl-ajru tagħha inkluż l-aspetti kollha tal-kummerċjalizzazzjoni bħar-riċerka dwar is-suq, ir-reklamar u d-distribuzzjoni, iżda mhux l-ipprezzar tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jew il-kundizzjonijiet applikabbli; |
|
finanzjament minn parti terza tfisser kwalunkwe finanzjament ipprovdut minn entità fiżika jew ġuridika li mhijiex parti fil-kawża u li tidħol fi ftehim ma' parti fil-kawża sabiex tiffinanzja parti mill-ispejjeż tal-proċedimenti jew kollha kemm huma jew permezz ta' donazzjoni jew għotja, jew għal remunerazzjoni li tkun tiddependi fuq l-eżitu tal-kawża. |
|
Tribunal tfisser it-tribunal stabbilit skont l-Artikolu 8.27; |
|
Regoli ta' Arbitraġġ UNCITRAL tfisser ir-regoli ta' arbitraġġ tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali; kif ukoll |
|
Regoli tal-UNCITRAL dwar it-Trasparenza tfisser ir-Regoli tal-UNCITRAL dwar it-Trasparenza bbażati fuq it-Trattat tal-Arbitraġġ bejn l-Investitur u l-Istat; |
Artikolu 8.2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu japplika għal miżura adottata jew miżmuma minn Parti fit-territorju tagħha (5) fir-rigward ta':
(a) |
investitur tal-Parti l-oħra; |
(b) |
investiment kopert; kif ukoll |
(c) |
fir-rigward tal-Artikolu 8.5, kwalunkwe investiment fit-territorju tagħha. |
2. Fir-rigward tal-istabbiliment jew l-akkwiżizzjoni ta' investiment kopert (6), it-Taqsimiet B u C ma japplikawx għal miżura rigward:
(a) |
is-servizzi tal-ajru, jew servizzi relatati b'appoġġ għas-servizzi tal-ajru u servizzi oħra li jingħataw permezz ta' trasport bl-ajru (7), li mhumiex:
|
(b) |
l-attivitajiet li jitwettqu fit-tħaddim tal-awtorità governattiva. |
3. Għall-Parti tal-UE, it-Taqsimiet B u C ma japplikawx għal miżura fir-rigward ta' servizzi awdjoviżivi. Għall-Kanada, it-Taqsimiet B u C ma japplikawx għal miżura fir-rigward tal-industriji kulturali.
4. Jistgħu jitressqu pretensjonijiet minn investitur taħt dan il-Kapitolu biss b'konformità mal-Artikolu 8.18, u b'osservanza tal-proċeduri stabbiliti fit-Taqsima F. Il-pretensjonijiet fir-rigward ta' obbligu stabbilit fit-Taqsima B huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Taqsima F. Il-pretensjonijiet taħt it-Taqsima C fir-rigward tal-istabbiliment jew l-akkwiżizzjoni ta' investiment kopert huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Taqsima F. It-Taqsima D tapplika biss għal investiment kopert u għal investituri fir-rigward tal-investiment kopert tagħhom.
5. Dan il-Kapitolu ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, magħmul fi Brussell fis-17 ta' Diċembru 2009 u f'Ottawa fit-18 ta' Diċembru 2009.
Artikolu 8.3
Relazzjoni ma' kapitoli oħrajn
1. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal miżuri adottati jew miżmuma minn Parti sal-punt li l-miżuri japplikaw għal investituri jew għall-investimenti tagħhom koperti mill-Kapitolu Tlettax (Servizzi Finanzjarji).
2. Rekwiżit minn Parti li fornitur ta' servizz tal-Parti l-oħra jirreġistra bond jew forma oħra ta' garanzija finanzjarja bħala kundizzjoni biex iforni servizz fit-territorju tiegħu fih innifsu ma jrendix dan il-Kapitolu applikabbli għal miżuri adottati jew miżmuma mill-Parti rigward id-dispożizzjoni ta' dak is-servizz transfruntier. Dan il-Kapitolu japplika għal miżuri adottati jew miżmuma mill-Parti rigward il-bond jew garanzija finanzjarja determinati sal-punt li tali bond jew garanzija finanzjarja jkun/tkun investiment kopert.
Artikolu 8.4
Aċċess għas-suq
1. Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm fir-rigward ta' aċċess għas-suq permezz tal-istabbiliment minn investitur tal-Parti l-oħra, abbażi tat-territorju kollu tagħha jew abbażi tat-territorju tal-livell ta' gvern nazzjonali, provinċjali, territorjali, reġjonali jew lokali, miżura li:
(a) |
timponi limitazzjonijiet fuq:
|
(b) |
tillimita jew teħtieġ tipi speċifiċi ta' entitajiet legali jew intrapriżi konġunti li permezz tagħhom intrapriża tista' twettaq attività ekonomika. |
2. Għal aktar ċertezza, dawn li ġejjin huma konsistenti mal-paragrafu 1:
(a) |
miżura li tikkonċerna r-regolamenti ta' żonar u ppjanar li jkollha impatt fuq l-iżvilupp jew l-użu tal-art, jew miżura oħra analoga; |
(b) |
miżura li teħtieġ is-separazzjoni tas-sjieda ta' infrastruttura mis-sjieda tal-prodotti jew tas-servizzi fornuti permezz ta' dik l-infrastruttura sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta, pereżempju fl-oqsma tal-enerġija, it-trasportazzjoni u t-telekomunikazzjonijiet; |
(c) |
miżura li tirrestrinġi l-konċentrazzjoni tas-sjieda sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta; |
(d) |
miżura li tfittex li tiżgura l-konservazzjoni u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent, inkluż limitazzjoni fuq id-disponibbiltà, l-għadd u l-ambitu tal-konċessjonijiet mogħtija, u l-impożizzjoni ta' moratorju jew esklużjoni; |
(e) |
miżura li tillimita l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet mogħtija minħabba limitazzjonijiet tekniċi jew fiżiċi, pereżempju, l-ispettru u l-frekwenzi tat-telekomunikazzjoni; jew |
(f) |
miżura li teħtieġ li ċertu perċentwal tal-azzjonisti, sidien, sħab, jew diretturi ta' intrapriża jkunu kkwalifikati jew jipprattikaw ċerta professjoni bħal avukati jew kontabilisti. |
Artikolu 8.5
Rekwiżiti ta' prestazzjoni
1. Parti ma għandhiex timponi, jew tinforza r-rekwiżiti li ġejjin, jew tinforza impenn jew irbit, b'konnessjoni mal-istabbiliment, l-akkwiżizzjoni, l-espansjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni, u l-ġestjoni ta' kull investiment fit-territorju tagħha biex:
(a) |
jiġi esportat ċertu livell jew perċentwal ta' prodott jew servizz; |
(b) |
jinkiseb ċertu livell jew perċentwal ta' kontenut domestiku; |
(c) |
jinxtara, jintuża jew tingħata preferenza lil prodott li jinħadem jew servizz li jingħata fit-territorju tagħha, jew li jinxtara prodott jew servizz minn persuni fiżiċi jew intrapriżi fit-territorju tagħha; |
(d) |
issir relazzjoni bejn il-volum jew il-valur tal-importazzjonijiet mal-volum jew il-valur tal-esportazzjonijiet jew mal-ammont relatat mad-dħul tal-munita barranija assoċjati mal-investiment; |
(e) |
issir restrizzjoni fuq il-bejgħ ta' prodott jew servizz fit-territorju tagħha li jipproduċi jew jipprovdi investiment billi ssir relazzjoni bejn dak il-bejgħ u l-volum jew il-valur tal-esportazzjonijiet tiegħu jew id-dħul li jagħmel mill-munita barranija; |
(f) |
isir trasferiment ta' teknoloġija, ta' proċess ta' produzzjoni jew ta' għarfien riżervat lil persuna fiżika jew intrapriża fit-territorju tagħha; jew |
(g) |
jiġi fornut esklussivament mit-territorju tal-Parti prodott li jinħadem jew servizz li jingħata mill-investiment lil suq reġjonali jew globali speċifiku. |
2. Parti ma għandhiex torbot b'kundizzjoni li jingħata jew jibqa' jingħata vantaġġ, b'konnessjoni mal-istabbiliment, l-akkwiżizzjoni, l-espansjoni, il-ġestjoni, il-kondotta jew l-operazzjoni ta' kwalunkwe investiment fit-territorju tagħha, mal-konformità ma' xi wieħed minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
biex jinkiseb ċertu livell jew perċentwal ta' kontenut domestiku; |
(b) |
biex jinxtara, jintuża jew tingħata preferenza lil prodott li jinħadem fit-territorju tagħha, jew li jinxtara prodott minn produttur fit-territorju tagħha; |
(c) |
biex issir relazzjoni bejn il-volum jew il-valur tal-importazzjonijiet mal-volum jew il-valur tal-esportazzjonijiet jew mal-ammont relatat mad-dħul tal-munita barranija assoċjati mal-investiment; jew |
(d) |
biex issir restrizzjoni fuq il-bejgħ ta' prodott jew servizz fit-territorju tagħha li jipproduċi jew jipprovdi investiment billi ssir relazzjoni bejn dak il-bejgħ u l-volum jew il-valur tal-esportazzjonijiet tiegħu jew id-dħul li jagħmel mill-munita barranija. |
3. Il-paragrafu 2 ma jipprekludix Parti milli torbot b'kundizzjoni li jingħata jew jibqa' jingħata vantaġġ, b'konnessjoni ma' investiment fit-territorju tagħha, mal-konformità ma' rekwiżit li produzzjoni, il-forniment ta' servizz, it-taħriġ jew l-impjieg ta' ħaddiema, il-kostruzzjoni jew l-espansjoni ta' faċilitajiet partikolari, jew li titwettaq riċerka u żvilupp ikunu lokalizzati fit-territorju tagħha.
4. Is-subparagrafu 1(f) ma japplikax jekk ir-rekwiżit ikun impost jew l-impenn jew l-irbit ikun infurzat mill-qorti, tribunal amministrattiv jew awtorità tal-kompetizzjoni sabiex jiġi rimedjat ksur tal-liġijiet tal-kompetizzjoni.
5. Il-provvedimenti ta':
(a) |
is-subparagrafi 1(a), (b) u (c), u 2 (a) u (b), ma japplikawx għal rekwiżiti ta' kwalifika għal prodott jew servizz fir-rigward ta' parteċipazzjoni fil-promozzjoni tal-esportazzjoni u programmi dwar l-għajnuna barranija; |
(b) |
dan l-Artikolu ma japplikax għall-akkwisti minn Parti ta' prodott jew servizz mixtri għal skopijiet governattivi u mhux bl-iskop ta' bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-iskop ta' użu fil-forniment ta' prodott jew servizzi għall-bejgħ kummerċjali, sew jekk l-akkwist huwa “akkwist kopert” jew mhuwiex skont it-tifsira tal-Artikolu 19.2 (Kamp ta' applikazzjoni u kopertura). |
6. Għal aktar ċertezza, is-subparagrafi 2(a) u (b) ma japplikawx għar-rekwiżiti imposti minn Parti li timporta rigward il-kontenut ta' prodott neċessarju biex jikkwalifika għal tariffi preferenzjali jew għal kwoti preferenzjali.
7. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-impenji ta' Parti għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Artikolu 8.6
Trattament nazzjonali
1. Kull Parti għandha tagħti lil investitur tal-Parti l-oħra u lil investiment kopert, trattament mhux inqas favorevoli mit-trattament li hija tagħti, f'sitwazzjonijiet simili għal dawn, lill-investituri tagħha stess u lill-investimenti tagħhom fir-rigward tal-istabbiliment, l-akkwiżizzjoni, l-espansjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni, il-ġestjoni, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew id-disponiment tal-investimenti tagħhom fit-territorju tagħha.
2. It-trattament mogħti minn Parti skont il-paragrafu 1 ifisser, fir-rigward ta' gvern fil-Kanada apparti dak fil-livell federali, trattament mhux inqas favorevoli minn dak l-aktar favorevoli mogħti, f'sitwazzjonijiet simili, minn dak il-gvern lil investituri tal-Kanada fit-territorju tagħha u lil investimenti ta' tali investituri.
3. It-trattament mogħti minn Parti skont il-paragrafu 1 ifisser, fir-rigward ta' gvern ta' Stat Membru jew li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, trattament mhux inqas favorevoli minn dak l-aktar favorevoli mogħti, f'sitwazzjonijiet simili, minn dak il-gvern lil investituri tal-UE fit-territorju tagħha u lil investimenti ta' tali investituri.
Artikolu 8.7
Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit
1. Kull Parti għandha tagħti lil investitur tal-Parti l-oħra u lil investiment kopert, trattament mhux inqas favorevoli mit-trattament li hija tagħti, f'sitwazzjonijiet simili għal dawn, lill-investituri ta' pajjiż terz u lill-investimenti tagħhom fir-rigward tal-istabbiliment, l-akkwiżizzjoni, l-espansjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni, il-ġestjoni, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew id-disponiment tal-investimenti tagħhom fit-territorju tagħha.
2. Għal aktar ċertezza, it-trattament mogħti minn Parti skont il-paragrafu 1 ifisser, fir-rigward ta' gvern fil-Kanada apparti dak fil-livell federali, jew, fir-rigward ta' gvern ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' gvern fiha, trattament mogħti, f'sitwazzjonijiet simili, minn dak il-gvern lil investituri fit-territorju tagħha, u lil investimenti ta' tali investituri, ta' pajjiż terz.
3 Il-paragrafu 1 ma japplikax għal trattament mogħti minn Parti li tipprovdi għal rikonoxximent, inkluż permezz ta' arranġament jew ftehim ma' pajjiż terz li jirrikonoxxi l-akkreditazzjoni ta' servizzi tal-ittestjar jew tal-analiżi u fornituri ta' servizzi, l-akkreditazzjoni ta' servizzi ta' tiswija u manutenzjoni u servizzi ta' fornituri, kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki jew tar-riżultati tax-xogħol magħmul minn dawk is-servizzi akkreditati u l-fornituri tas-servizzi.
4. Għal aktar ċertezza, it-“trattament” imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jinkludix il-proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim li jirrigwarda l-investiment bejn l-investituri u l-istat previsti fi trattati internazzjonali ta' investiment oħrajn u fi ftehimiet kummerċjali oħrajn. Obbligi sostantivi fi trattati internazzjonali oħrajn u ftehimiet kummerċjali oħrajn fihom infushom ma jikkostitwixxux “trattament”, u għaldaqstant ma jistgħux iwasslu għal ksur ta' dan l-Artikolu, miżuri assenti adottati jew miżmuma minn Parti skont dawk l-obbligi.
Artikolu 8.8
Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi
Parti ma għandhiex tirrikjedi li intrapriża ta' dik il-Parti, li tkun ukoll investiment kopert, taħtar fil-maniġment superjuri jew fil-bord tad-diretturi, persuni fiżiċi ta' xi nazzjonalità partikolari.
Artikolu 8.9
Miżuri ta' investiment u regolatorji
1. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid id-dritt ta' regolamentazzjoni fit-territorji tagħhom sabiex jiksbu objettivi leġittimi ta' politika, bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sikurezza, tal-ambjent jew tal-morali pubbliċi, il-protezzjoni soċjali jew tal-konsumatur jew il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-diversità kulturali.
2. Għal aktar ċertezza, il-fatt biss li Parti tirregola, inkluż permezz tal-modifika tal-liġijiet tagħha, b'mod li jkollu impatt negattiv fuq investiment jew jinterferixxi mal-aspettattivi ta' investitur, inkluż l-aspettattivi ta' profitt, ma jammontax għal ksur ta' obbligu taħt din it-Taqsima.
3. Għal aktar ċertezza, id-deċiżjoni ta' Parti li ma toħroġx, ma ġġeddidx jew ma żżommx sussidju:
(a) |
fin-nuqqas ta' kwalunkwe impenn speċifiku skont il-liġi jew kuntratt li toħroġ, iġġedded, jew iżżomm dak is-sussidju; jew |
(b) |
skont kwalunkwe termini jew kundizzjonijiet marbutin mal-ħruġ, it-tiġdid jew iż-żamma tas-sussidju, ma tikkostitwixxix ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima. |
4. Għal aktar ċertezza xejn f'din it-Taqsima ma għandu jiġi interpretat bħala li ma jippermettix lil xi Parti milli ma tkomplix bl-għoti ta' sussidju (9) jew li titlob għal rimborż meta tali miżura tkun meħtieġa għall-komformità ma' obbligi internazzjonali bejn il-Partijiet jew tkun ġiet ordnata minn qorti kompetenti, tribunal amministrattiv jew minn awtorità kompetenti oħra (10), jew li tkun teħtieġ li dik il-Parti tikkumpensa lill-investitur għal dan.
Artikolu 8.10
Trattament ta' investituri u ta' investimenti koperti
1. Fit-territorju tagħha kull Parti għandha tagħti lil investimenti koperti tal-Parti l-oħra u lil investituri fir-rigward tal-investimenti koperti tagħhom trattament ġust u ekwu u protezzjoni sħiħa skont il-paragrafi minn 2 sa 7.
2. Parti tikser l-obbligu ta' trattament ġust u ekwu msemmi fil-paragrafu 1 jekk miżura jew sensiela ta' miżuri jkunu jikkostitwixxu:
(a) |
ċaħda tal-ġustizzja fi proċedimenti kriminali, ċivili jew amministrattivi; |
(b) |
ksur fundamentali tal-proċess dovut, inkluż ksur fundamentali tat-trasparenza, fil-proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi; |
(c) |
arbitrarjetà manifesta; |
(d) |
diskriminazzjoni mmirata abbażi ta' raġunijiet manifestament żbaljati, bħal sess, razza jew twemmin reliġjuż; |
(e) |
trattament abbużiv ta' investituri, bħal koerċizzjoni, forza u intimidazzjoni; jew |
(f) |
ksur ta' kwalunkwe element ieħor tal-obbligu ta' trattament ġust u ekwu adottat mill-Partijiet skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. |
3. Il-Partijiet għandhom regolarment, jew wara talba ta' Parti, jagħmlu rieżami tal-kontenut tal-obbligu biex jipprovdu trattament ġust u ekwu. Il-Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment, stabbilit skont l-Artikolu 26.2.1(b) (Kumitati speċjalizzati), jista' jiżviluppa rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward u jressaqhom lill-Kumitat Konġunt CETA għal deċiżjoni.
4. Meta jkun qed japplika l-obbligu ta' hawn fuq dwar it-trattament ġust u ekwu, it-Tribunal jista' jikkunsidra jekk Parti tkunx għamlet rappreżentazzjoni speċifika lil investitur biex tħajru jagħmel investiment kopert, li tkun ħolqot aspettattiva leġittima, u li ddependa fuqha l-investitur meta ddeċieda li jagħmel jew iżomm l-investiment kopert, iżda li dik il-Parti tkun sussegwentement sfrattat.
5. Għal aktar ċertezza, “protezzjoni sħiħa u sigurtà sħiħa” tirreferi għall-obbligi ta' Parti marbutin mas-sigurtà fiżika tal-investituri u l-investimenti koperti.
6. Għal aktar ċertezza, ksur ta' dispożizzjoni oħra ta' dan il-Ftehim, jew ta' ftehim internazzjonali separat, ma jistabbilixxix ksur ta' dan l-Artikolu.
7. Għal aktar ċertezza, il-fatt li miżura tikser il-liġi domestika, fiha nfisha ma tistabbilixxix ksur ta' dan l-Artikolu. Sabiex jiġi aċċertat jekk il-miżura tiksirx dan l-Artikolu, it-Tribunal jeħtieġ jikkunsidra jekk Parti tkunx aġixxiet b'mod inkonsistenti mal-obbligi fil-paragrafu 1.
Artikolu 8.11
Kumpens għat-telf
Minkejja l-Artikolu 8.15.5(b), kull Parti għandha tagħti lil investituri tal-Parti l-oħra, li l-investimenti koperti tagħhom iġarrbu telf minħabba kunflitt armat, kunflitt ċivili, stat ta' emerġenza jew diżastru naturali fit-territorju tagħha, trattament mhux inqas favorevoli minn dak li tagħti lill-investituri tagħha stess jew lill-investituri ta' pajjiż terz, liema wieħed huwa l-aktar favorevoli għall-investitur ikkonċernat, f'dak li jirrigwarda restituzzjoni, indemnifikazzjoni, kumpens jew saldu ieħor.
Artikolu 8.12
Esproprjazzjoni
1. Parti ma għandhiex tinnazzjonalizza jew tesproprja investiment kopert kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta' miżuri li jkollhom impatt ekwivalenti għal nazzjonalizzazzjoni jew esproprjazzjoni (“esproprjazzjoni”), ħlief:
(a) |
għal skop pubbliku; |
(b) |
taħt proċess ġust skont i-liġi; |
(c) |
b'manjiera mhux diskriminatorja; kif ukoll |
(d) |
abbażi ta' pagament ta' kumpens f'waqtu, adegwat u effettiv. |
Għal aktar ċertezza, dan l-Artikolu għandu jiġi interpretat f'konformità mal-Anness 8-A.
2. Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun jammonta għall-valur ġust tas-suq tal-investiment fiż-żmien immedjatament qabel li l-esproprjazzjoni kienet saret magħrufa, skont liema jiġi l-ewwel. Il-kriterji ta' valutazzjoni għandhom jinkludu l-valur ta' negozju avvjat, il-valur tal-assi inkluż il-valur tassabbli dikjarat tal-propjetà tanġibbli, u kriterji oħra, kif xieraq, sabiex jiġi ddeterminat il-valur ġust tas-suq.
3. Il-kumpens għandu jinkludi wkoll l-interess b'rata kummerċjali normali mid-data tal-esproprjazzjoni sad-data tal-pagament u għandu, sabiex ikun effettiv għall-investitur, jitħallas u jsir trasferibbli, mingħajr dewmien, għall-pajjiż nominat mill-investitur u fil-munita tal-pajjiż li tiegħu l-investitur huwa ċittadin jew fi kwalunkwe munita faċilment konvertibbli aċċettata mill-investitur.
4. L-investitur milqut għandu jkollu d-dritt, skont il-liġi tal-Parti li tkun qed tesproprja, għal rieżami f'waqtu tal-pretensjoni tiegħu u tal-valutazzjoni tal-investiment tiegħu, minn awtorità ġudizzjarja jew independenti ta' dik il-Parti b'konformità mal-prinċipji stabbiliti f'dan l-Artikolu.
5. Dan l-Artikolu ma japplikax għall-ħruġ ta' liċenzji obbligatorji maħruġa b'rabta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sal-punt li dan il-ħruġ ikun konformi mal-Ftehim TRIPS.
6. Għal aktar ċertezza, ir-revoka, il-limitazzjoni jew il-ħolqien ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, sal-punt li dawn il-miżuri jkunu konsistenti mal-Ftehim TRIPS u l-Kapitolu Għoxrin (Proprjetà Intellettwali), ma jikkostitwixxux esproprjazzjoni. Barra minn hekk, determinazzjoni li dawn il-miżuri mhumiex konsistenti mal-Ftehim TRIPS jew mal-Kapitolu Għoxrin (Proprjetà Intellettwali) ma tistabbilixxix esproprjazzjoni.
Artikolu 8.13
Trasferimenti
1. Kull Parti għandha tippermetti li t-trasferimenti kollha li jirrigwardaw investiment kopert isiru mingħajr restrizzjoni jew dewmien u f'munita liberament konvertibbli u fir-rata tal-kambju tas-suq li kienet applikabbli fid-data tat-trasferiment. Dawn it-trasferimenti jinkludu:
(a) |
il-kontribuzzjonijiet għall-kapital bħal fondi prinċipali u addizzjonali biex imantnu, jiżviluppaw jew iżidu l-investiment; |
(b) |
il-profitti, id-dividendi, l-interessi, il-gwadanji kapitali, il-ħlas ta' royalties, it-tariffi tal-ġestjoni, l-assistenza teknika u tariffi oħra, jew forom oħra ta' redditi jew ammonti derivati minn investiment kopert; |
(c) |
id-dħul mill-bejgħ jew il-likwidazzjoni tal-investiment kopert kollu kemm hu jew parti minnu; |
(d) |
pagamenti magħmula skont kuntratt li ffirma l-investitur jew l-investiment kopert, inklużi l-pagamenti magħmula skont ftehim ta' self; |
(e) |
il-pagamenti li jsiru skont l-Artikoli 8.11 u 8.12; |
(f) |
il-qligħ u remunerazzjoni oħra ta' persunal barrani li jkun impjegat b'konnessjoni ma' investiment; kif ukoll |
(g) |
pagamenti għal danni skont deċiżjoni ta' arbitraġġ skont it-Taqsima F. |
2. Parti ma għandhiex teħtieġ li l-investituri tagħha jittrasferixxu, jew tippenalizza lill-investituri meta ma jittrasferixxux, id-dħul, il-qligħ, il-profitti jew ammonti oħra derivati minn investimenti fit-territorju tal-Parti l-oħra, jew attribwiti lil dawn l-investimenti.
3. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jiġi interpretat biex jipprekludi Parti milli tapplika b'manjiera ekwa u mhux diskriminatorja u b'mod li jkun jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq it-trasferiment, fil-liġijiet tagħha fir-rigward ta':
(a) |
falliment, insolvenza, jew il-protezzjoni tad-drittijiet tal-kredituri; |
(b) |
il-ħruġ, il-kummerċ jew in-negozjar f'titoli; |
(c) |
reati kriminali jew penali; |
(d) |
ir-rapportar finanzjarju jew iż-żamma tar-rekords tat-trasferimenti meta jkunu meħtieġa sabiex jassistu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew lill-awtoritajiet regolatorji finanzjarji; kif ukoll |
(e) |
it-twettiq ta' sentenzi fi proċedimenti ġudizzjarji. |
Artikolu 8.14
Surroga
Jekk Parti, jew aġenzija ta' Parti, tagħmel pagament taħt indennizz, garanzija jew kuntratt ta' assigurazzjoni li tkun daħlet fih fir-rigward ta' investiment li jkun sar minn wieħed mill-investituri tagħha fit-territorju tal-Parti l-oħra, il-Parti l-oħra għandha tirrikonoxxi li l-Parti jew l-aġenzija tagħha jkunu intitolati f'kull ċirkostanza għall-istess drittijiet bħal dawk tal-investitur fir-rigward tal-investiment, Dawn id-drittijiet surrogati jistgħu jitħaddmu mill-Parti jew minn aġenzija jew mill-investitur, jekk il-Parti jew l-aġenzija ta' dik il-Parti jawtorizzaw hekk.
Artikolu 8.15
Riżervi u eċċezzjonijiet
1. L-Artikoli minn 8.4 sa 8.8 ma japplikawx għal:
(a) |
miżura eżistenti mhux konformi li tinżamm minn Parti fil-livell ta':
|
(b) |
il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a); jew |
(c) |
emenda ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a) sal-punt li l-emenda ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif kienet teżisti immedjatament qabel l-emenda, mal-Artikoli minn 8.4 sa 8.8. |
2. L-Artikoli minn 8.4 sa 8.8 ma japplikawx għal miżura li Parti tadotta jew iżżomm fir-rigward ta' settur, subsettur jew attività, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Anness II tagħha.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8.10 u 8.12, Parti ma għandhiex tadotta miżura jew sensiela ta' miżuri wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u koperta bl-Iskeda tal-Anness II tagħha, li jirrikjedu direttament jew indirettament, li investitur tal-Parti l-oħra, minħabba nazzjonalità, ibiegħ jew altrimenti jiddisponi minn investiment li kien jeżisti fil-mument meta l-miżura jew sensiela ta' miżuri jkunu effettivi.
4. Fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, Parti tista' tidderoga mill-Artikoli 8.5.1(f), 8.6, u 8.7 jekk, permess bil-Ftehim TRIPS, inkluż kwalunkwe emenda għall-Ftehim TRIPS fis-seħħ għaż-żewġ Partijiet, kif ukoll rinunzji għall-Ftehim TRIPS adottati skont l-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO.
5. L-Artikoli 8.4, 8.6, 8.7 u 8.8 ma japplikawx għal:
(a) |
akkwisti minn Parti ta' prodott jew servizz mixtri għal skopijiet governattivi u mhux bl-iskop ta' bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-iskop ta' użu fil-forniment ta' prodott jew servizz għall-bejgħ kummerċjali, kemm jekk l-akkwist huwa “akkwist kopert” kif ukoll jekk mhuwiex skont it-tifsira tal-Artikolu 19.2 (Kamp ta' applikazzjoni u kopertura); jew |
(b) |
sussidji, jew sostenn tal-gvern fir-rigward ta' kummerċ fis-servizzi, pprovduti minn Parti. |
Artikolu 8.16
Ċaħda ta' benefiċċji
Parti tista' tiċħad il-benefiċċji ta' dan il-Kapitolu lil investitur tal-Parti l-oħra li jkun intrapriża ta' dik il-Parti u lill-investimenti ta' dak l-investitur jekk:
(a) |
investitur ta' pajjiż terz għandu s-sjieda jew jikkontrolla l-intrapriża; kif ukoll |
(b) |
il-Parti li tiċħad tadotta jew iżżomm miżura fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz li:
|
Artikolu 8.17
Rekwiżiti formali
Minkejja l-Artikoli 8.6 u 8.7, Parti tista' teħtieġ li investitur tal-Parti l-oħra, jew l-investiment kopert tiegħu, jipprovdi informazzjoni ta' rutina li tikkonċerna dak l-investiment għall-għan waħdieni ta' informazzjoni u statistika, sakemm dawn it-talbiet ikun raġonevoli u mhux ta' piż bla bżonn. Il-Parti għandha tipproteġi informazzjoni li hija kunfidenzjali jew protetta minn kull divulgazzjoni li tippreġudika l-qagħda kompetittiva tal-investitur jew tal-investiment kopert. Dan il-paragrafu ma jipprekludix Parti milli altrimenti tikseb jew tiddivulga informazzjoni b'konnessjoni mal-applikazzjoni ekwa u in bona fede tal-liġijiet tagħha.
Artikolu 8.18
Kamp ta' applikazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt il-Kapitolu Disgħa u Għoxrin (Soluzzjoni tat-Tilwim), investitur ta' Parti jista' jressaq quddiem it-Tribunal ikkostitwit taħt din it-Taqsima pretensjoni li l-Parti l-oħra kisret obbligu taħt:
(a) |
it-Taqsima C, fir-rigward tal-espansjoni, il-kondotta, l-operazzjoni, il-ġestjoni, il-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew id-disponiment tal-investiment kopert tiegħu, jew |
(b) |
Taqsima D, |
fejn l-investitur jiddikjara li jkun sofra telf jew dannu bħala riżultat tal-ksur allegat.
2. Pretensjonijiet taħt is-subparagrafu 1(a) fir-rigward tal-espansjoni ta' investiment kopert jistgħu jitressqu biss sakemm il-miżura tkun relatata mal-operazzjonijiet kummerċjali eżistenti ta' investiment kopert u l-investitur, bħala riżultat, ikun ġarrab telf jew dannu fir-rigward tal-investiment kopert.
3. Għal aktar ċertezza, investitur ma jistax iressaq pretensjoni taħt din it-Taqsima jekk l-investiment ikun sar permezz ta' dikjarazzjoni falza, ħabi, korruzzjoni, jew kondotta doluża li jammontaw għal abbuż tal-proċess.
4. Pretensjoni fir-rigward tar-ristrutturar ta' dejn maħruġ minn Parti tista' titressaq taħt din it-Taqsima biss b'konformità mal-Anness 8-B.
5. It-Tribunal ikkostitwit taħt din it-Taqsima ma jiddeċidix pretensjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 8.19
Konsultazzjonijiet
1. It-tilwim għandu safejn possibbli jiġi solvut amikevolment. Jista' jkun hemm qbil dwar tilwim f'kwalunkwe ħin, anke wara li l-pretensjoni tkun ġiet ippreżentata skont l-Artikolu 8.23. Sakemm il-Partijiet fil-kawża ma jaqblux li jtawwlu ż-żmien, il-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu fi żmien 60 jum minn meta titressaq it-talba għal konsultazzjonijiet skont il-paragrafu 4.
2. Sakemm il-partijiet fil-kawża ma jaqblux mod ieħor, il-post tal-konsultazzjonijiet għandu jkun:
(a) |
Ottawa, jekk il-miżuri kkontestati jkunu miżuri tal-Kanada; |
(b) |
Brussell, jekk il-miżuri kkontestati jkunu jinkludu miżura tal-Unjoni Ewropea; jew |
(c) |
il-belt kapitali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea, jekk il-miżuri kkontestati jkunu miżuri esklussivament ta' dak l-Istat Membru. |
3. Il-partijiet fil-kawża jistgħu jagħmlu l-konsultazzjonijiet permezz ta' vidjokonferenzi jew mezzi oħra fejn xieraq, bħal fil-każ fejn l-investitur huwa intrapriża żgħira jew ta' daqs medju.
4. L-investitur għandu jressaq lill-Parti l-oħra talba għal konsultazzjonijiet filwaqt li jistabbilixxi:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-investitur u, fejn din it-talba titressaq f'isem intrapriża stabbilita lokalment, l-isem, l-indirizz, u l-post ta' inkorporazzjoni tal-intrapriża stabbilita lokalment; |
(b) |
jekk ikun hemm iktar minn investitur wieħed, l-isem u l-indirizz ta' kull investitur u, jekk ikun hemm iktar minn intrapriża waħda stabbilita lokalment, l-isem, l-indirizz, u l-post ta' inkorporazzjoni ta' kull intrapriża stabbilita lokalment; |
(c) |
id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li allegatament ġew miksura; |
(d) |
il-bażi ġuridika u fattwali għall-pretensjoni, inkluż il-miżuri fil-kwistjoni; kif ukoll |
(e) |
ir-rimedju li qed ifittex u l-ammont stmat tad-danni. |
It-talba għal konsultazzjonijiet għandha tinkludi evidenza li tistabbilixxi li l-investitur huwa investitur tal-Parti l-oħra u li jippossjedi jew jikkontrolla l-investiment inkluż, jekk applikabbli, li huwa jippossjedi jew jikkontrolla l-intrapriża stabbilita lokalment li f'isimha qed titressaq it-talba.
5. Ir-rekwiżiti tat-talba għal konsultazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4 għandhom jiġu sodisfatti bi speċifiċità suffiċjenti sabiex il-konvenut ikun jista' effettivament jipparteċipa fil-konsultazzjonijiet u jħejji għad-difiża tiegħu.
6. Talba għal konsultazzjonijiet għandha tiġi ppreżentata fi żmien:
(a) |
tliet snin mid-data li fiha l-investitur jew, kif applikabbli, l-intrapriża stabbilita lokalment, ikunu akkwistaw għall-ewwel darba jew kellhom jakkwistaw għall-ewwel darba, għarfien dwar il-ksur allegat u għarfien li l-investitur jew, kif applikabbli, l-intrapriża stabbilita lokalment, ikunu b'hekk ġarrbu telf jew dannu; jew |
(b) |
sentejn wara li investitur jew, kif applikabbli, l-intrapriża stabbilita lokalment, ikun waqaf milli jsegwi pretensjonijiet jew proċedimenti quddiem tribunal jew qorti taħt il-liġi ta' Parti, jew fejn tali proċedimenti jkunu altrimenti ntemmu u, f'kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 10 snin mid-data li fiha l-investitur jew, kif applikabbli, l-intrapriża stabbilita lokalment, tkun akkwistat għall-ewwel darba jew kellha takkwista għall-ewwel darba, għarfien dwar il-ksur allegat u għarfien li l-investitur ikun b'hekk ġarrab telf jew dannu. |
7. Talba għal konsultazzjonijiet rigward ksur allegat mill-Unjoni Ewropea jew minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tintbagħat mill-Unjoni Ewropea.
8. Fil-każ li l-investitur ma jkunx ressaq pretensjoni skont l-Artikolu 8.23 fi żmien 18-il xahar minn meta jkun ressaq it-talba għal konsultazzjonijiet, l-investitur jitqies li rtira t-talba tiegħu għal konsultazzjonijiet u, jekk applikabbli, l-avviż formali tiegħu li jitlob għal deċiżjoni mill-konvenut, u ma għandux iressaq pretensjoni taħt din it-Taqsima fir-rigward tal-istess miżuri. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-qbil tal-partijiet fil-kawża.
Artikolu 8.20
Medjazzjoni
1. Il-partijiet fil-kawża jistgħu f'kwalunkwe ħin jaqblu li jirrikorru għal medjazzjoni.
2. Ir-rikors għal medjazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni jew għad-drittijiet ġuridiċi ta' kull waħda mill-partijiet fil-kawża taħt dan il-Kapitolu u huwa ggwidat mir-regoli li jaqblu dwarhom il-partijiet fil-kawża, inklużi, jekk disponibbli, ir-regoli għal medjazzjoni adottati mill-Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment skont l-Artikolu 8.44.3(c).
3. Il-medjatur jinħatar bil-qbil tal-partijiet fil-kawża. Il-partijiet fil-kawża jistgħu jitolbu wkoll li s-Segretarju Ġenerali tal-ICSID jaħtar il-medjatur.
4. Il-partijiet fil-kawża għandhom jistinkaw biex jilħqu soluzzjoni tat-tilwima fi żmien 60 jum mill-ħatra tal-medjatur.
5. Jekk il-partijiet fil-kawża jaqblu li jirrikorru għall-medjazzjoni, l-Artikoli 8.19.6 u 8.19.8 ma għandhomx japplikaw mid-data li fiha l-partijiet fil-kawża jkunu qablu li jirrikorru għall-medjazzjoni sad-data li fiha waħda mill-partijiet fil-kawża tiddeċiedi li tittermina l-medjazzjoni. Deċiżjoni minn parti fil-kawża li tittermina l-medjazzjoni għandha tiġi trażmessa permezz ta' ittra lill-medjatur u lill-parti l-oħra fil-kawża.
Artikolu 8.21
Determinazzjoni tal-konvenut f'tilwimiet mal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha
1. Jekk ma tinstabx soluzzjoni għat-tilwima fi żmien 90 jum minn meta titressaq it-talba għal konsultazzjonijiet, it-talba tirrigwarda allegat ksur ta' dan il-Ftehim mill-Unjoni Ewropea jew minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-investitur għandu l-ħsieb li jippreżenta pretensjoni skont l-Artikolu 8.23, l-investitur għandu jibgħat lill-Unjoni Ewropea avviż formali li jitlob determinazzjoni mill-konvenut.
2. L-avviż formali skont il-paragrafu 1 għandu jidentifika l-miżuri li fir-rigward tagħhom l-investitur ikollu l-ħsieb li jressaq pretensjoni.
3. L-Unjoni Ewropea għandha, wara li tkun għamlet determinazzjoni, tinforma lill-investitur dwar jekk hix l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li se jkun il-konvenut.
4. Fil-każ li l-investitur ma jkunx ġie infurmat bid-determinazzjoni fi żmien 50 jum minn meta jibgħat avviż formali fejn jitlob tali determinazzjoni:
(a) |
jekk il-miżuri identifikati fl-avviż formali jkunu miżuri esklussivament ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru għandu jkun il-konvenut; |
(b) |
jekk il-miżuri identifikati fl-avviż formali jkunu miżuri tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea għandha tkun il-konvenut. |
5. L-investitur jista' jressaq pretensjoni skont l-Artikolu 8.23 abbażi tad-determinazzjoni li tkun saret skont il-paragrafu 3 u, jekk ma tiġi kkomunikata l-ebda determinazzjoni lill-investitur, abbażi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 4.
6. Jekk l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jkun il-konvenut, skont il-paragrafi 3 jew 4, la l-Unjoni Ewropea, u lanqas l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea ma jistgħu jasserixxu l-inammissibilità tal-pretensjoni, in-nuqqas ta' ġurisdizzjoni tat-Tribunal jew altrimenti joġġezzjonaw għall-pretensjoni jew għad-deċiżjoni ta' arbitraġġ għar-raġuni li l-konvenut ma ġiex determinat kif suppost skont il-paragrafu 3 jew identifikat abbażi tal-applikazzjoni tal-paragrafu 4.
7. It-Tribunal għandu jkun marbut bid-determinazzjoni li tkun saret skont il-paragrafu 3 u, jekk ma tiġi kkomunikata l-ebda determinazzjoni lill-investitur, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 4.
Artikolu 8.22
Rekwiżiti proċedurali u oħrajn biex titressaq pretensjoni quddiem it-Tribunal
1. Investitur jista' biss iressaq pretensjoni skont l-Artikolu 8.23 jekk l-investitur:
(a) |
jibgħat lill-konvenut, meta jressaq pretensjoni, il-kunsens tiegħu għal soluzzjoni tat-tilwima mit-Tribunal b'konformità mal-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima; |
(b) |
iħalli jgħaddu mill-inqas 180 jum minn meta jressaq it-talba għal konsultazzjonijiet u, jekk applikabbli, mill-inqas iħalli jgħaddu 90 jum minn meta jressaq l-avviż li jitlob għal determinazzjoni tal-konvenut; |
(c) |
ikun issodisfa r-rekwiżiti tal-avviż formali li jitlob determinazzjoni tal-konvenut; |
(d) |
ikun issodisfa r-rekwiżiti relatati mat-talba għal-konsultazzjonijiet; |
(e) |
ma jidentifikax miżura fil-pretensjoni tiegħu li ma tkunx ġiet identifikata fit-talba tiegħu għal konsultazzjonijiet; |
(f) |
jirtira jew iwaqqaf kwalunkwe proċediment eżistenti quddiem tribunal jew qorti skont il-liġi domestika jew internazzjonali fir-rigward ta' miżura li allegatament tkun tikkostitwixxi ksur imsemmi fil-pretensjoni tiegħu; kif ukoll |
(g) |
jirrinunzja d-dritt tiegħu għal kull pretensjoni jew proċediment quddiem tribunal jew qorti skont il-liġi domestika jew internazzjonali fir-rigward ta' miżura li allegatament tkun tikkostitwixxi ksur imsemmi fil-pretensjoni tiegħu. |
2. Jekk il-pretensjoni mressqa skont l-Artikolu 8.23 hija għal telf jew dannu lil intrapriża stabbilita lokalment jew lil interess f'intrapriża stabbilita lokalment li l-investitur ikollu sjieda tagħha jew jikkontrollaha direttament jew indirettament, ir-rekwiżiti fis-subparagrafi 1(f) u (g) jkunu japplikaw kemm għall-investitur kif ukoll għall-impriża stabbilita lokalment.
3. Ir-rekwiżiti tas-subparagrafi 1(f) u (g) u l-paragrafu 2 ma japplikawx fir-rigward ta' intrapriża stabbilita lokalment jekk il-konvenut jew l-istat ospitanti tal-investitur ikun ċaħħad lill-investitur mill-kontroll tal-intrapriża stabbilita lokalment, jew altrimenti pprekluda lill-intrapriża stabbilita lokalment milli twettaq dawk ir-rekwiżiti.
4. Wara talba tal-konvenut, it-Tribunal għandu jirrifjuta l-ġurisdizzjoni jekk l-investitur jew, kif applikabbli, l-intrapriża stabbilita lokalment ma jwettqux xi wieħed mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.
5. Ir-rinunzja pprovduta skont is-subparagrafu 1(g) jew il-paragrafu 2, kif applikabbli, ma għandhiex tibqa' tapplika:
(a) |
jekk it-Tribunal jiċħad il-pretensjoni abbażi ta' nuqqas tal-issodisfar tar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 jew 2 jew ta' kull raġuni proċedurali jew ġuriżdizzjonali oħra; |
(b) |
jekk it-Tribunal jirrifjuta l-pretensjoni skont l-Artikolu 8.32 jew l-Artikolu 8.33; jew |
(c) |
jekk l-investitur jirtira l-pretensjoni tiegħu, b'konformità mar-regoli applikabbli skont l-Artikolu 8.23.2, fi żmien 12-il xahar minn meta tiġi kkostitwita d-diviżjoni tat-Tribunal. |
Artikolu 8.23
Tressiq ta' pretensjoni quddiem it-Tribunal
1. Jekk ma tinstabx soluzzjoni għal tilwima permezz ta' konsultazzjonijiet, tista' tiġi ppreżentata pretensjoni taħt din it-Taqsima minn:
(a) |
investitur ta' Parti f'ismu stess; jew |
(b) |
investitur ta' Parti, f'isem intrapriża stabbilita lokalment li huwa għandu s-sjieda tagħha jew jikkontrollaha direttament jew indirettament. |
2. Pretensjoni tista' titressaq taħt dawn ir-regoli li ġejjin:
(a) |
il-Konvenzjoni ICSID u r-Regoli ta' Proċedura għal Proċedimenti ta' Arbitraġġ; |
(b) |
ir-Regoli Addizzjonali tal-Faċilità tal-ICSID jekk il-kundizzjonijiet għall-proċedimenti skont il-paragrafu (a) ma japplikawx; |
(c) |
ir-Regoli tal-UNCITRAL dwar l-Arbitraġġ; jew |
(d) |
kwalunkwe regola oħra bi qbil bejn il-partijiet fil-kawża. |
3. Fil-każ li l-investitur jipproponi regoli skont is-subparagrafu 2(d), il-konvenut għandu jwieġeb għall-proposta tal-investitur fi żmien 20 jum minn meta jirċievi l-proposta. Jekk il-partijiet fil-kawża ma jaqblux dwar tali regoli fi żmien 30 jum minn meta tasal il-proposta, l-investitur jista' jressaq pretensjoni skont ir-regoli previsti fis-subparagrafu 2(a), (b) jew (c).
4. Għal aktar ċertezza, pretensjoni li titressaq taħt is-subparagrafu 1(b) għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni ICSID.
5. L-investitur jista', meta jressaq il-pretensjoni tiegħu, jipproponi li Membru waħdieni tat-Tribunal għandu jisma' l-każ. Il-konvenut għandu jagħti konsiderazzjoni pożittiva lil din it-talba, b'mod partikolari jekk l-investitur ikun intrapriża żgħira jew ta' daqs medju jew il-kumpens jew id-danni mitluba jkunu relattivament baxxi.
6. Ir-regoli applikabbli skont il-paragrafu 2 huma dawk li jkunu fis-seħħ fid-data li fiha titressaq jew jitressqu l-pretensjonijiet quddiem it-Tribunal taħt din it-Taqsima, suġġetti għal regoli speċifiċi stabbiliti f'din it-Taqsima u ssupplimentati minn regoli adottati skont l-Artikolu 8.44.3(b).
7. Pretensjoni tista' titressaq għal soluzzjoni tat-tilwima taħt din it-Taqsima meta:
(a) |
s-Segretarju Ġenerali tal-ICSID jirċievi t-talba skont l-Artikolu 36(1) tal-Konvenzjoni ICSID; |
(b) |
s-Segretarju Ġenerali tal-ICSID jirċievi t-talba skont l-Artikolu 2 tal-Iskeda C tar-Regoli Addizzjonali tal-Faċilità tal-ICSID; |
(c) |
il-konvenut jirċievi n-notifika skont l-Artikolu 3 tar-Regoli tal-UNCITRAL dwar ir-Regoli tal-Arbitraġġ; jew |
(d) |
il-konvenut jirċievi t-talba jew in-notifika dwar il-bidu ta' proċedimenti skont ir-regoli li dwarhom hemm qbil skont is-subparagrafu 2(d). |
8. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-post fejn l-investituri se jintbagħtulhom in-notifiki u dokumenti oħra skont din it-Taqsima. Kull Parti għandha tiżgura li din l-informazzjoni tkun pubblikament disponibbli.
Artikolu 8.24
Proċedimenti taħt ftehim internazzjonali ieħor
Meta titressaq pretensjoni skont din it-Taqsima u ftehim internazzjonali ieħor u:
(a) |
hemm il-potenzjal ta' duplikazzjoni tal-kumpens; jew |
(b) |
il-pretensjoni internazzjonali l-oħra jkollha impatt sinifikanti fuq is-soluzzjoni tal-pretensjoni mressqa skont din it-Taqsima, |
it-Tribunal għandu, malajr kemm jista' jkun wara li jisma' lill-partijiet fil-kawża, iwaqqaf il-proċedimenti tiegħu jew altrimenti jiżgura li l-proċedimenti li jsiru skont ftehim internazzjonali ieħor jiġu kkunsidrati fid-deċiżjoni, ordni jew sentenza tiegħu.
Artikolu 8.25
Kunsens li s-soluzzjoni tat-tilwima tinstab mit-Tribunal
1. Il-konvenut jaqbel li t-Tribunal isolvi t-tilwima b'konformità mal-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima.
2. Il-kunsens skont il-paragrafu 1 u l-pretensjoni li titressaq quddiem it-Tribunal taħt din it-Taqsima għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta':
(a) |
l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ICSID u l-Kapitolu II tal-Iskeda C tar-Regoli Addizzjonali tal-Faċilità tal-ICSID rigward il-kunsens bil-miktub tal-partijiet fil-kawża; kif ukoll, |
(b) |
l-Artikolu II tal-Konvenzjoni ta' New York għal ftehim bil-miktub. |
Artikolu 8.26
Finanzjament minn parti terza
1. Fejn ikun hemm finanzjament minn parti terza, il-parti fil-kawża li tibbenefika minnu għandha tiddivulga lill-parti l-oħra fil-kawża kif ukoll lit-Tribunal l-isem u l-indirizz tal-parti terza li qed tipprovdi l-finanzjament.
2. Id-divulgazzjoni għandha ssir fil-ħin meta titressaq il-pretensjoni, jew, jekk il-ftehim dwar il-finanzjament ikun konkluż jew tkun saret id-donazzjoni jew is-sovvenzjoni, mingħajr dewmien hekk kif jiġi konkluż il-ftehim jew tkun saret id-donazzjoni jew is-sovvenzjoni.
Artikolu 8.27
Kostituzzjoni tat-Tribunal
1. It-Tribunal stabbilit taħt din it-Taqsima għandu jiddeċiedi dwar il-pretensjonijiet imressqa skont l-Artikolu 8.23.
2. Il-Kumitat Konġunt CETA għandu, malli jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, jaħtar ħmistax -il Membru tat-Tribunal. Ħamsa mill-Membri tat-Tribunal għandhom ikunu nazzjonali ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ħamsa għandhom ikunu nazzjonali tal-Kanada (11) u ħamsa nazzjonali ta' pajjiżi terzi.
3. Il-Kumitat Konġunt CETA jista' jiddeċiedi li jżid jew inaqqas l-għadd ta' membri tat-Tribunal b'multipli ta' tlieta. Ħatriet addizzjonali għandhom isiru fuq l-istess bażi kif previst fil-paragrafu 2.
4. Il-Membri tat-Tribunal għandu jkollhom il-kwalifiki kif meħtieġa mill-pajjiżi rispettivi tagħhom għal ħatra f'kariga ġudizzjarja, jew ikunu ġuristi ta' kompetenza rikonoxxuta. Huma għandhom ikunu taw prova ta' speċjalizzazzjoni fid-dritt internazzjonali pubbliku. Preferibbilment għandu jkollhom kompetenzi fil-liġi internazzjonali dwar l-investiment, fil-liġi kummerċjali internazzjonali, u fir-riżoluzzjoni ta' tilwim li jirriżulta minn ftehimiet dwar l-investiment jew dwar il-kummerċ internazzjonali.
5. Il-Membri tat-Tribunal maħtura skont din it-Taqsima għandhom jinħatru għal terminu ta' ħames snin, li jiġġedded darba. Madankollu, it-termini ta' sebgħa mill-15-il persuna maħtura immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, li jiġu ddeterminati bix-xorti, għandhom jiġu estiżi sa sitt snin. Il-postijiet vakanti jimtlew hekk kif jitbattlu. Persuna maħtura biex tissostitwixxi Membru tat-Tribunal li t-terminu tal-ħatra tiegħu ma jkunx għadu skada għandha żżomm il-ħatra għall-kumplament tat-terminu tal-predeċessur. Fil-prinċipju, Membru tat-Tribunal li jservi f'diviżjoni tat-Tribunal, meta t-terminu tiegħu jiskadi jista' jkompli jservi fid-diviżjoni sakemm tingħata d-deċiżjoni finali.
6. It-Tribunal għandu jisma' l-kawżi f'diviżjonijiet li jikkonsistu fi tliet Membri tat-Tribunal, li minnhom wieħed ikun nazzjonal ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, wieħed nazzjonal tal-Kanada u wieħed ċittadin ta' pajjiż terz. Id-diviżjoni għandha tkun ippreseduta mill-Membru tat-Tribunal li jkun nazzjonal ta' pajjiż terz.
7. Fi żmien 90 jum minn meta titressaq il-pretensjoni skont l-Artikolu 8.23, il-President tat-Tribunal għandu jaħtar lill-Membri tat-Tribunal li jiffurmaw id-diviżjoni tat-Tribunal li tisma' l-kawżi fuq bażi ta' rotazzjoni, u jiżgura li l-formazzjoni tad-diviżjonijiet tkun aleatorja u imprevedibbli, filwaqt li jagħti lill-Membri kollha tat-Tribunal opportunità indaqs li jservu.
8. Il-President u l-Viċi President tat-Tribunal għandhom ikunu responsabbli għal kwistjonijiet ta' organizzazzjoni u għandhom ikunu maħtura għal terminu ta' sentejn u jitilgħu bix-xorti minn fost il-Membri tat-Tribunal li jkunu nazzjonali ta' pajjiżi terzi. Dawn iservu fuq il-bażi ta' rotazzjoni mtella' bix-xorti mill-President tal-Kumitat Konġunt CETA. Il-Viċi President jissostitwixxi lill-President meta dan ma jkunx disponibbli.
9. Minkejja l-paragrafu 6, il-partijiet fil-kawża jistgħu jaqblu li kawża tinstema' minn Membru wieħed tat-Tribunal li jinħatar bix-xorti minn fost in-nazzjonali tal-pajjiżi terzi. Il-konvenut għandu jagħti kunsiderazzjoni xierqa lil talba li ssir mir-rikorrent biex il-kawża tinstema' minn Membru waħdieni tat-Tribunal, b'mod partikolari meta r-rikorrent ikun intrapriża żgħira jew ta' daqs medju jew il-kumpens jew danni mitluba jkunu relattivament baxxi. Tali talba għandha ssir qabel ma tiġi kkostitwita d-diviżjoni tat-Tribunal.
10. It-Tribunal jista' jfassal il-proċeduri ta' xogħol tiegħu stess.
11. Il-Membri tat-Tribunal għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli u kapaċi jwettqu l-funzjonijiet tagħhom stabbiliti skont din it-Taqsima.
12. Sabiex tkun żgurata d-dispożizzjoni tagħhom, il-Membri tat-Tribunal għandhom jirċievu ħlas regolari li tiġi ddeterminata mill-Kumitat Konġunt CETA.
13. Il-miżati msemmija fil-paragrafu 12 għandhom jitħallsu indaqs miż-żewġ Partijiet f'kont ġestit mis-Segretarjat tal-ICSID. Fil-każ li waħda mill-Partijiet tonqos li tħallas il-ħlas regolari l-Parti l-oħra tista' toffri li tħallas hi. Tali arretrati minn Parti għandhom jibqgħu pagabbli, bl-imgħax xieraq.
14. Sakemm il-Kumitat Konġunt CETA jadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 15, l-ammont tal-miżati u tal-ispejjeż tal-Membri tat-Tribunal f'diviżjoni kkostitwita biex tisma' pretensjoni, li mhumiex il-miżati msemmijin fil-paragrafu 12, ikun dak determinat skont ir-Regolament 14(1) tar-Regolamenti Amministrattivi u Finanzjarji tal-Konvenzjoni ICSID li jkunu fis-seħħ fid-data ta' meta titressaq il-pretensjoni u allokat mit-Tribunal fost il-partijiet fil-kawża skont l-Artikolu 8.39.5.
15. Il-Kumitat Konġunt CETA jista', permezz ta' deċiżjoni, jittrasforma l-ħlas regolari u ħlas ieħor f'salarju regolari, u jiddeċiedi modalitajiet u kundizzjonijiet applikabbli.
16. Is-Segretarjat tal-ICSID għandu jaġixxi bħala Segretarjat għat-Tribunal u jipprovdilu appoġġ xieraq.
17. Jekk il-Kumitat konġunt CETA ma jkunx għamel il-ħatriet skont il-paragrafu 2 fi żmien 90 jum mid-data meta titressaq il-pretensjoni għal soluzzjoni tat-tilwima, is-Segretarju Ġenerali tal-ICSID għandu, wara talba ta' waħda mill-partijiet fil-kawża jaħtar diviżjoni li tkun tikkonsisti fi tliet Membri tat-Tribunal, sakemm il-partijiet fil-kawża ma jaqblux li l-kawża tinstema' minn Membru waħdieni tat-Tribunal. Is-Segretarju Ġenerali tal-ICSID għandu jagħmel il-ħatra permezz ta' għażla aleatorja min-nominazzjonijiet eżistenti. Is-Segretarju Ġenerali tal-ICSID ma jista' jaħtar bħala president la nazzjonal Kanadiż u lanqas nazzjonal ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea sakemm il-partijiet fil-kawża ma jaqblux mod ieħor.
Artikolu 8.28
Tribunal tal-Appell
1. Tribunal tal-Appell huwa b'dan stabbilit biex janalizza d-deċiżjonijiet ta' arbitraġġ li jsiru skont din it-Taqsima.
2. It-Tribunal tal-Appell jista' jappoġġa, jimmodifika jew jaqleb id-deċiżjoni tat-Tribunal abbażi ta':
(a) |
żbalji fl-applikazzjoni jew fl-interpretazzjoni tal-liġi applikabbli; |
(b) |
żbalji evidenti fl-evalwazzjoni tal-fatti, inkluża l-evalwazzjoni tal-liġi domestika rilevanti; |
(c) |
ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) minn (a) sa (e) tal-Konvenzjoni ICSID, sakemm ma jkunux koperti mill-paragrafi (a) u (b). |
3. Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom jinħatru permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt CETA fl-istess ħin meta tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 7.
4. Il-Membri tat-Tribunal tal-Appell għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8.27.4 u jkunu konformi mal-Artikolu 8.30.
5. Id-diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell li tiġi kkonstitwita biex tisma' l-appell tkun tikkonsisti fi tliet Membri tat-Tribunal tal-Appell magħżulin b'mod każwali.
6. L-Artikoli 8.36 u 8.38 għandhom japplikaw għall-proċedimenti quddiem it-Tribunal tal-Appell.
7. Il-Kumitat Konġunt CETA għandu jadotta minnufih deċiżjoni li tistabbilixxi l-kwistjonijiet amministrattivi u organizzattivi li ġejjin fir-rigward tal-funzjonament tat-Tribunal tal-Appell:
(a) |
l-appoġġ amministrattiv; |
(b) |
il-proċeduri biex jinbdew u jitmexxew l-appelli, u l-proċeduri biex il-kwistjonijiet jiġu riferuti lura lit-Tribunal għal aġġustament tad-deċiżjoni, kif xieraq; |
(c) |
il-proċeduri biex jimtela post battal fit-Tribunal tal-Appell u f'diviżjoni tat-Tribunal tal-Appell ikkostitwita biex tisma' kawża; |
(d) |
ir-remunerazzjoni tal-Membri tat-Tribunal tal-Appell; |
(e) |
id-dispożizzjonijiet relatati mal-ispejjeż tal-appelli; |
(f) |
l-għadd tal-Membri tat-Tribunal tal-Appell; kif ukoll |
(g) |
kwalunkwe element ieħor li jiqies neċessarju għall-funzjonament effikaċi tat-Tribunal tal-Appell. |
8. Il-Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment għandu perjodikament janalizza l-funzjonament tat-Tribunal tal-Appell u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt CETA. Il-Kumitat Konġunt CETA jista' jirrevedi d-deċiżjoni imsemmija fil-paragrafu 7, jekk meħtieġ.
9. Hekk kif tiġi adottata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 7:
(a) |
parti fil-kawża tista' tappella minn deċiżjoni ta' arbitraġġ, mogħtija skont din it-Taqsima quddiem it-Tribunal tal-Appell fi żmien 90 jum minn meta tingħata; |
(b) |
parti fil-kawża ma għandhiex tfittex li twarrab, tannulla, tirrevedi jew tibda xi proċedura simili oħra fir-rigward ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ skont din it-Taqsima; |
(c) |
deċiżjoni ta' arbitraġġ li tingħata skont l-Artikolu 8.39 ma għandhiex tiġi kkunsidrata finali u ma għandha titressaq l-ebda azzjoni għall-infurzar ta' sentenza sakemm jew:
|
(d) |
deċiżjoni finali tat-Tribunal tal-Appell tkun ikkunsidrata bħala d-deċiżjoni finali għall-finijiet tal-Artikolu 8.41; kif ukoll |
(e) |
l-Artikolu 8.41.3 ma għandux japplika. |
Artikolu 8.29
L-istabbiliment ta' tribunal tal-investiment multilaterali u ta' mekkaniżmu tal-appell
Il-Partijiet għandhom isegwu flimkien ma' sħab kummerċjali oħra l-istabbiliment ta' tribunal tal-investiment multilaterali u ta' mekkaniżmu tal-appell għas-soluzzjoni ta' tilwim dwar l-investiment. Hekk kif jitwaqqaf tali mekkaniżmu multilaterali, il-Kumitat Konġunt CETA għandu jadotta deċiżjoni li tipprevedi li tilwim dwar l-investiment taħt din it-Taqsima għandu jiġi deċiż skont il-mekkaniżmu multilaterali u jagħmel arranġamenti ta' tranżizzjoni xierqa.
Artikolu 8.30
Etika
1. Il-Membri tat-Tribunal għandhom ikunu indipendenti. Huma ma għandhomx ikunu affiljati ma xi gvern. (12) Huma ma għandhom jieħdu struzzjonijiet minn ebda organizzazzjoni, jew gvern fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mat-tilwima. Huma ma għandhomx jipparteċipaw fil-kunsiderazzjoni ta' tilwim li jkun joħloq kunflitt ta' interess dirett jew indirett. Huma għandhom ikunu konformi mal-Linji Gwida tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali Forensi (International Bar Association) dwar il-Kunflitti ta' Interess fl-Arbitraġġ Internazzjonali jew kull regola supplimentari adottata skont l-Artikolu 8.44.2. Barra minn hekk, mal-ħatra, huma għandhom jieqfu milli jaġixxu bħala konsulenti jew esperti jew xhieda maħtura minn parti f'kull kwistjoni ta' investiment kemm pendenti kif ukoll ġdida skont dan il-ftehim jew kull ftehim internazzjonali ieħor.
2. Jekk parti fil-kawża tikkunsidra li Membru tat-Tribunal għandu kunflitt ta' interess, hija tista' tistieden lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja biex joħroġ deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni għall-ħatra ta' tali Membru. Kwalunkwe avviż formali ta' oġġezzjoni għandu jintbagħat lill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fi żmien 15-il jum mid-data li fiha tkun ġiet ikkomunikata l-formazzjoni tad-diviżjoni tat-Tribunal lill-parti fil-kawża, jew fi żmien 15-il jum mid-data li fiha l-parti saret taf bil-fatti rilevanti, jekk ma setgħux raġonevolment isiru magħrufa fiż-żmien meta ġiet iffurmata d-diviżjoni. L-avviż formali tal-oġġezzjoni għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex qed issir l-oġġezzjoni.
3. Jekk, fi żmien 15-il jum mid-data tal-avviż formali ta' oġġezzjoni, il-Membru tat-Tribunal ikkontestat jagħżel li ma jirriżenjax mid-diviżjoni, il-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja jista', wara li jirċievi sottomissjonijiet mill-partijiet fil-kawża u wara li jipprovdi lill-Membru tat-Tribunal l-opportunità biex iressaq il-kummenti tiegħu, jieħu deċiżjoni dwar l-avviż formali tal-oġġezzjoni. Il-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għandu jagħmel ħiltu biex joħroġ id-deċiżjoni u jinnotifika lill-partijiet fil-kawża u lill-Membri l-oħra tad-diviżjoni fi żmien 45 jum minn meta jirċievi l-avviż formali ta' oġġezzjoni. Post li jitbattal bħala riżultat ta' skwalifika jew riżenja ta' Membru tat-Tribunal għandu jimtela minnufih.
4. Fuq rakkomandazzjoni mmotivata tal-President tat-Tribunal, jew fuq inizjattiva konġunta tagħhom, il-Partijiet, permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt CETA, jistgħu jneħħu Membru mit-Tribunal meta l-komportament tiegħu jew tagħha jkun inkonsistenti mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 u jkun inkompatibbli mas-sħubija kontinwata tiegħu jew tagħha fit-Tribunal.
Artikolu 8.31
Liġi applikabbli u interpretazzjoni
1. Meta jkun qed jagħti d-deċiżjoni tiegħu t-Tribunal stabbilit taħt din it-Taqsima għandu japplika dan il-Ftehim kif interpretat b'konformità mal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati u regoli u prinċipji oħra tal-liġi internazzjonali applikabbli bejn il-Partijiet.
2. It-Tribunal ma għandux ġurisdizzjoni biex jiddetermina l-legalità ta' miżura, li allegatament tikkostitwixxi ksur ta' dan il-Ftehim, skont il-liġi domestika ta' Parti. Għal aktar ċertezza, fid-determinazzjoni tal-konsistenza ta' miżura ma' dan il-Ftehim, it-Tribunal jista' jikkunsidra, kif xieraq, il-liġi domestika ta' Parti bħala kwistjoni ta' fatt. Għal dan il-għan, it-Tribunal għandu jsegwi l-interpretazzjoni prevalenti mogħtija lil-liġi domestika mill-qrati jew l-awtoritajiet tal-Parti u kwalunkwe tifsira mogħtija lil-liġi domestika mit-Tribunal għandha tkun vinkolanti fuq il-qrati jew l-awtoritajiet ta' dik il-Parti.
3. Meta jirriżultaw dubji serji rigward kwistjonijiet ta' interpretazzjoni li jista' jkollhom impatt fuq l-investiment, il-Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment jista', skont l-Artikolu 8.44.3(a), jirrakkomanda lill-Kumitat Konġunt CETA l-adozzjoni ta' interpretazzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Interpretazzjoni adottata mill-Kumitat Konġunt CETA għandha tkun vinkolanti fuq it-Tribunal stabbilit taħt din it-Taqsima. Il-Kumitat Konġunt CETA jista' jiddeċiedi li interpretazzjoni jkollha effett vinkolanti minn data speċifika.
Artikolu 8.32
Pretensjonijiet manifestament mingħajr meritu ġuridiku
1. Il-konvenut jista', mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi kkostitwita d-diviżjoni tat-Tribunal, u f'kwalunkwe każ qabel l-ewwel sessjoni, jippreżenta oġġezzjoni li pretensjoni hija manifestament mingħajr meritu ġuridiku.
2. Oġġezzjoni ma għandhiex tiġi ppreżentata skont il-paragrafu 1 jekk il-konvenut ikun ippreżenta oġġezzjoni skont l-Artikolu 8.33.
3. Il-konvenut għandu jispeċifika b'mod kemm jista' jkun preċiż il-bażi għall-oġġezzjoni.
4. Meta jirċievi oġġezzjoni skont dan l-Artikolu, it-Tribunal għandu jissospendi l-proċedimenti fuq il-meriti u jistabbilixxi skeda biex tiġi kkunsidrata l-oġġezzjoni b'mod konsistenti mal-iskeda tiegħu għall-konsiderazzjoni ta' kull kwistjoni preliminari oħra.
5. It-Tribunal, wara li jagħti l-opportunità lill-partijiet fil-kawża li jippreżentaw il-kummenti tagħhom, għandu, fl-ewwel sessjoni tiegħu jew minnufih wara dan, jagħti deċiżjoni jew deċiżjoni ta' arbitraġġ filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għal dan. Meta jagħmel dan, it-Tribunal għandu jassumi li l-fatti allegati huma minnhom.
6. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-awtorità tat-Tribunal biex jindirizza oġġezzjonijiet oħrajn bħal kwistjoni preliminari jew id-dritt li konvenut joġġezzjona, matul il-proċediment, li pretensjoni ma għandhiex meritu ġuridiku.
Artikolu 8.33
Pretensjonijiet bla bażi bħala kwistjoni ta' liġi
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtorità tat-Tribunal biex jindirizza oġġezzjonijiet oħra bħal kwistjoni preliminari jew id-dritt tal-konvenut li jqajjem kwalunkwe tali oġġezzjoni f'mument xieraq, it-Tribunal għandu jindirizza u jiddeċiedi bħala kwistjoni preliminari kwalunkwe oġġezzjoni mill-konvenut li, bħala kwistjoni ta' liġi, pretensjoni, jew kwalunkwe parti minnhom, imressqa skont l-Artikolu 8.23 ma tkunx pretensjoni li għaliha tista' tingħata deċiżjoni favur ir-rikorrent taħt din it-Taqsima, anki jekk il-fatti allegati kienu preżunti bħala minnhom.
2. Oġġezzjoni skont il-paragrafu 1 għandha titressaq lit-Tribunal mhux aktar tard mid-data li t-Tribunal jiffissa biex il-konvenut iressaq il-kontrosottomissjoni tiegħu.
3. Jekk oġġezzjoni tkun ġiet imressqa skont l-Artikolu 8.32, it-Tribunal jista', filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi ta' dik l-oġġezzjoni, jagħżel li ma jindirizzax, skont il-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, oġġezzjoni mressqa skont il-paragrafu 1.
4. Malli jirċievi oġġezzjoni skont il-paragrafu 1, u, jekk xieraq, wara li jagħti deċiżjoni skont il-paragrafu 3, it-Tribunal għandu jissospendi kwalunkwe proċediment fuq il-meriti, jistabbilixxi skeda biex tiġi kkunsidrata l-oġġezzjoni konsistenti ma' kwalunkwe skeda li jkun stabbilixxa biex jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni preliminari oħra, u jagħti deċiżjoni jew deċiżjoni ta' arbitraġġ fuq l-oġġezzjoni, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dan.
Artikolu 8.34
Miżuri interim ta' protezzjoni
It-Tribunal jista' jordna miżura interim ta' protezzjoni biex iħares id-drittijiet ta' parti fil-kawża jew biex jiżgura li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal tkun għal kollox effettiva, inkluż digriet biex tiġi mħarsa l-evidenza li tkun tinsab f'idejn jew fil-kontroll ta' parti fil-kawża jew biex il-ġurisdizzjoni tat-Tribunal tkun protetta. It-Tribunal ma għandux jordna sekwestru jew jagħmel inġuzjoni fuq l-applikazzjoni ta' miżura li allegatament tikkostitwixxi ksur imsemmi fl-Artikolu 8.23. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, ordni tinkludi rakkomandazzjoni.
Artikolu 8.35
Diskontinwità
Jekk, wara li titressaq pretensjoni taħt din it-Taqsima, l-investitur ma jieħu l-ebda pass fil-proċediment matul 180 jum konsekuttiv jew tali perjodu li l-partijiet fil-kawża jistgħu jaqblu dwarhom, l-investitur jitqies li jkun irtira l-pretensjoni tiegħu u li ma kompliex bil-proċediment. It-Tribunal għandu, fuq talba tal-konvenut, u wara li jintbagħat avviż formali lill-partijiet fil-kawża, f'digriet jieħu nota tad-diskontinwità. Wara li jingħata d-digriet l-awtorità tat-Tribunal għandha tiskadi.
Artikolu 8.36
Trasparenza tal-proċedimenti
1. Ir-Regoli tal-UNCITRAL dwar it-Trasparenza, kif modifikati minn dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw b'konnessjoni mal-proċedimenti taħt din it-Taqsima.
2. It-talba għal konsultazzjonijiet, l-avviż formali li jitlob għal determinazzjoni tal-konvenut, l-avviż formali tad-determinazzjoni tal-konvenut, il-ftehim dwar medjazzjoni, l-avviż formali dwar l-intenzjoni li jiġi kkontestat il-Membru tat-Tribunal, id-deċiżjoni dwar il-kontestazzjoni ta' Membru tat-Tribunal u t-talba għall-konsolidazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' dokumenti li jkunu disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 3(1) tar-Regoli tal-UNCITRAL dwar it-Trasparenza.
3. Id-dokumenti ta' evidenza għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' dokumenti li jkunu disponibbli għall-pubbliku skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli tal-UNCITRAL dwar it-Trasparenza.
4. Minkejja l-Artikolu 2 tar-Regoli tal-UNCITRAL dwar it-Trasparenza, qabel ma jiġi kkostitwit it-Tribunal, il-Kanada jew l-Unjoni Ewropea skont il-każ, għandhom mingħajr dewmien jagħmlu disponibbli għall-pubbliku d-dokumenti relevanti skont il-paragrafu 2, suġġetti għar-redazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali jew protetta. Tali dokumenti jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta' komunikazzjoni lir-repożitorju.
5. Is-smigħ għandu jkun miftuħ għall-pubbliku. It-Tribunal għandu jiddetermina, f'konsultazzjoni mal-partijiet fil-kawża, l-arranġamenti loġistiċi xierqa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-pubbliku għal dan is-smigħ. Jekk it-Tribunal jiddetermina li hemm bżonn li jipproteġi informazzjoni li hija kunfidenzjali jew protetta, huwa għandu jagħmel l-arranġamenti xierqa biex dik il-parti tas-smigħ li tinvolvi tali protezzjoni ssir fil-magħluq.
6. Xejn minn dan il-Kapitolu ma jirrikjedi li konvenut iżomm lura mill-pubbliku informazzjoni li l-liġijiet tiegħu jeżiġu li tiġi ddivulgata. Il-konvenut għandu japplika dawk il-liġijiet b'mod sensittiv għall-protezzjoni mid-divulgazzjoni informazzjoni li tkun ġiet klassifikata bħala informazzjoni kunfidenzjali jew protetta.
Artikolu 8.37
Skambju ta' informazzjoni
1. Parti fil-kawża tista' tiddivulga lil persuni oħra b'konnessjoni mal-proċedimenti, inklużi xhieda u esperti, tali dokumenti mhux redatti kif hi tikkunsidra meħtieġ matul il-proċedimenti taħt din it-Taqsima. Madankollu, il-parti fil-kawża għandha tiżgura li dawk il-persuni jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali jew protetta inkluża f'dawk id-dokumenti.
2. Dan il-Ftehim ma jipprekludix konvenut milli jiddivulga, kif applikabbli, speċjalment lil uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u ta' gvernijiet subnazzjonali, tali dokumenti mhux redatti kif jidhirlu neċessarju matul il-proċedimenti skont din it-Taqsima. Madankollu, il-konvenut għandu jiżgura li dawk l-uffiċjali jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali jew protetta inkluża f'dawk id-dokumenti.
Artikolu 8.38
Parti mhux fil-kawża
1. Il-konvenut għandu, fi żmien 30 jum minn meta jirċievi informazzjoni kunfidenzjali jew protetta jew mingħajr dewmien wara li tiġi solvuta kull tilwima rigward tali informazzjoni, iwassal għand il-Parti mhux fil-kawża:
(a) |
talba għal konsultazzjonijiet, avviż formali li jitlob għal determinazzjoni tal-konvenut, avviż formali ta' determinazzjoni tal-konvenut, pretensjoni ppreżentata skont l-Artikolu 8.23, talba għal konsolidament, u kwalunkwe dokument ieħor li jkun mehmuż ma' tali dokumenti; |
(b) |
fuq talba:
|
(c) |
fuq talba u bi spejjeż tal-Parti mhux fil-kawża, l-evidenza kollha li tkun ġiet mgħoddija lit-Tribunal, jew parti minnha, sakemm l-evidenza mitluba tkun disponibbli għall-pubbliku. |
2. It-Tribunal għandu jaċċetta jew, wara konsultazzjoni mal-partijiet fil-kawża, jista' jistieden, preżentazzjonijiet orali jew bil-miktub mill-Parti mhux fil-kawża rigward l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Parti mhux fil-kawża tista' tattendi seduta ta' smigħ li ssir taħt din it-Taqsima.
3. It-Tribunal ma għandu jislet l-ebda inferenza min-nuqqas ta' preżentazzjoni skont il-paragrafu 2.
4. It-Tribunal għandu wkoll jiżgura li l-partijiet fil-kawża jingħataw opportunità raġonevoli sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar preżentazzjoni mill-Parti mhux fil-kawża għal dan il-Ftehim.
Artikolu 8.39
Deċiżjoni finali
1. Jekk it-Tribunal jagħti deċiżjoni finali kontra l-konvenut, it-Tribunal jista' jiddeċiedi biss, separatament jew flimkien:
(a) |
danni monetarji u kwalunkwe interess applikabbli; |
(b) |
ir-restituzzjoni ta' proprjetà, li f'dan il-każ id-deċiżjoni ta' arbitraġġ għandha tipprovdi li l-konvenut jista' jħallas id-danni monetarji li jirrappreżentaw il-valur ġust tas-suq fiż-żmien immedjatament qabel ma l-esproprjazzjoni jew l-esproprjazzjoni imminenti saret magħrufa, skont liema kienet l-ewwel, u kull imgħax applikabbli minflok ir-restituzzjoni, determinat b'mod konsistenti mal-Artikolu 8.12. |
2. Soġġett għall-paragrafi minn 1 sa 5, jekk pretensjoni ssir skont l-Artikolu 8.23.1(b):
(a) |
deċiżjoni ta' danni monetarji u kull imgħax applikabbli għandhom jipprevedu li s-somma titħallas lill-intrapriża stabbilita lokalment; |
(b) |
deċiżjoni ta' restituzzjoni ta' proprjetà għandha tipprevedi li restituzzjoni ssir lill-intrapriża stabbilita lokalment; |
(c) |
deċiżjoni ta' spejjeż favur l-investitur għandha tipprovdi li dan isir lill-investitur; kif ukoll |
(d) |
id-deċiżjoni għandha tipprovdi li dan isir mingħajr preġudizzju għad-dritt li persuna, li mhix il-persuna li tkun ipprovdiet rinunzja skont l-Artikolu 8.22, jista' jkollha għall-kumpens ta' danni monetarji jew restituzzjoni ta' proprjeta' ordnati taħt il-liġi ta' Parti. |
3. Danni monetarji ma għandhomx ikunu akbar mit-telf imġarrab mill-investitur jew, kif applikabbli, mill-intrapriża stabbilita lokalment, imnaqqsa b'danni preċedenti jew kumpens diġà mħallas. Għall-kalkolu tad-danni monetarji, it-Tribunal għandu jnaqqas ukoll id-danni biex tiġi kkunsidrata kull restituzzjoni ta' proprjetà jew tħassir jew modifika tal-miżura.
4. It-Tribunal ma jagħtix danni punittivi.
5. It-Tribunal għandu jordna li l-ispejjeż tal-arbitraġġ jitħallsu mill-parti fil-kawża li titlef. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, it-Tribunal jista' jqassam l-ispejjeż bejn il-partijiet fil-kawża jekk jiddetermina li t-tqassim huwa xieraq fiċ-ċirkustanzi tal-pretensjoni. Spejjeż raġonevoli oħra, inklużi spejjeż ta' rappreżentazzjoni u assistenza legali, għandhom jitħallsu mill-parti fil-kawża li titlef, sakemm it-Tribunal ma jiddeterminax li tali tqassim tal-ispejjeż mhuwiex raġonevoli fiċ-ċirkustanzi ta' dan il-każ. Fejn ikunu rnexxew partijiet biss mill-pretensjonijiet l-ispejjez għandhom jiġu aġġustati b'mod proporzjonali mal-għadd jew il-limitu tal-partijiet tal-pretensjonijiet li jkunu rnexxew.
6. Il-Kumitat Konġunt CETA għandu jikkunsidra regoli supplementali bl-għan li jnaqqsu l-piż finanzjarju fuq ir-rikorrenti li huma persuni fiżiċi jew intrapriżi ta' daqs żgħir u medju. Dawn ir-regoli supplementali jistgħu, b'mod partikolari, jikkunsidraw ir-riżorsi finanzjarji ta' dawn ir-rikorrenti u l-ammont tal-kumpens mitlub.
7. It-Tribunal u l-partijiet fil-kwistjoni għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-proċess tas-soluzzjoni tat-tilwim jitmexxa fil-ħin. It-Tribunal għandu joħroġ id-deċiżjoni finali fi żmien 24 xahar mid-data li titressaq il-pretensjoni skont l-Artikolu 8.23. Jekk it-Tribunal ikun jeħtieġ aktar żmien biex joħroġ id-deċiżjoni finali, huwa għandu jagħti lill-partijiet fil-kawża r-raġunijiet għad-dewmien.
Artikolu 8.40
Indennizz jew kumpens ieħor
Konvenut ma jistax jasserixxi, u t-Tribunal ma għandux jaċċetta difiża, kontrotalba, dritt ta' tpaċija jew xi asserzjoni oħra, li investitur jew kif applikabbli, intrapriża stabbilita lokalment, ikun irċieva jew se jirċievi indennizz jew kumpens ieħor skont assigurazzjoni jew kuntratt ta' garanzija, fir-rigward tal-kumpens kollu jew parti minnu mitlub fil-kuntest ta' tilwima mibdija skont din it-Taqsima.
Artikolu 8.41
Infurzar tad-deċiżjonijiet ta' arbitraġġ
1. Deċiżjoni ta' arbitraġġ mogħtija skont din it-Taqsima għandha tkun vinkolanti bejn il-partijiet fil-kawża u fir-rigward ta' dak il-każ partikolari.
2. Soġġett għall-paragrafu 3, parti fil-kawża għandha tirrikonoxxi u tikkonforma ma' deċiżjoni ta' arbitraġġ mingħajr dewmien.
3. Parti fil-kawża ma għandhiex tfittex l-infurzar ta' deċiżjoni finali sakemm:
(a) |
fil-każ ta' deċiżjoni finali maħruġa taħt il-Konvenzjoni ICSID:
|
(b) |
fil-każ ta' deċiżjoni finali taħt ir-Regoli Addizzjonali tal-Faċilità tal-ICSID, ir-Regoli tal-UNCITRAL dwar l-Arbitraġġ, jew kull regola oħra applikabbli skont l-Artikolu 8. 23.2(d):
|
4. L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta' arbitraġġ għandha tkun irregolata mil-liġijiet li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni ta' sentenzi jew deċiżjonijiet ta' arbitraġġ fis-seħħ fejn issir it-talba għall-eżekuzzjoni.
5. Deċiżjoni finali maħruġa skont din it-Taqsima hija deċiżjoni ta' arbitraġġ li titqies relatata ma' pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjoni jew minn transazzjoni kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' New York
6. Għal aktar ċertezza, jekk pretensjoni titressaq skont l-Artikolu 8.23(a), deċiżjoni finali li tingħata skont din it-Taqsima għandha tikkwalifika bħala deċiżjoni skont il-Kapitolu IV, Taqsima 6 tal-Konvenzjoni ICSID.
Artikolu 8.42
Rwol tal-Partijiet
1. Parti ma għandhiex tressaq pretensjoni internazzjonali fir-rigward ta' pretensjoni mressqa skont l-Artikolu 8.23, sakemm il-Parti l-oħra ma tkunx naqset milli timxi u tikkonforma mad-deċiżjoni mogħtija f'dik it-tilwima.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jeskludi l-possibbiltà ta' soluzzjoni ta' tilwim taħt il-Kapitolu Disgħa u Għoxrin (Riżoluzzjoni ta' Tilwim) fir-rigward ta' miżura ta' applikazzjoni ġenerali anki jekk din il-miżura tkun allegatament kisret dan il-Ftehim għal dak li hu investiment speċifiku li fir-rigward tiegħu ġiet ippreżentata l-pretensjoni skont l-Artikolu 8.23 u hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8.38.
3. Il-paragrafu 1 ma jipprekludix skambji informali għall-għan waħdieni tal-iffaċilitar tar-riżoluzzjoni tat-tilwima.
Artikolu 8.43
Konsolidazzjoni
1. Meta żewġ pretensjonijiet jew aktar li kienu ġew ippreżentati separatament skont l-Artikolu 8.23 ikollhom kwistjoni komuni ta' dritt jew ta' fatt u jirriżulta mill-istess avvenimenti jew ċirkostanzi, il-partijiet fil-kawża, b'mod konġunt, jew waħda minnhom, tista' titlob/jistgħu jitolbu li titwaqqaf diviżjoni separata tat-Tribunal skont dan l-Artikolu u titlob/jitolbu li tali diviżjoni toħroġ ordni ta' konsolidazzjoni (“talba għal konsolidazzjoni”).
2. Il-parti fil-kawża li tfittex l-ordni ta' konsolidazzjoni għandha l-ewwel tibgħat avviż formali lill-partijiet fil-kawża li tkun qed tfittex li jkunu koperti b'din l-ordni.
3. Jekk il-partijiet fil-kawża nnotifikati skont il-paragrafu 2 ikunu laħqu ftehim dwar l-ordni ta' konsolidazzjoni, huma jistgħu jagħmlu talba konġunta biex titwaqqaf diviżjoni separata tat-Tribunal u għal ordni ta' konsolidazzjoni skont dan l-Artikolu. Jekk il-partijiet fil-kawża nnotifikati skont il-paragrafu 2 ma jkunux laħqu ftehim dwar l-ordni ta' konsolidazzjoni fi żmien 30 jum mill-avviż formali, waħda mill-partijiet fil-kawża tista' tagħmel talba biex titwaqqaf diviżjoni tat-Tribunal u għal ordni ta' konsolidazzjoni skont dan l-Artikolu.
4. It-talba għandha tintbagħat bil-miktub lill-President tat-Tribunal u lill-partijiet fil-kawża kollha li hija tkun qed titlob li jkunu koperti bl-ordni, u għandha tispeċifika:
(a) |
l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet fil-kawża li tkun qed titlob li jkunu koperti bl-ordni; |
(b) |
il-pretensjonijiet, jew partijiet minnhom, li tkun qed titlob li jkunu koperti bl-ordni; kif ukoll |
(c) |
ir-raġunijiet għall-ordni li tkun qed tintalab. |
5. Talba għal konsolidazzjoni li tinvolvi aktar minn konvenut wieħed tirrikjedi l-qbil tal-konvenuti kollha.
6. Ir-regoli applikabbli għall-proċedimenti taħt dan l-Artikolu huma ddeterminati kif ġej:
(a) |
jekk il-pretensjonijiet kollha li tintalab konsolidazzjoni għalihom ikunu tressqu għal soluzzjoni tat-tilwim taħt l-istess regoli skont l-Artikolu 8.23, għandhom japplikaw dawn ir-regoli; |
(b) |
jekk il-pretensjonijiet li tintalab konsolidazzjoni għalihom ma jkunux tressqu għal soluzzjoni tat-tilwim taħt l-istess regoli:
|
7. Il-President tat-Tribunal għandu, wara li jirċievi talba għal konsolidazzjoni u skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8.27.7 iwaqqaf diviżjoni ġdida (“diviżjoni ta' konsolidazzjoni”) tat-Tribunal li jkollha l-ġurisdizzjoni fuq il-pretensjonijiet kollha jew uħud minnhom, fit-total tagħhom jew partijiet minnhom, li jkunu suġġetti għal talba għal konsolidazzjoni konġunta.
8. Jekk, wara li jinstemgħu l-partijiet fil-kawża, diviżjoni ta' konsolidazzjoni tkun sodisfatta li l-pretensjonijiet imressqa skont l-Artikolu 8.23 għandhom kwistjoni ta' liġi jew ta' fatt komuni u jirriżultaw mill-istess avvenimenti jew ċirkostanzi, u li konsolidazzjoni tkun taqdi l-aħjar interessi ta' riżoluzzjoni ġusta u effikaċi tal-pretensjonijiet inkluż l-interess ta' konsistenza ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ, id-diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal tista', permezz ta' ordni, tassumi ġurisdizzjoni fuq il-pretensjonijiet kollha jew uħud minnhom, fit-total tagħhom jew partijiet minnhom.
9. Jekk diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal tkun assumiet ġurisdizzjoni skont il-paragrafu 8, investitur li jkun ressaq pretensjoni skont l-Artikolu 8.23 u li l-pretensjoni tiegħu ma tkunx ġiet ikkonsolidata jista' jagħmel talba bil-miktub lit-Tribunal biex jiġi inkluż f'din l-ordni sakemm it-talba tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4. Id-diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal għandha tikkonċedi l-ordni meta tkun sodisfatta li l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 8 jkunu ġew sodisfatti u li l-konċessjoni ta' tali talba ma tkunx ta' piż indebitu jew b'mod inġust tippreġudika lill-partijiet fil-kawża jew indebitament tħarbat il-proċedimenti. Qabel diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal toħroġ din l-ordni, hija għandha tikkonsulta mal-partijiet fil-kawża.
10. Wara talba ta' parti fil-kawża, diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal stabbilita skont dan l-Artikolu, sakemm tittieħed id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 8, tista' tordna li l-proċedimenti tad-diviżjoni tat-Tribunal stabbilit skont l-Artikolu 8.27.7 jiġu sospiżi sakemm dan it-Tribunal tal-aħħar ma jkunx diġà aġġorna l-proċedimenti tiegħu.
11. Id-diviżjoni tat-Tribunal maħtura skont l-Artikolu 8.27.7 għandha ċċedi l-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward ta' pretensjonijiet, jew partijiet minnhom, li għalihom diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal stabbilita skont dan l-Artikolu tkun assumiet il-ġurisdizzjoni.
12. Id-deċiżjoni ta' diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal stabbilita skont dan l-Artikolu fir-rigward ta' dawn il-pretensjonijiet, jew partijiet minnhom, li għalihom tkun assumiet ġurisdizzjoni hija vinkolanti fuq id-diviżjoni tat-Tribunal maħtura skont l-Artikolu 8.27.7 fir-rigward ta' dawk il-pretensjonijiet, jew partijiet minnhom.
13. Investitur jista' jirtira pretensjoni skont din it-Taqsima li hija suġġetta għal konsolidazzjoni u tali pretensjoni ma għandhiex terġa' titressaq skont l-Artikolu 8.23. Jekk jagħmel dan mhux aktar tard minn 15-il jum minn meta jirċievi l-avviż formali tal-konsolidazzjoni, l-applikazzjoni preċedenti tiegħu tal-pretensjoni ma għandhiex tipprekludi li l-investitur ifittex soluzzjoni tat-tilwim li ma taqax taħt din it-Taqsima.
14. Fuq talba ta' investitur, id-diviżjoni ta' konsolidazzjoni tat-Tribunal tista' tieħu dawk il-miżuri li tqis li huma xierqa sabiex tippreserva l-informazzjoni kunfidenzjali jew protetta ta' dak l-investitur fir-rigward ta' investituri oħra. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-preżentazzjoni ta' verżjonijiet redatti ta' dokumenti li jkunu jinkludu informazzjoni kunfidenzjali jew protetta lill-investituri l-oħra jew arranġamenti biex partijiet mis-smigħ isiru bil-magħluq.
Artikolu 8.44
Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment
1. Il-Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment għandu jipprovdi forum lill-Partijiet biex jikkonsultaw dwar kwistjonijiet relatati ma' dan il-Kapitolu, inkluż:
(a) |
diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu fl-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu; |
(b) |
titjib possibbli ta' dan il-Kapitolu, b'mod partikolari fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi f'fora internazzjonali oħrajn u skont ftehimiet oħra tal-Partijiet. |
2. Il-Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment għandu, bi qbil mal-Partijiet, u wara li jkunu tlestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom, jadotta kodiċi ta' kondotta għall-Membri tat-Tribunal biex jiġi applikat f'tilwim li jirriżulta minn dan il-Kapitolu, li jista' jissostitwixxi jew jissupplimenta r-regoli fis-seħħ, u jista' jindirizza suġġetti inkluż:
(a) |
l-obbligi dwar id-divulgazzjoni; |
(b) |
l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Membri tat-Tribunal; kif ukoll |
(c) |
il-kunfidenzjalità. |
Il-Partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar sforz tagħhom biex jiżguraw li l-kodiċi ta' kondotta jiġi adottat mhux aktar tard mill-ewwel jum tal-applikazzjoni proviżorja jew id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, skont il-każ, u f'kwalunkwe każ mhux aktar tard minn sentejn wara tali data.
3. Il-Kumitat tas-Servizzi u l-Investiment jista', bi qbil mal-Partijiet, u wara li jitlestew ir-rekwiżiti u l-proċeduri interni rispettivi tagħhom:
(a) |
jirrakkomanda lill-Kumitat Konġunt CETA l-adozzjoni tal-interpretazzjonijiet ta' dan il-Ftehim skont l-Artikolu 8.31.3; |
(b) |
jadotta u jemenda r-regoli li jissupplimentaw ir-regoli applikabbli dwar is-soluzzjoni ta' tilwim, u jemenda r-regoli applikabbli dwar it-trasparenza. Dawn ir-regoli u l-emendi huma vinkolanti fuq it-Tribunal stabbilit skont din it-Taqsima; |
(c) |
jadotta regoli għall-medjazzjoni biex jintużaw mill-partijiet fil-kawża kif imsemmi fl-Artikolu 8.20; |
(d) |
jirrakkomanda lill-Kumitat Konġunt CETA l-adozzjoni ta' kwalunkwe element ieħor tal-obbligu ta' trattament ġust u ekwu skont l-Artiklu 8.10.3; kif ukoll |
(e) |
jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt CETA dwar il-funzjonament tat-Tribunal tal-Appell skont l-Artikolu 8.28.8. |
Artikolu 8.45
Esklużjoni
Id-dispożizzjonijiet dwar is-soluzzjoni ta' tilwim li jinsabu f'din it-Taqsima u fil-Kapitolu Disgħa u Għoxrin (Soluzzjoni tat-Tilwim) ma japplikawx għall-kwistjonijiet imsemmija fl-Anness 8-C.
KAPITOLU DISGĦA
Kummerċ fis-servizzi transfruntier
Artikolu 9.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
servizzi ta' tiswija u manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru tfisser attivitajiet li jitwettqu fuq inġenju tal-ajru jew parti minnu waqt li jkun irtirat mis-servizz u ma jinkludux l-hekk imsejħa manutenzjoni tal-linja; |
|
servizzi tal-operat tal-ajruport tfisser l-operat jew il-ġestjoni, abbażi ta' tariffa jew kuntratt, tal-infrastruttura tal-ajruport, inklużi t-terminals, ir-runways, it-taxiways u s-superfiċji asfaltati fl-ajrudrom, il-faċilitajiet tal-ipparkjar, u s-sistemi ta' trasportazzjoni fl-ajruport. Għal aktar ċertezza, is-servizz tal-operat tal-ajruport ma jinkludux is-sjieda tal-ajruporti jew l-artijiet tal-ajruporti jew l-investiment fihom, jew kwalunkwe funzjoni li titwettaq mill-bord tad-diretturi. Is-servizzi tal-operat tal-ajruport ma jinkludux is-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru; |
|
servizzi ta' sistema kompjuterizzata ta' prenotazzjoni tfisser il-forniment ta' servizz minn sistemi kompjuterizzati li jinkludu informazzjoni dwar l-iskedi tal-linji tal-ajru, id-disponibbiltá, il-prezzijiet u r-regoli dwar il-prezzijiet, li permezz tagħhom jistgħu jsiru prenotazzjonijiet jew jinħarġu l-biljetti; |
|
kummerċ fis-servizzi transfruntier jew servizzi ta' forniment transfruntier tfisser il-forniment ta' servizz:
iżda ma tinkludix il-forniment ta' servizz fit-territorju ta' Parti minn persuna tal-Parti l-oħra; |
|
servizzi ta' ground handling tfisser il-forniment ta' servizz abbażi ta' tariffa jew kuntratt għal: amministrazzjoni u superviżjoni fuq l-art, inkluż il-kontroll tat-tagħbija u l-komunikazzjonijiet; l-immaniġġar tal-passiġġieri; l-immaniġġar tal-bagolli; l-immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta; l-immaniġġar tar-rampa u s-servizzi tal-inġenji tal-ajru; l-immaniġġar tal-karburanti u żjut; il-manutenzjoni ta' linja tal-ajruplani, l-operazzjonijiet tat-titjir u l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġ; it-trasport bis-superfiċje; jew is-servizzi tal-forniment tal-ikel. Is-servizzi tal-ground handling ma jinkludux is-servizzi tas-sigurtà jew l-operazzjoni jew il-ġestjoni tal-infrastruttura ċentralizzata tal-ajruport, bħas-sistemi tal-immaniġġar tal-bagolli, il-faċilitajiet tat-tneħħija tas-silġ, is-servizzi tad-distribuzzjoni tal-karburant, jew is-sistemi ta' trasport fl-ajruport; |
|
il-bejgħ u l-kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi tat-trasport bl-ajru tfisser l-opportunitajiet li l-linja tal-ajru kkonċernata liberament tbiegħ jew tikkummerċjalizza s-servizzi tat-trasport bl-ajru tagħha inkluż l-aspetti kollha tal-kummerċjalizzazzjoni bħar-riċerka dwar is-suq, ir-reklamar u d-distribuzzjoni, iżda mhux l-ipprezzar tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jew il-kundizzjonijiet applikabbli; kif ukoll |
|
servizzi pprovduti fl-eżerċizzju tal-awtorità governattiva tfisser kull servizz li mhuwiex fornut fuq bażi kummerċjali, u lanqas f'kompetizzjoni ma' fornitur ta' servizz wieħed jew aktar; |
Artikolu 9.2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu japplika għal miżura adottata jew miżmuma minn Parti li għandha impatt fuq il-kummerċ fis-servizzi transfruntier minn fornitur tas-servizz tal-Parti l-oħra, inkluż miżura li għandha impatt fuq:
(a) |
il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-konsenja ta' servizz; |
(b) |
ix-xiri ta' servizz u l-użu tiegħu jew il-ħlas għalih; kif ukoll, |
(c) |
b'rabta mal-forniment ta' servizz, l-aċċess għal servizzi li huma meħtieġa sabiex jiġu offruti lill-pubbliku inġenerali, kif ukoll l-użu tagħhom. |
2. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal miżura li għandha impatt fuq:
(a) |
is-servizzi fornuti fit-tħaddim tal-awtorità governattiva; |
(b) |
għall-Unjoni Ewropea, is-servizzi awdjoviżivi; |
(c) |
għall-Kanada, l-industriji kulturali; |
(d) |
is-servizzi finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 13.1 (Definizzjonijiet); |
(e) |
is-servizzi tal-ajru, is-servizzi relatati b'appoġġ għas-servizzi tal-ajru u servizzi oħra li jingħataw permezz ta' trasport bl-ajru (13), għajr:
|
(f) |
akkwisti minn Parti ta' prodott jew servizz mixtri għal skopijiet governattivi u mhux bl-iskop ta' bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-iskop ta' użu fil-forniment ta' prodott jew servizzi għall-bejgħ kummerċjali, kemm jekk l-akkwist huwa “akkwist kopert” kif ukoll jekk mhuwiex skont it-tifsira tal-Artikolu 19.2 (Kamp ta' applikazzjoni u kopertura); jew |
(g) |
sussidju, jew sostenn ieħor tal-gvern fir-rigward ta' kummerċ fis-servizzi transfruntier, fornut minn Parti. |
3. Dan il-Kapitolu ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, magħmul fi Brussell fis-17 ta' Diċembru 2009 u f'Ottawa fit-18 ta' Diċembru 2009.
4. Dan il-Kapitolu ma jimponix obbligu fuq Parti fir-rigward ta' nazzjonal tal-Parti l-oħra li jfittex aċċess fis-suq tax-xogħol tagħha, jew impjieg fuq bażi permanenti fit-territorju tagħha jew jagħti xi dritt lil dak in-nazzjonal fir-rigward ta' dak l-aċċess jew impjieg.
Artikolu 9.3
Trattament nazzjonali
1. Kull Parti għandha tagħti lill-fornituri ta' servizzi u lis-servizzi tal-Parti l-oħra trattament mhux inqas favorevoli minn dak li tagħti, f'sitwazzjonijiet simili, lill-fornituri ta' servizzi jew lis-servizzi tagħha stess.
2. Għal aktar ċertezza t-trattament mogħti minn Parti skont il-paragrafu 1 ifisser, fir-rigward ta' gvern fil-Kanada apparti dak fil-livell federali, jew, fir-rigward ta' gvern ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' gvern fih, trattament mhux inqas favorevoli minn dak l-aktar favorevoli mogħti, f'sitwazzjonijiet simili, minn dak il-gvern lill-fornituri ta' servizzi jew lis-servizzi tiegħu stess.
Artikolu 9.4
Rekwiżiti formali
L-Artikolu 9.3 ma jipprekludix Parti milli tadotta jew iżżomm miżura li tippreskrivi rekwiżiti formali b'konnessjoni mal-forniment ta' servizz, sakemm tali rekwiżiti ma jkunux japplikaw b'manjiera li tkun tikkostitwixxi mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mingħajr ġustifikazzjoni. Dawn il-miżuri jinkludu rekwiżiti:
(a) |
li tinkiseb liċenzja, reġistrazzjoni, ċertifikazzjoni jew awtorizzazzjoni sabiex jingħata servizz jew bħala rekwiżit ta' sħubija fi professjoni partikolari, bħar-rekwiżit ta' sħubija f'organizzazzjoni professjonali jew parteċipazzjoni f'fondi kollettivi ta' kumpens għall-membri ta' organizzazzjonijiet professjonali; |
(b) |
li fornitur ta' servizz ikollu aġent lokali għal servizz jew li jżomm indirizz lokali |
(c) |
li wieħed jitkellem l-ilsien nazzjonali jew ikollu liċenja tas-sewqan; jew |
(d) |
li fornitur ta' servizz:
|
Artikolu 9.5
Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit
1. Kull Parti għandha tagħti lill-fornituri ta' servizz u lis-servizzi tal-Parti l-oħra trattament mhux inqas favorevoli minn dak li tagħti, f'sitwazzjonijiet simili, lill-fornituri ta' servizz jew lis-servizzi ta' pajjiż terz.
2. Għal aktar ċertezza, it-trattament mogħti minn Parti skont il-paragrafu 1 ifisser, fir-rigward ta' gvern fil-Kanada apparti dak fil-livell federali, jew, fir-rigward ta' gvern ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' gvern fih, trattament mogħti, f'sitwazzjonijiet simili, minn dak il-gvern lis-servizzi jew lill-fornituri ta' servizz ta' pajjiż terz fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal trattament mogħti minn Parti taħt miżura eżistenti jew futura li tipprovdi għal rikonoxximent, inkluż permezz ta' arranġament jew ftehim ma' pajjiż terz li jirrikonoxxi l-akkreditazzjoni ta' servizzi tal-ittestjar jew tal-analiżi u fornituri ta' servizzi, l-akkreditazzjoni ta' servizzi ta' tiswija u manutenzjoni u servizzi ta' fornituri, kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-kwalifiki jew tar-riżultati tax-xogħol magħmul minn dawk is-servizzi akkreditati u l-fornituri tas-servizz.
Artikolu 9.6
L-aċċess għas-suq
Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm abbażi tat-territorju kollu tagħha jew abbażi tat-territorju tal-livell ta' gvern nazzjonali, provinċjali, territorjali, reġjonali jew lokali, miżura li timponi limitazzjonijiet fuq:
(a) |
l-għadd ta' fornituri ta' servizz kemm jekk fil-forma ta' kwoti numeriċi, monopolji, fornituri esklużivi ta' servizzi kif ukoll jekk fil-forma tar-rekwiżit ta' test ta' ħtiġijiet ekonomiċi; |
(b) |
il-valur totali ta' tranżazzjonijiet ta' servizz jew assi fil-forma ta' kwoti numeriċi jew ir-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi; jew |
(c) |
l-għadd totali ta' operazzjonijiet ta' servizz jew fuq il-kwantità totali ta' produzzjoni ta' servizz espressi f'termini ta' unitajiet numeriċi mfissra fil-forma ta' kwoti jew ir-rekwiżit ta' test tal-ħtiġijiet ekonomiċi. |
Artikolu 9.7
Riżervi
1. L-Artikoli 9.3, 9.5 u 9.6 ma japplikawx għal:
(a) |
miżura eżistenti mhux konformi li tinżamm minn Parti fil-livell ta':
|
(b) |
il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a); jew |
(c) |
emenda ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a) sakemm l-emenda ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif kienet teżisti immedjatament qabel l-emenda, mal-Artikoli 9.3, 9.5 u 9.6. |
2. L-Artikoli 9.3, 9.5 u 9.6 ma japplikawx għal miżura li Parti tadotta jew iżżomm fir-rigward ta' settur, subsettur jew attività, kif stabbilit fl-Iskeda tal-Anness II tagħha.
Artikolu 9.8
Ċaħda tal-benefiċċji
Parti tista' tiċħad il-benefiċċji ta' dan il-Kapitolu lill-fornitur ta' servizz tal-Parti l-oħra li jkun intrapriża ta' dik il-Parti u lis-servizzi ta' dak il-fornitur ta' servizz jekk:
(a) |
il-fornitur ta' servizz ta' pajjiż terz ikun jippossjedi jew jikkontrolla l-intrapriża; kif ukoll |
(b) |
il-Parti li tiċħad tadotta jew iżżomm miżura fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz li:
|
KAPITOLU GĦAXRA
Dħul u soġġorn temporanju ta' persuni fiżiċi għal skopijiet professjonali
Artikolu 10.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
fornituri ta' servizzi kuntrattwali tfisser persuni fiżiċi impjegati minn intrapriża ta' Parti li ma jkollha l-ebda stabbiliment fit-territorju tal-Parti l-oħra u li tkun ikkonkludiet kuntratt bona fide (minbarra permezz ta' aġenzija kif definit mill-kodiċi CPC 872) sabiex ifornu servizz lil konsumatur tal-Parti l-oħra li jirrikjedi l-preżenza fuq bażi temporanja tal-impjegati tagħha fit-territorju tal-Parti l-oħra sabiex jintlaħaq l-għan tal-kuntratt għall-forniment tas-servizz; |
|
intrapriża tfisser “intrapriża” kif definita fl-Artikolu 8.1 (Definizzjonijiet); |
|
professjonisti indipendenti tfisser persuni fiżiċi impenjati fil-forniment ta' servizz u stabbiliti bħala ħaddiema għal rashom fit-territorju ta' Parti li ma jkollhom l-ebda stabbiliment fit-territorju tal-Parti oħra u li jkunu kkonkludew kuntratt bona fide (minbarra permezz ta' aġenzija kif definit mill-kodiċi CPC 872) sabiex ifornu servizz lil konsumatur tal-Parti l-oħra li jirrikjedi l-preżenza tal-persuni fiżiċi fuq bażi temporanja fit-territorju tal-Parti l-oħra sabiex jitwettaq l-għan tal-kuntratt għall-forniment tas-servizz; |
|
persunal prinċipali tfisser viżitaturi professjonali bl-għan ta' investiment, investituri jew impjegati bi trasferiment intra-ażjendali:
|
|
persuni fiżiċi għal finijiet professjonali tfisser persunal prinċipali, fornituri ta' servizzi kuntrattwali, professjonisti indipendenti, jew viżitaturi għal terminu qasir b'finijiet professjonali li huma ċittadini ta' Parti. |
Artikolu 10.2
Objettivi u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu jirrifletti r-relazzjoni kummerċjali preferenzjali bejn il-Partijiet kif ukoll l-objettiv reċiproku għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi u l-investiment billi jippermettu d-dħul u s-soġġorn temporanju ta' persuni fiżiċi għal skopijiet professjonali u billi jiżguraw it-trasparenza fil-proċess.
2. Dan il-Kapitolu japplika għall-miżuri adottati jew mantenuti minn Parti fir-rigward tad-dħul u s-soġġorn temporanju fit-territorju tagħha ta' persunal prinċipali, fornituri ta' servizzi kuntrattwali, professjonisti indipendenti u viżitaturi għal terminu qasir b'finijiet professjonali. Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal miżuri li jaffettwaw persuni fiżiċi li jkunu qed ifittxu aċċess għas-suq tax-xogħol ta' Parti, u lanqas ma japplika għal miżuri dwar iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti.
3. Xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jżomm lil Parti milli tapplika miżuri biex tirregola d-dħul ta' persuni fiżiċi u s-soġġorn tagħhom fit-territorju tagħha, inklużi dawk il-miżuri meħtieġa għall-ħarsien tal-integrità ta' persuni fiżiċi u sabiex jiġi żgurat il-moviment organizzat tagħhom fuq il-konfini tagħha, bil-kundizzjoni li tali miżuri ma jiġux applikati b'mod li jannullaw jew jikkompromettu l-benefiċċji ta' Parti li jirriżultaw mit-termini ta' dan il-Kapitolu. Il-fatt biss ta' ħtieġa ta' viża għall-persuni fiżiċi ta' ċertu pajjiż u mhux għal dawk ta' oħrajn ma għandux jiġi kkunsidrat bħala wieħed li jannulla jew jikkomprometti l-benefiċċji taħt dan il-Kapitolu.
4. Sal-punt li ma jsirux impenji skont dan il-Kapitolu, ir-rekwiżiti l-oħrajn kollha tal-liġijiet tal-Partijiet rigward id-dħul u s-soġġorn għandhom jibqgħu japplikaw, inkluż dawk li jikkonċernaw it-tul tas-soġġorn.
5. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, ir-rekwiżiti kollha tal-liġijiet tal-Partijiet rigward il-miżuri tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali għandhom ikomplu japplikaw, inkluż ir-regolamenti li jirrigwardaw il-pagi minimi kif ukoll il-ftehimiet kollettivi rigward il-pagi.
6. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal każi fejn l-intenzjoni jew l-effett tad-dħul u s-soġġorn temporanju jkunu li jinterferixxu jew altrimenti jkollhom impatt fuq l-eżitu ta' tilwim jew negozjar industrijali jew ta' maniġment, jew fuq l-impjieg ta' persuni fiżiċi li huma involuti f'tali tilwim jew negozjar.
Artikolu 10.3
Obbligi ġenerali
1. Kull Parti għandha tippermetti d-dħul temporanju ta' persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra għal skopijiet professjonali li altrimenti jikkonformaw mal-miżuri tal-immigrazzjoni tal-Parti l-oħra li jkunu applikabbli għad-dħul temporanju, skont dan il-Kapitolu.
2. Kull Parti għandha tapplika l-miżuri tagħha rigward id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu skont l-Artikolu 10.2.1, u, b'mod partikolari, għandha tapplika dawk il-miżuri sabiex jiġi evitat ix-xkiel jew id-dewmien bla bżonn tal-kummerċ fil-prodotti jew is-servizzi jew l-andament tal-attivitajiet tal-investiment skont dan il-Ftehim.
3. Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe tariffa li tirrigwarda l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal dħul temporanju tkun raġonevoli u tirrifletti l-ispejjeż involuti.
Artikolu 10.4
Għoti ta' informazzjoni
1. B'segwitu għall-Kapitolu Sebgħa u Għoxrin (Trasparenza), u filwaqt li titqies l-importanza tat-trasparenza tal-informazzjoni rigward id-dħul temporanju għall-Partijiet, kull Parti għandha, mhux aktar tard minn 180 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, tagħmel disponibbli lill-Parti l-oħra materjal ta' spjegazzjoni rigward ir-rekwiżiti għad-dħul temporanju skont dan il-Kapitolu li jippermetti li viżitaturi professjonali tal-Parti l-oħra jsiru familjari ma' dawk ir-rekwiżiti.
2. Jekk Parti tiġbor u żżomm dejta rigward id-dħul temporanju ta' kategorija ta' viżitaturi għal skopijiet professjonali skont dan il-Kapitolu, il-Parti għandha tqiegħed din id-dejta għad-dispożizzjoni tal-Parti l-oħra meta din titlobha, skont il-liġi tagħha dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta.
Artikolu 10.5
Punti ta' kuntatt
1. Il-Partijiet b'dan jistabbilixxu l-punti ta' kuntatt li ġejjin:
(a) |
fil-każ tal-Kanada: Director Temporary Resident Policy Immigration Branch Citizenship and Immigration Canada |
(b) |
fil-każ tal-Unjoni Ewropea: Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ Il-Kummissjoni Ewropea |
(c) |
fil-każ tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-punti ta' kuntatt elenkati fl-Anness 10-A jew is-suċċessuri rispettivi tagħhom. |
2. Il-punti ta' kuntatt għall-Kanada u għall-Unjoni Ewropea, u kif xieraq il-punti ta' kuntatt għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiskambjaw informazzjoni skont l-Artikolu 10.4 u għandhom jiltaqgħu skont il-ħtieġa biex jikkunsidraw kwistjonijiet li jirrigwardaw dan il-Kapitolu, bħal:
(a) |
l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni ta' dan il-Kapitolu, inkluż il-prattika tal-Partijiet li jippermettu d-dħul temporanju; |
(b) |
l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' kriterji komuni kif ukoll ta' interpretazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu; |
(c) |
l-iżvilupp ta' miżuri għall-faċilitazzjoni ulterjuri tad-dħul temporanju ta' viżitaturi għal skopijiet professjonali; kif ukoll |
(d) |
ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Konġunt CETA rigward dan il-Kapitolu. |
Artikolu 10.6
Obbligi f'kapitoli oħra
1. Dan il-Ftehim ma jimponix obbligu fuq Parti rigward il-miżuri tagħha dwar l-immigrazzjoni, ħlief meta identifikat b'mod speċifiku f'dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu Sebgħa u Għoxrin (Trasparenza).
2. Mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni li tippermetti d-dħul temporanju ta' persuni fiżiċi tal-Parti l-oħra skont it-termini ta' dan il-Kapitolu, inkluż it-tul tas-soġġorn permissibbli skont tali permess:
(a) |
L-Artikoli 9.3 (Trattament nazzjonali) u 9.6 (Aċċess għas-suq), soġġetti għall-Artikoli 9.4 (Rekwiżiti formali) u 9.2 (Kamp ta' applikazzjoni) iżda mhux l-Artikolu 9.2.2(d), huma integrati u jagħmlu parti minn dan il-Kapitolu u japplikaw għat-trattament ta' persuni fiżiċi għal skopijiet professjonali li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra skont il-kategoriji ta':
|
(b) |
l-Artikolu 9.5 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit), soġġett għall-Artikoli 9.4 (Rekwiżiti formali) u 9.2 (Kamp ta' applikazzjoni) iżda mhux għall-Artikolu 9.2.2(d), huwa integrat u jagħmel parti minn dan il-Kapitolu u japplika għat-trattament ta' persuni fiżiċi għal skopijiet professjonali li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra skont il-kategoriji ta':
|
3. Għal aktar ċertezza, il-paragrafu 2 japplika għat-trattament ta' persuni fiżiċi li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra għal skopijiet professjonali u li jaqgħu fil-kategoriji rilevanti u li jkunu qed ifornu servizzi finanzjarji, kif iddefinit fl-Artikolu 13.1 (Definizzjonijiet) tal-Kapitolu Tlettax (Servizzi Finanzjarji). Il-paragrafu 2 ma japplikax għal miżuri relatati mal-permess ta' dħul temporanju lil persuni fiżiċi ta' Parti jew ta' pajjiż terz.
4. Jekk Parti tkun stipulat riżerva fl-Iskeda tagħha tal-Annessi I, II, jew III, ir-riżerva tkun tikkostitwixxi wkoll riżerva għall-paragrafu 2, sal-punt li l-miżura stipulata jew permessa mir-riżerva tkun taffettwa t-trattament ta' persuni fiżiċi għal skopijiet professjonali preżenti fit-territorju tal-Parti l-oħra.
Artikolu 10.7
Persunal prinċipali
1. Kull Parti għandha tippermetti d-dħul u s-soġġorn temporanju ta' persunal prinċipali tal-Parti l-oħra soġġett għar-riżervi u l-eċċezzjonijiet elenkati fl-Anness 10-B.
2. Kull Parti għandha tastjeni milli tadotta jew iżżomm limiti, fil-forma ta' restrizzjoni numerika jew abbażi ta' verifika tal-mezzi ekonomiċi, fuq l-għadd totali ta' persunal prinċipali tal-Parti l-oħra li jingħata dħul temporanju.
3. Kull Parti għandha tippermetti d-dħul temporanju ta' viżitaturi professjonali b'għanijiet ta' investiment mingħajr il-bżonn ta' permess tax-xogħol jew proċedura oħra ta' approvazzjoni minn qabel ta' natura analoga.
4. Kull Parti għandha tippermetti l-impjieg temporanju fit-territorju tagħha ta' ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali u investituri tal-Parti l-oħra.
5. It-tul permissibbli taż-żjara ta' persunal prinċipali huwa kif ġej:
(a) |
ħaddiema bi trasferiment intra-ażjendali (speċjalisti u persunal f'livell għoli): tliet snin jew it-tul tal-kuntratt jekk inqas, bil-possibbiltà ta' estensjoni sa 18-il xahar skont kif tiddeċiedi l-Parti li tkun qed tikkonċedi d-dħul u s-soġġorn temporanju (14); |
(b) |
ħaddiema bi trasferiment intra-ażjedali (apprendisti gradwati): sena jew it-tul tal-kuntratt jekk inqas; |
(c) |
investituri: sena, bil-possibbiltà ta' estensjonijiet skont kif tiddeċiedi l-Parti li tkun qed tikkonċedi d-dħul u s-soġġorn temporanju; |
(d) |
viżitaturi bi skopijiet professjonali bl-għan ta' investiment: 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' sitt xhur (15). |
Artikolu 10.8
Fornituri ta' servizzi kuntrattwali, u professjonisti indipendenti
1. Skont l-Anness 10-E, kull Parti għandha tippermetti d-dħul u s-soġġorn temporanju tal-fornituri ta' servizzi kuntrattwali tal-Parti l-oħra, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-persuni fiżiċi għandhom jiġu impjegati fl-għoti ta' servizz fuq bażi temporanja bħala impjegati ta' intrapriża li tkun kisbet kuntratt ta' servizz li ma jaqbiżx it-12-il xahar. Jekk il-kuntratt ta' servizz ikun itwal minn12-il xahar, l-impenji ta' dan il-Kapitolu japplikaw biss għall-ewwel 12-il xahar tal-kuntratt; |
(b) |
persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju tal-Parti l-oħra jridu jkunu qed joffru dawk is-servizzi bħala impjegati tal-intrapriża li tkun ilha tforni s-servizzi għal mill-inqas sena qabel id-data meta titressaq l-applikazzjoni għad-dħul fit-territorju tal-Parti l-oħra u jrid ikollha, fid-data meta titressaq l-applikazzjoni, mill-inqas tliet snin esperjenza professjonali (16) fil-qasam tal-attività li hija s-suġġett tal-kuntratt; |
(c) |
il-persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta' Parti oħra għandu jkollhom,
|
(d) |
il-persuni fiżiċi ma jridux jirċievu remunerazzjoni biex jagħtu s-servizzi ħlief għar-remunerazzjoni mħallsa mill-intrapriża li timpjega l-fornituri tas-servizz kuntrattwali waqt is-soġġorn tagħhom fit-territorju tal-Parti l-oħra; |
(e) |
id-dħul u s-soġġorn temporanju konċessi skont dan l-Artikolu jirrigwardaw biss il-forniment ta' servizz li huwa s-suġġett tal-kuntratt. L-awtorità relevanti tista' tagħti l-permess għad-dritt li wieħed juża' t-titlu professjonali tal-Parti fejn ikun qed jingħata s-servizz, kif meħtieġ, kif iddefinit fl-Artikolu 11.1 (Definizzjonijiet), permezz ta' Ftehim ta' Rikonoxximent Reċiproku (“MRA”) jew mod ieħor; kif ukoll |
(f) |
il-kuntratt tas-servizz irid jikkonforma mal-liġijiet u ma' rekwiżiti legali oħra tal-Parti fejn il-kuntratt jiġi eżegwit (18). |
2. Skont l-Anness 10-E, kull Parti għandha tippermetti d-dħul u s-soġġorn temporanju tal-professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-persuni fiżiċi għandhom jiġu impjegati fil-forniment ta' servizz fuq bażi temporanja bħala persuni li jaħdmu għal rashom stabbiliti fil-Parti l-oħra u jridu jkunu kisbu kuntratt ta' servizz għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar. Jekk il-kuntratt ta' servizz ikun itwal minn12-il xahar, l-impenji ta' dan il-Kapitolu japplikaw biss għall-ewwel 12-il xahar tal-kuntratt; |
(b) |
il-persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju tal-Parti l-oħra għandu jkollhom, fid-data meta titressaq applikazzjoni għad-dħul fil-Parti l-oħra, mill-inqas sitt snin ta' esperjenza professjonali fis-settur tal-attività li hija s-suġġett tal-kuntratt; |
(c) |
il-persuni fiżiċi li jidħlu fit-territorju ta' Parti oħra għandu jkollhom:
|
(d) |
id-dħul u s-soġġorn temporanju konċess skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jirrigwardaw biss il-forniment ta' servizz li huwa s-suġġett tal-kuntratt. L-awtorità relevanti tista' tagħti l-permess għad-dritt li wieħed juża' t-titlu professjonali tal-Parti fejn ikun qed jingħata s-servizz, kif meħtieġ, kif iddefinit fl-Artikolu 11.1 (Definizzjonijiet), permezz ta' MRA jew mod ieħor; kif ukoll |
(e) |
il-kuntratt tas-servizz għandu jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mar-rekwiżiti tal-Parti fejn il-kuntratt jiġi eżegwit. |
3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness 10-E, Parti għandha tastjeni milli tadotta jew iżżomm xi limitu, fil-forma ta' restrizzjonijiet numeriċi jew abbażi ta' verifika tal-mezzi ekonomiċi, fuq l-għadd totali ta' fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti tal-Parti l-oħra li jingħataw dħul temporanju.
4. It-tul tas-soġġorn tal-fornituri tas-servizzi kuntrattwali u tal-professjonisti indipendenti huwa għal perjodu kumulattiv ta' mhux aktar minn 12-il xahar, bil-possibbiltà ta' estensjonijiet kif tiddeċiedi l-Parti, fi kwalunkwe perjodu ta' 24 xahar jew għal kemm idum il-kuntratt, skont liema huwa l-inqas.
Artikolu 10.9
Viżitaturi għal terminu qasir b'finijiet professjonali
1. Skont l-Anness 10-B, Parti għandha tippermetti d-dħul u s-soġġorn temporanju ta' viżitaturi għal terminu qasir b'finijiet professjonali tal-Parti l-oħra għall-finijiet biex jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness 10-D, sakemm il-viżitaturi għal terminu qasir b'finijiet professjonali:
(a) |
ma jkunux involuti bil-bejgħ ta' prodotti jew servizzi lill-pubbliku ġenerali; |
(b) |
ma jirċevux f'isimhom xi remunerazzjoni minn sors li jkun stabbilit fil-Parti fejn il-viżitaturi għal terminu qasir b'finijiet professjonali jkunu qed jissoġġornaw b'mod temporanju; kif ukoll |
(c) |
ma jkunux involuti fil-forniment ta' servizz fil-qafas ta' kuntratt konkluż bejn konsumatur f'dak it-territorju, u intrapriża li ma jkollha ebda preżenza kummerċjali fit-territorju tal-Parti fejn il-viżitaturi professjonali għal terminu qasir ikunu qed jissoġġornaw b'mod temporanju, ħlief kif previst fl-Anness 10-D. |
2. Kull Parti għandha tippermetti d-dħul temporanju ta' viżitaturi professjonali għal terminu qasir mingħajr il-bżonn ta' permess tax-xogħol jew proċedura oħra ta' approvazzjoni minn qabel ta' natura analoga.
3. Il-perjodu massimu tas-soġġorn għall-viżitaturi professjonali għal terminu qasir huwa ta' 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' sitt xhur (20).
Artikolu 10.10
Rieżami tal-impenji
Fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw li jaġġornaw l-impenji rispettivi tagħhom skont l-Artikoli minn 10.7 sa 10.9.
KAPITOLU ĦDAX
Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali
Artikolu 11.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
ġurisdizzjoni tfisser it-territorju tal-Kanada, u kull waħda mill-provinċji u territorji tagħha, jew it-territorju ta' kull wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, sakemm dan il-Ftehim japplika f'dawn it-territorji b'konformità mal-Artikolu 1.3 (Kamp ta' applikazzjoni ġeografiku); |
|
entità ta' negozjar tfisser persuna jew korp ta' Parti li jkollu d-dritt jew l-awtorità li jinnegozja ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali (“MRA”); |
|
esperjenza professjonali tfisser il-prattika effettiva jew legali ta' servizz; |
|
kwalifiki professjonali tfisser il-kwalifiki ċċertifikati b'evidenza ta' kwalifika formali u/jew ta' esperjenza professjonali; |
|
awtorità kompetenti tfisser awtorità jew korp, maħtur skont dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi biex tirrikonoxxi l-kwalifiki u tawtorizza l-prattika ta' professjoni f'ġurisdizzjoni; kif ukoll |
|
professjoni regolata tfisser servizz, li l-prattika tiegħu, inkluż l-użu ta' titolu jew ta' deżinjazzjoni, tirrikjedi li wieħed ikollu kwalifiki speċifiċi skont dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi. |
Artikolu 11.2
Objettivi u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu jistabbilixxi qafas għall-faċilitazzjoni ta' reġim ġust, trasparenti u konsistenti għar-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki professjonali mill-Partijiet u jistipula l-kundizzjonijiet ġenerali għan-negozjar ta' MRAs.
2. Dan il-Kapitolu japplika għal professjonijiet li huma rregolati f'kull Parti, inkluż fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea jew f'uħud minnhom kif ukoll fil-provinċji u t-territorji kollha tal-Kanada jew f'uħud minnhom.
3. Parti ma għandhiex tikkonċedi rikonoxximent b'tali mod li jkun jikkostitwixxi diskriminazzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterji tagħha għall-awtorizzazzjoni, il-liċenzjar jew iċ-ċertifikazzjoni ta' fornitur ta' servizz, jew li jkun jikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fis-servizzi.
4. MRA adottat skont dan il-Kapitolu għandu japplika fit-territorji kollha tal-Unjoni Ewropea u tal-Kanada.
Artikolu 11.3
Negozjar ta' Ftehim ta' Rikonoxximent Reċiproku
1. Kull Parti għandha tħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korpi professjonali tagħha, kif xieraq, biex jiżviluppaw u jipprovdu rakkomandazzjonijiet konġunti dwar il-ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku proposti lill-Kumitat Konġunt dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki Professjonali (“Kumitat MRA”) stabbilit skont l-Artikolu 26.2.1(b).
2. Rakkomandazzjoni għandha tipprovdi valutazzjoni dwar il-valur potenzjali ta' MRA fuq il-bażi ta' kriterji bħal-livell attwali tal-ftuħ tas-suq, il-ħtiġijiet tal-industrija, u l-opportunitajiet kummerċjali, pereżempju, l-għadd ta' professjonisti li x'aktarx jibbenefikaw mill-MRA, l-eżistenza ta' MRA oħrajn fis-settur, u l-vantaġġi mistennija f'dak li jikkonċerna l-iżvilupp ekonomiku u kummerċjali. Barra minn hekk, hija għandha tipprovdi valutazzjoni dwar il-kompatibbiltà tas-sistemi tal-Partijiet li jirrigwardaw il-liċenzjar jew il-kwalifika u l-approċċ mistenni għan-negozjar ta' MRA.
3. Il-Kumitat MRA għandu, fi żmien raġonevoli, janalizza r-rakkomandazzjoni bl-għan li jiżgura l-konsistenza tagħha mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu. Jekk dawn ir-rekwiżiti jkunu sodisfatti, il-Kumitat MRA għandu jistabbilixxi l-passi neċessarji biex jinnegozja u kull Parti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħha b'dawn il-passi.
4. L-entitajiet ta' negozjar għandhom wara dan isegwu n-negozjati u jippreżentaw abbozz tat-test tal-MRA lill-Kumitat MRA.
5. Il-Kumitat MRA wara janalizza l-abbozz tal-MRA u jiżgura li dan ikun konsistenti ma' dan il-Ftehim.
6. Jekk fil-fehma tal-Kumitat MRA, l-MRA jkun konsistenti ma' dan il-Ftehim, il-Kumitat MRA għandu jadotta l-MRA permezz ta' deċiżjoni, bil-kundizzjoni li kull Parti sussegwentement tinnotifika lill-Kumitat MRA dwar it-twettiq tar-rekwiżiti interni rispettivi tiegħu. Id-deċiżjoni ssir vinkolanti fuq il-Partijiet hekk kif issir in-notifika minn kull Parti lill-Kumitat MRA.
Artikolu 11.4
Rikonoxximent
1. Ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali previst minn MRA, għandu jippermetti li l-fornitur ta' servizz jipprattika l-attivitajiet professjonali fil-ġurisdizzjoni ospitanti, skont it-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-MRA.
2. Jekk il-kwalifiki professjonali ta' fornitur ta' servizz ta' Parti huma rikonoxxuti mill-Parti l-oħra skont MRA, l-awtoritajiet kompetenti tal-ġurisdizzjoni ospitanti għandhom jagħtu lil dan il-fornitur ta' servizz trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti f'sitwazzjonijiet simili lil fornitur ta' servizz simili li l-kwalifiki professjonali tiegħu jkunu ġew iċċertifikati jew attestati fil-ġurisdizzjoni proprja tal-Parti.
3. Rikonoxximent skont MRA ma jistax ikun soġġett għal kundizzjoni li:
(a) |
fornitur ta' servizz jissodisfa rekwiżit ta' ċittadinanza jew ta' xi forma ta' residenza; jew |
(b) |
l-edukazzjoni, l-esperjenza jew it-taħriġ ta' fornitur ta' servizz ikunu nkisbu fil-ġurisdizzjoni proprja tal-Parti. |
Artikolu 11.5
Kumitat Konġunt dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki Professjonali
Il-Kumitat MRA responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11.3 għandu:
(a) |
ikun ikkostitwit u kopresedut minn rappreżentanti tal-Kanada u tal-Unjoni Ewropea, li jridu jkunu differenti mill-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi professjonali msemmijin fl-Artikolu 11.3.1. Lista ta' dawn ir-rappreżentanti għandha tiġi kkonfermata permezz ta' skambju ta' ittri; |
(b) |
jiltaqa' fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u wara dan skont il-ħtieġa jew kif jiġi deċiż; |
(c) |
jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess; |
(d) |
jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rigward il-liġijiet, ir-regolamenti, il-politiki u l-prattiki rigward l-istandards jew il-kriterji għall-awtorizzazzjoni, il-liċenzjar jew iċ-ċertifikazzjoni ta' professjonijiet regolati; |
(e) |
jippubblika l-informazzjoni li tirrigwarda n-negozjar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku; |
(f) |
jirrapporta lill-kumitat Konġunt CETA dwar il-progress tan-negozjar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku; kif ukoll |
(g) |
kif xieraq, jipprovdi informazzjoni u jikkomplementa l-linji gwida stipulati fl-Anness 11-A. |
Artikolu 11.6
Linji gwida għan-negozjar u l-konklużjoni tal-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku
Bħala parti mill-qafas biex jinkiseb ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, fl-Anness 11-A l-Partijiet jistipulaw linji gwida nonvinkolanti fir-rigward tan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku.
Artikolu 11.7
Punti ta' kuntatt
Kull Parti għandha tistabbilixxi punt ta' kuntatt jew aktar għall-amministrazzjoni ta' dan il-Kapitolu.
KAPITOLU TNAX
Regolamentazzjoni interna
Artikolu 12.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
awtorizzazzjoni tfisser il-ħruġ ta' permess lil persuna li tforni servizz jew li twettaq kwalunkwe attività ekonomika oħra; |
|
awtorità kompetenti tfisser kwalunkwe gvern ta' Parti, jew korp mhux governattiv fl-eżerċizzju ta' setgħat delegati minn kwalunkwe gvern ta' Parti, li jagħti awtorizzazzjoni; |
|
proċeduri ta' liċenzjar tfisser regoli amministrattivi jew proċedurali, inkluż għall-emendar jew it-tiġdid ta' liċenzja, li għandhom jiġu osservati sabiex tintwera konformità mar-rekwiżiti ta' liċenzjar; |
|
rekwiżiti ta' liċenzjar tfisser rekwiżiti sostantivi, għajr rekwiżiti ta' kwalifiki, li għandu jkun hemm konformità magħhom sabiex wieħed jikseb, jemenda jew iġedded awtorizzazzjoni; |
|
proċeduri ta' kwalifika tfisser regoli amministrattivi jew proċedurali li għandhom jiġu osservati sabiex tintwera konformità mar-rekwiżiti ta' kwalifika; kif ukoll |
|
rekwiżiti ta' kwalifika tfisser rekwiżiti sostantivi li jirrigwardaw kompetenza u li għandhom jiġu osservati sabiex wieħed jikseb, jemenda jew iġedded awtorizzazzjoni. |
Artikolu 12.2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu japplika għal miżura adottata jew miżmuma minn Parti rigward rekwiżiti ta' liċenzjar, proċeduri ta' liċenzjar, rekwiżiti ta' kwalifiki, jew proċeduri ta' kwalifika li jaffettwaw:
(a) |
il-forniment ta' servizzi finanzjarji transfruntieri kif definiti fl-Artikolu 9.1 (Definizzjonijiet); |
(b) |
il-forniment ta' servizz jew l-insegwiment ta' xi attività ekonomika oħra, permezz ta' preżenza kummerċjali fit-territorju tal-Parti l-oħra, inkluż l-istabbiliment ta' tali preżenza kummerċjali; kif ukoll |
(c) |
il-forniment ta' servizz permezz tal-preżenza ta' persuna fiżika tal-Parti l-oħra fit-territorju tal-Parti l-oħra, b'konformità mal-Artikolu 10.6.2 (Obbligi f'kapitoli oħra). |
2. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal ħtiġijiet ta' liċenzjar, proċeduri ta' liċenzjar, rekwiżiti ta' kwalifiki, jew proċeduri ta' kwalifika:
(a) |
skont xi miżura eżistenti li ma tkunx konformi miżmuma minn Parti kif stipulat fl-Iskeda tagħha tal-Anness I; jew |
(b) |
li jirrigwardaw wieħed minn dawn is-setturi jew attivitajiet:
|
Artikolu 12.3
Rekwiżiti u proċeduri ta' liċenzjar u ta' kwalifika
1. Kull Parti għandha tiżgura li r-rekwiżiti ta' liċenzjar, ir-rekwiżiti ta' kwalifiki, il-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji, jew il-proċeduri ta' kwalifika li din tadotta jew iżżomm ikunu bbażati fuq kriterji li jipprekludu lill-awtorità kompetenti milli teżerċita l-poter tagħha ta' evalwazzjoni b'mod arbitrarju.
2. Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
(a) |
ċari u trasparenti; |
(b) |
oġġettivi; kif ukoll |
(c) |
stabbiliti minn qabel u aċċessibbli għall-pubbliku. |
3. Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-tħaddim ta' diskrezzjoni statutorja kkonferita fuq ministru fir-rigward ta' deċiżjoni dwar l-għoti ta' awtorizzazzjoni fl-interess pubbliku ma huwiex inkonsistenti mas-subparagrafu 2(c), sakemm ma titħaddimx b'mod konsistenti mal-objettiv tal-istatut applikabbli u mhux b'mod arbitrarju, u li t-tħaddim tagħha bl-ebda mod ma jkun inkonsistenti ma' dan il-Ftehim.
4. Il-paragrafu 3 ma japplikax għal rekwiżiti ta' liċenzjar, jew rekwiżiti ta' kwalifiki għal servizz professjonali.
5. Kull Parti għandha tiżgura li tingħata awtorizzazzjoni malli l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu ġew sodisfatti, u li ladarba tingħata, l-awtorizzazzjoni tieħu effett mingħajr dewmien bla bżonn skont it-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk.
6. Kull Parti għandha żżomm jew twaqqaf tribunali jew proċeduri ġudizzjarji, arbitrali jew amministrattivi li, wara t-talba ta' investitur jew ta' fornitur ta' servizz affettwat, kif definit fl-Artikolu 8.1 (Definizzjonijiet), jew fornitur ta' servizzi affettwat, kif definit fl-Artikolu 1.1 (Definizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali), jipprovdu għal rieżami fil-pront ta' deċiżjonijiet amministrattivi li jaffettwaw il-forniment ta' servizz jew it-twettiq ta' kwalunkwe attività ekonomika oħra, u fejn ikun ġustifikat jipprovdu għal rimedji xierqa. Fejn dawn il-proċeduri ma jkunux indipendenti mill-aġenzija fdata bid-deċiżjoni amministrattiva kkonċernata, kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri jiġu applikati b'tali mod li jipprovdi għal rieżami oġġettiv u imparzjali.
7. Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri ta' liċenzjar jew il-proċeduri ta' kwalifika li tadotta jew iżżomm ikunu sempliċi kemm jista' jkun u ma jikkomplikawx jew idewmu bla bżonn il-forniment ta' servizz, jew it-twettiq ta' xi attività ekonomika oħra.
8. Tariffa ta' awtorizzazzjoni li applikant jista' jġarrab b'rabta mal-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni għandha tkun raġonevoli u proporzjonata mal-ispejjeż imġarrba, u ma għandhiex tirrestrinġi l-forniment ta' servizz jew it-twettiq ta' kwalunkwe attività ekonomika oħra.
9. It-tariffi ta' awtorizzazzjoni ma jinkludux il-ħlasijiet għal irkanti, l-użu ta' riżorsi naturali, royalties, offerti ta' prezzijiet jew mezzi oħra nondiskriminatorji għall-għoti ta' konċessjonijiet, jew kontribuzzjonijiet mandatorji għall-forniment ta' servizz universali.
10. Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri ta' liċenzjar jew il-proċeduri ta' kwalifika użati minn awtorità kompetenti fil-proċess ta' liċenzjar jew awtorizzazzjoni u d-deċiżjonijiet tagħha jkunu imparzjali fir-rigward tal-applikanti kollha. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b'mod indipendenti u b'mod partikolari ma għandha tkun responsabbli quddiem ebda persuna li tforni xi servizz jew twettaq xi ekonomika oħra li għalihom hija meħtieġa l-awtorizzazzjoni.
11. Fejn jeżistu perjodi ta' żmien speċifiċi għall-applikazzjonijiet, applikant għandu jingħata perjodu ta' żmien raġonevoli biex jippreżenta applikazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tagħti bidu għall-ipproċessar ta' applikazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Fejn possibbli, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu aċċettati f'format elettroniku skont l-istess kundizzjonijiet ta' awtentiċità bħall-preżentazzjonijiet bil-karti.
12. Il-kopji awtentikati għandhom jiġu aċċettati, fejn xieraq, minflok id-dokumenti oriġinali.
13. Kull Parti għandha tiżgura li l-ipproċessar ta' applikazzjoni ta' awtorizzazzjoni, inkluż meta tintlaħaq deċiżjoni finali, jintemm fi żmien raġonevoli minn meta titressaq applikazzjoni kompluta. Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi ż-żmien normali għall-ipproċessar ta' applikazzjoni.
14. Wara talba ta' applikant, l-awtorità kompetenti ta' Parti għandha tipprovdi, mingħajr dewmien bla bżonn, informazzjoni rigward l-istatus tal-applikazzjoni.
15. Jekk applikazzjoni titqies bħala mhux kompluta, l-awtorità kompetenti ta' Parti għandha, fi żmien raġonevoli, tinforma lill-applikant, biex jidentifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex timtela l-applikazzjoni, u tipprovdi lill-applikant l-opportunità biex jikkoreġi n-nuqqasijiet.
16. Jekk awtorità kompetenti ta' Parti tiċħad applikazzjoni, hija għandha tinforma lill-applikant bil-miktub u mingħajr dewmien żejjed. Wara talba tal-applikant, l-awtorità kompetenti ta' Parti għandha tinforma wkoll lill-applikant bir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni ġiet miċħuda u dwar il-perjodu ta' żmien għal appell jew rieżami kontra d-deċiżjoni. Applikant għandu jkun permess, f'limiti ta' żmien raġonevoli, sabiex jerġa' jippreżenta applikazzjoni.
KAPITOLU TLETTAX
Servizzi finanzjarji
Artikolu 13.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
fornitur ta' servizzi finanzjarji transfruntier ta' Parti tfisser persuna involuta fil-forniment ta' servizzi finanzjarji fit-territorju tal-Parti u li tfittex li tipprovdi jew tipprovdi servizz finanzjarju permezz tal-forniment transfruntier ta' dak is-servizz; |
|
forniment transfruntier ta' servizzi finanzjarji jew kummerċ f'servizzi finanzjarji transfruntier tfisser il-forniment ta' servizz finanzjarju:
iżda ma tinkludix il-forniment ta' servizz fit-territorju ta' Parti minn investiment f'dak it-territorju; |
|
istituzzjoni finanzjarja tfisser fornitur li jwettaq waħda jew aktar mill-operazzjonijiet definiti bħala servizzi finanzjarji f'dan l-Artikolu, jekk il-fornitur ikun regolat jew sorveljat fir-rigward tal-forniment ta' dawn is-servizzi bħala istituzzjoni finanzjarja taħt il-liġi tal-Parti li fit-territorju tagħha tkun stabbilita, inkluż fergħa fit-territorju tal-Parti ta' dak il-fornitur ta' servizzi finanzjarji li l-uffiċċji prinċipali tagħhom ikunu jinsabu fit-territorju tal-Parti l-oħra; |
|
istituzzjoni finanzjarja tal-Parti l-oħra tfisser istituzzjoni finanzjarja, inkluż fergħa, li tkun stabbilita fit-territorju ta' Parti li hija kkontrollata minn persuna tal-Parti l-oħra; |
|
servizz finanzjarju tfisser servizz ta' natura finanzjarja, inkluż servizzi ta' assigurazzjoni u servizzi relatati mal-assigurazzjoni, servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra (eskluża l-assigurazzjoni), u servizzi anċillari jew awżiljari għal servizz ta' natura finanzjarja. Servizzi finanzjarji jinkludu l-attivitajiet li ġejjin:
|
|
fornitur ta' servizzi finanzjarji tfisser persuna ta' Parti li tkun involuta fil-forniment ta' servizzi finanzjarji fit-territorju ta' dik il-Parti, iżda ma tinkludix entità pubblika; |
|
investiment tfisser “investiment” kif definit fl-Artikolu 8.1 (Definizzjonijiet), ħlief li għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, fir-rigward ta' “self” u “strumenti ta' dejn” imsemmija f'dak l-Artikolu:
|
|
investitur tfisser “investitur” kif definit fl-Artikolu 8.1 (Definizzjonijiet); |
|
servizz finanzjarju ġdid tfisser servizz finanzjarju li mhuwiex fornut fit-territorju ta' Parti iżda li jiġi fornut fit-territorju tal-Parti l-oħra u jinkludi kull forma ġdida ta' twassil ta' servizz finanzjarju jew il-bejgħ ta' prodott finanzjarju li mhuwiex mibjugħ fit-territorju tal-Parti; |
|
persuna ta' Parti tfisser “persuna ta' Parti” kif definit fl-Artikolu 1.1 (Definizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali) u, għal aktar ċertezza, ma tinkludix fergħa ta' intrapriża ta' pajjiż terz; |
|
entità pubblika tfisser:
|
|
organizzazzjoni awtoregolatorja tfisser korp mhux governattiv, inkluż kwalunkwe skambju jew suq ta' titoli jew futuri, aġenzija tal-ikklirjar, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni oħra, li teżerċita awtorità regolatorja jew superviżorja proprja jew delegata jew awtorità ta' sorveljanza fuq il-fornituri ta' servizzi finanzjarji jew istituzzjonijiet finanzjarji. |
Artikolu 13.2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu japplika għal miżura adottata jew miżmuma minn Parti fir-rigward ta':
(a) |
istituzzjonijiet finanzjarji tal-Parti l-oħra; |
(b) |
investitur tal-Parti l-oħra, u investiment ta' dak l-investitur, f'istituzzjoni finanzjarja fit-territorju tal-Parti; kif ukoll |
(c) |
kummerċ fis-servizzi finanzjarji transfruntier. |
2. Għal aktar ċertezza, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Tmienja (Investiment) japplikaw għal:
(a) |
miżura relatata ma' investitur ta' Parti, u investiment ta' dak l-investitur, f'fornitur tas-servizzi finanzjarji li mhuwiex istituzzjoni finanzjarja; kif ukoll |
(b) |
miżura, għajr miżura relatata mal-forniment ta' servizzi finanzjarji, relatata ma' investitur ta' Parti jew ma' investiment ta' dak l-investitur f'istituzzjoni finanzjarja. |
3. L-Artikoli 8.10 (Trattament ta' investituri u l-investimenti koperti), 8.11 (Kumpens għal telf), 8.12 (Esproprjazzjoni), 8.13 (Trasferimenti), 8.14 (Subrogazzjoni), 8.16 (Ċaħda tal-benefiċċji), u 8.17 (Rekwiżiti formali) huma integrati u jagħmlu parti minn dan il-Kapitolu.
4. It-Taqsima F tal-Kapitolu Tmienja (Soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istati) hija integrata u tagħmel parti minn dan il-Kapitolu biss għal pretensjonijiet li jiddikjaraw li Parti tkun kisret l-Artikolu 13.3 jew 13.4 fir-rigward tal-espansjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni, il-ġestjoni, iż-żamma, l-użu, it-tgawdija, u l-bejgħ jew id-disponiment ta' istituzzjoni finanzjarja jew investiment f'istituzzjoni finanzjarja, jew l-Artikolu 8.10 (Trattament ta' investituri u l-investimenti koperti), 8.11 (Kumpens għal telf), 8.12 (Esproprjazzjoni), 8.13 (Trasferimenti), jew 8.16 (Ċaħda tal-benefiċċji).
5. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal miżura adottata jew miżmuma minn Parti fir-rigward ta':
(a) |
attivitajiet jew servizzi li jiffurmaw parti minn pjan pubbliku tal-irtirar jew sistema statutorja ta' sigurtà soċjali; jew |
(b) |
attivitajiet jew servizzi mwettqa f'isem il-Parti, bil-garanzija jew bl-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-Parti, inkluż l-entitajiet pubbliċi tagħha, |
minbarra li dan il-Kapitolu japplika sal-punt li Parti tippermetti l-attivitajiet jew is-servizzi msemmija fis-subparagrafu (a) jew (b) li jridu jsiru mill-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha f'kompetizzjoni ma' entità pubblika jew ma' istituzzjoni finanzjarja.
6. Il-Kapitolu Tnax (Regolamentazzjoni Domestika) huwa integrat u jagħmel parti minn dan il-Kapitolu. Għal aktar ċertezza, l-Artikolu 12.3 (Rekwiżiti u proċeduri ta' liċenzjar u ta' kwalifika) japplika għas-setgħa diskrezzjonali prevista mil-liġi li jħaddmu l-awtoritajiet regolatorji finanzjarji tal-Partijiet.
7. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu Tnax (Regolazzjoni Domestika) integrati f'dan il-Kapitolu skont il-paragrafu 6 ma japplikawx għal rekwiżiti ta' liċenzjar, proċeduri ta' liċenzjar, rekwiżiti ta' kwalifiki jew għal proċeduri ta' kwalifika:
(a) |
skont miżura mhux konformi mwettqa mill-Kanada, kif stipulat fl-Iskeda tagħha tal-Anness III-A; |
(b) |
skont miżura mhux konformi tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Iskeda tagħha tal-Anness I, sal-punt li tali miżura tkun tirrigwarda servizzi finanzjarji; kif ukoll |
(c) |
kif stipulat fl-Artikolu 12. 2.2 (b) (Kamp ta' applikazzjoni), sal-punt li tali miżura tkun tirrigwarda servizzi finanzjarji. |
Artikolu 13.3
Trattament nazzjonali
1. L-Artikolu 8.6 (Trattament Nazzjonali) huwa integrat u jagħmel parti minn dan il-Kapitolu u japplika għal trattament ta' istituzzjonijiet finanzjarji u investituri tal-Parti l-oħra u l-investimenti tagħhom f'istituzzjonijiet finanzjarji.
2. It-trattament mogħti minn Parti lill-investituri proprji u lill-investimenti tal-investituri proprji skont l-Artikolu 8.6 (Trattament Nazzjonali) ifisser trattament mogħti lill-istituzzjonijiet finanzjarji proprji u lill-investimenti ta' investituri proprji fl-istituzzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 13.4
Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit
1. Artikolu 8.7 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) huwa integrat u jagħmel parti minn dan il-Kapitolu u japplika għal trattament ta' istituzzjonijiet finanzjarji u investituri tal-Parti l-oħra u l-investimenti tagħhom f'istituzzjonijiet finanzjarji.
2. It-trattament mogħti minn Parti lil investituri ta' pajjiż terz u lil investimenti ta' investituri ta' pajjiż terz skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8.7 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) ifisser trattament li jingħata lill-istituzzjonijiet finanzjarji ta' pajjiż terz u lil investimenti ta' investituri ta' pajjiż terz f'istituzzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 13.5
Rikonoxximent ta' miżuri prudenzjali
1. Parti tista' tirrikonoxxi miżura prudenzjali ta' pajjiż terz fl-applikazzjoni ta' miżura koperta minn dan il-Kapitolu. Dan ir-rikonoxximent jista' jkun:
(a) |
akkordat unilateralment; |
(b) |
miksub permezz ta' armonizzazzjoni jew ta' mezzi oħra; jew |
(c) |
ibbażat fuq ftehim jew arranġament ma' pajjiż terz. |
2. Parti li tagħti rikonoxximent ta' miżura prudenzjali għandha tagħti opportunità adegwata lill-Parti l-oħra sabiex turi li jeżistu ċirkustanzi li fihom hemm jew se jkun hemm regolament ekwivalenti, sorveljanza, implimentazzjoni tar-regolament u, jekk xieraq, proċeduri li jirrigwardaw il-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn il-Partijiet.
3. Jekk Parti tirrikonoxxi miżura prudenzjali skont il-subparagrafu 1(c) u jeżistu ċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 2, il-Parti għandha tipprovdi opportunità adegwata lill-Parti l-oħra sabiex tinnegozja l-adeżjoni għall-ftehim jew arranġament, jew sabiex tinnegozja ftehim jew arranġament komparabbli.
Artikolu 13.6
Aċċess għas-suq
1. Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm fir-rigward ta' istituzzjoni finanzjarja tal-Parti l-oħra jew fir-rigward ta' aċċess għas-suq permezz tal-istabbiliment ta' istituzzjoni finanzjarja minn investitur tal-Parti l-oħra, abbażi tat-territorju kollu tagħha jew abbażi tat-territorju tal-livell ta' gvern nazzjonali, provinċjali, territorjali, reġjonali jew lokali, miżura li:
(a) |
timponi limitazzjonijiet fuq:
|
(b) |
tillimita jew teħtieġ tipi speċifiċi ta' entitajiet legali jew impriżi konġunti li permezz tagħhom istituzzjoni finanzjarja tista' twettaq attività ekonomika. |
2. L-Artikolu 8.4.2 (Aċċess għas-Suq) huwa integrat u jagħmel parti minn dan l-Artikolu.
3. Għal aktar ċertezza:
(a) |
Parti tista' timponi termini, kundizzjoniijiet u proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-ħolqien u l-espansjoni ta' preżenza kummerċjali sakemm dawn ma jevadux l-obbligu tal-Parti skont il-paragrafu 1 u sakemm ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Kapitolu; kif ukoll |
(b) |
dan l-Artikolu ma jipprekludix lil xi Parti milli teħtieġ li xi istituzzjoni finanzjarja tipprovdi ċerti servizzi finanzjarji permezz ta' entitajiet legali separati jekk, skont il-liġi tal-Parti, il-firxa ta' servizzi finanzjarji pprovduti mill-istituzzjoni finanzjarja ma jkunux jistgħu jiġu fornuti permezz ta' entità waħda. |
Artikolu 13.7
Forniment ta' servizzi finanzjarji transfruntier
1. L-Artikoli 9.3 (Trattament Nazzjonali), 9.4 (Rekwiżiti formali), u 9.6 (Aċċess għas-suq) huma integrati u jagħmlu parti minn dan il-Kapitolu u japplikaw għat-trattament tal-fornituri ta' servizzi finanzjarji transfruntiera li jipprovdu servizzi finanzjarji speċifikati fl-Anness 13-A.
2. It-trattament mogħti minn Parti lill-fornituri ta' servizzi u s-servizzi proprji skont l-Artikolu 9.3.2 (Trattament Nazzjonali) ifisser trattament mogħti lill-fornituri ta' servizzi finanzjarji u s-servizzi finanzjarji tagħha stess.
3. Il-miżuri li Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm fir-rigward ta' fornituri ta' servizzi u servizzi tal-Parti l-oħra skont l-Artikolu 9.6 (Aċċess għas-suq) tfisser miżuri relatati ma' fornituri ta' servizzi finanzjarji transfruntieri tal-Parti l-oħra li jipprovdu servizzi finanzjarji.
4. L-Artikolu 9.5 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) huwa integrat u jagħmel parti minn dan il-Kapitolu u japplika għat-trattament ta' fornituri ta' servizzi finanzjarji transfruntieri tal-Parti l-oħra.
5. It-trattament mogħti minn Parti lill-fornituri ta' servizzi u lis-servizzi ta' pajjiż terz skont l-Artikolu 9.5 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit) tfisser it-trattament li jingħata lil fornituri ta' servizzi finanzjarji ta' pajjiż terz u lis-servizzi finanzjarji ta' pajjiż terz.
6. Kull Parti għandha tippermetti li persuna stabbilita fit-territorju tagħha, u nazzjonal kull fejn ikun stabbilit, jixtru servizzi finanzjarji mingħand fornitur ta' servizzi finanzjarji transfruntier tal-Parti l-oħra li tkun jinsab fit-territorju ta' dik il-Parti l-oħra. Dan l-obbligu ma jirrikjedix li Parti tippermetti li dawn il-fornituri jwettqu negozju jew jissolleċitaw fit-territorju tagħha. Kull Parti tista' tiddefinixxi “twettiq ta' negozju” u “solleċitazzjoni” għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, f'konformità mal-paragrafu 1.
7. Għas-servizzi finanzjarji speċifikati fl-Anness 13-A, kull Parti għandha tippermetti fornitur tas-servizzi finanzjarji transfruntier tal-Parti l-oħra, wara talba jew notifika lir-regolatur rilevanti, fejn meħtieġ, li jipprovdi servizzi finanzjarji permezz ta' kwalunkwe forma ġdida ta' kunsinna, jew li jbigħ prodott finanzjarju li mhuwiex mibjugħ fit-territorju tal-Parti fejn l-ewwel Parti tippermetti li l-fornituri tas-servizzi finanzjarji proprji tagħha jipprovdu tali servizz jew li jbigħu tali prodott skont il-liġi tagħha f'sitwazzjonijiet simili.
Artikolu 13.8
Maniġment superjuri u bordijiet tad-diretturi
Parti ma għandhiex tirrikjedi li istituzzjoni finanzjarja tal-Parti l-oħra taħtar fil-maniġment superjuri jew fil-bord tad-diretturi, persuni fiżiċi ta' xi nazzjonalità partikolari.
Artikolu 13.9
Rekwiżiti tal-prestazzjoni
1. Il-Partijiet għandhom jinnegozjaw dixxiplini dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 8.5 (Rekwiżiti tal-prestazzjoni) fir-rigward tal-investimenti f'istituzzjonijiet finanzjarji.
2. Jekk, wara tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet ma jkunux qablu dwar dawn id-dixxiplini, wara talba ta' Parti, l-Artikolu 8.5 (Rekwiżiti tal-prestazzjoni) għandu jiġi integrat u magħmul parti minn dan il-Kapitolu u għandu japplika għal investimenti f'istituzzjonijiet finanzjarji. Għal dan l-għan, “investiment” fl-Artikolu 8.5 (Rekwiżiti tal-prestazzjoni) tfisser “investiment f'istituzzjoni finanzjarja fit-territorju tagħha”.
3. Fi żmien 180 jum wara li l-Partijiet ikun irnexxielhom jinnegozjaw dwar id-dixxiplini tar-rekwiżit tal-prestazzjoni skont il-paragrafu 1, jew wara talba minn Parti għall-integrazzjoni tal-Artikolu 8.5 (Rekwiżiti tal-prestazzjoni) f'dan il-Kapitolu skont il-paragrafu 2, skont kif ikun il-każ, kull Parti tista' temenda l-Iskeda tagħha kif meħtieġ. Kwalunkwe emenda trid tiġi limitata għall-elenkar ta' riżervi għal miżuri eżistenti li ma jikkonformawx mal-obbligu tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni taħt dan il-Kapitolu, għall-Kanada fit-Taqsima A tal-Iskeda tagħha tal-Anness III u għall-Unjoni Ewropea fl-Iskeda tagħha tal-Anness I. L-Artikolu 13.10.1 għandu japplika għal tali miżuri rigward id-dixxiplini dwar r-rekwiżit tal-prestazzjoni nnegozjati skont il-paragrafu 1, jew l-Artikolu 8.5 (Rekwiżiti tal-prestazzjoni) kif inkorporat f'dan il-Kapitolu skont il-paragrafu 2, skont il-każ.
Artikolu 13.10
Riżervi u eċċezzjonijiet
1. L-Artikoli 13.3, 13.4, 13.6 u 13.8 ma japplikawx għal:
(a) |
miżura eżistenti mhux konformi li tinżamm minn Parti fil-livell ta':
|
(b) |
il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a); jew |
(c) |
emenda ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a) sakemm l-emenda ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif kienet teżisti immedjatament qabel l-emenda, mal-Artikoli 13.3, 13.4, 13.6 jew 13.8. |
2. l-Artikolu 13.7 ma japplikax għal:
(a) |
miżura eżistenti mhux konformi li tinżamm minn Parti fil-livell ta':
|
(b) |
il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a); jew |
(c) |
emenda ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a) sal-punt li l-emenda ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif kienet teżisti immedjatament mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, mal-Artikolu 13.7. |
3. L-Artikoli 13.3, 13.4, 13.6, 13.7, u 13.8 ma japplikawx għal miżura li l-Kanada tadotta jew iżżomm fir-rigward tas-servizzi finanzjarji kif stipulat fit-Taqsima B tal-Iskeda tagħha tal-Anness III, jew għal miżura li l-Unjoni Ewropea tadotta jew iżżomm fir-rigward ta' servizzi finanzjarji kif stipulat fl-Iskeda tagħha tal-Anness II.
4. Jekk Parti tkun stipulat riżerva għall-Artikoli 8.4 (Aċċess għas-suq), 8.5 (Rekwiżiti tal-prestazzjoni), 8.6 (Trattament nazzjonali), 8.7 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit), 8.8 (Maniġment superjuri u l-bordijiet tad-diretturi), 9.3 (Trattament nazzjonali), 9.5 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit), jew 9.6 (Aċċess għas-suq) fl-Iskeda tagħha tal-Anness I jew II, ir-riserva tkun tikkostitwixxi wkoll riżerva għall-Artikoli 13.3, 13.4, 13.6, 13.7, jew 13.8, jew għal kull dixxiplina dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni innegozjati skont l-Artikolu 13.9.1 jew inkorporati f'dan il-Kapitolu skont l-Artikolu 13.9.2, skont kif ikun il-każ, sal-punt li l-miżura, is-settur, is-subsettur jew l-attività stabbiliti fir-riżerva jkunu koperti minn dan il-Kapitolu.
5. Parti ma għandhiex tadotta miżura jew sensiela ta' miżuri wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim li jkunu koperti bit-Taqsima B tal-Iskeda tal-Anness III tal-Kanada, jew mill-Iskeda tal-Anness II tal-Unjoni Ewropea u li jirrikjedu direttament jew indirettament, li investitur tal-Parti l-oħra, minħabba nazzjonalità, ibiegħ jew altrimenti jiddisponi minn investiment li kien jeżisti fil-mument meta l-miżura jew sensiela ta' miżuri saru effettivi.
6. Fir-rigward ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, Parti tista' tidderoga mill-Artikoli 13.3 u 13.4, u minn kwalunkwe dixxiplina dwar it-trasferiment tat-teknoloġija fir-rigward ta' rekwiżiti ta' prestazzjoni nnegozjati skont l-Artikolu 13.9.1 jew inkorporati f'dan il-Kapitolu skont l-Artikolu 13.9.2, skont il-każ, jekk id-deroga hija permessa mill-Ftehim TRIPS, inklużi rinunzji għall-Ftehim TRIPS adottati skont l-Artikolu IX tal-Ftehim tad-WTO.
7. L-Artikoli 13.4, 13.6, 13.7 u 13.9 ma japplikawx għal:
(a) |
akkwisti minn Parti ta' prodott jew servizz mixtri għal skopijiet governattivi u mhux bl-iskop ta' bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-iskop ta' użu fil-forniment ta' prodott jew servizz għall-bejgħ kummerċjali, kemm jekk l-akkwist huwa “akkwist kopert” kif ukoll jekk mhuwiex skont it-tifsira tal-Artikolu 19.2 (Kamp ta' applikazzjoni u kopertura); jew |
(b) |
sussidji, jew sostenn tal-gvern fir-rigward ta' kummerċ fis-servizzi, pprovduti minn Parti. |
Artikolu 13.11
Regolamentazzjoni effikaċi u trasparenti
1. Kull Parti għandha tiżgura li l-miżuri kollha ta' applikazzjoni ġenerali li għalihom japplika dan il-Kapitolu jkunu amministrati b'mod raġonevoli, oġġettiv u imparzjali.
2. Kull Parti għandha tiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti, il-proċeduri u d-deċiżjonijiet amministrattivi ta' applikazzjoni ġenerali fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni koperta minn din il-Kapitolu jiġu ppubblikati fil-pront jew ikunu disponibbli b'tali mod li l-persuni interessati u l-Parti l-oħra jkunu jistgħu jsiru familjari magħhom. Safejn ikun possibbli, kull Parti għandha:
(a) |
tippubblika bil-quddiem kwalunkwe tali miżura li hija tipproponi li tiġi adottata; |
(b) |
tagħti lil persuni interessati u lill-Parti l-oħra opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti; kif ukoll |
(c) |
tħalli żmien raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni finali tal-miżuri u d-data meta dawn isiru effettivi. |
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, dawn ir-rekwiżiti jissostitwixxu dawk stipulati fl-Artikolu 27.1 (Pubblikazzjoni).
3. Kull Parti għandha żżomm jew tistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex twieġeb fi żmien raġonevoli għal domanda minn persuna interessata rigward miżuri ta' applikazzjoni ġenerali koperti minn dan il-Kapitolu.
4. Awtorità regolatorja għandha tieħu deċiżjoni amministrattiva dwar applikazzjoni kompluta ta' investitur f'istituzzjoni finanzjarja, fornitur tas-servizzi finanzjarji transfruntier, jew istituzzjoni finanzjarja tal-Parti l-oħra rigward il-forniment ta' servizz finanzjarju fi żmien raġonevoli li huwa ġġustifikat mill-kumplessità tal-applikazzjoni u l-perjodu normali ta' żmien stabbilit għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. Għall-Kanada, tali perjodu ta' żmien raġonevoli huwa ta' 120 jum. L-awtorità regolatorja għandha tinforma minnufih lill-applikant dwar id-deċiżjoni. Jekk ma jkunx prattikabbli li tittieħed deċiżjoni fi żmien raġonevoli, l-awtorità regolatorja għandha tinforma minnufih lill-applikant u tagħmel ħilitha biex tieħu d-deċiżjoni mill-aktar fis possibbli. Għal aktar ċertezza, applikazzjoni ma għandhiex titqies kompluta sakemm ikunu saru s-seduti ta' smigħ kollha relevanti u l-awtorità regolatorja tkun irċeviet l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Artikolu 13.12
Organizzazzjonijiet awtoregolatorji
Jekk Parti tkun tirrikjedi li istituzzjoni finanzjarja jew fornitur ta' servizzi finanzjarji transfruntier tal-Parti l-oħra jkunu membri, jipparteċipaw, jew ikollhom aċċess għal organizzazzjoni awtoregolatorja sabiex ifornu servizz finanzjarju fit-territorju ta' dik il-Parti jew lejha, jew tagħtihom privileġġ jew vantaġġ meta jipprovdu servizz finanzjarju permezz ta' organizzazzjoni awtoregolatorja, il-Parti rikjedenti għandha tiżgura li l-organizzazzjoni awtoregolatorja tosserva l-obbligi ta' dan il-Kapitolu.
Artikolu 13.13
Sistemi ta' pagament u approvazzjoni
Skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jagħtu trattament nazzjonali, kull Parti għandha tagħti lil fornitur ta' servizzi finanzjarji tal-Parti l-oħra stabbilit fit-territorju tagħha, aċċess għal sistemi ta' pagament u approvazzjoni operati minn Parti, jew minn entità li teżerċita awtorità governattiva ddelegata lilha minn Parti, u aċċess għal faċilitajiet ta' finanzjament uffiċjali u ta' finanzjament mill-ġdid li jkunu disponibbli fl-andament normali ta' kummerċ ordinarju. Dan l-Artikolu ma jagħtix aċċess għall-faċilitajiet mutwanti tal-aħħar istanza ta' Parti.
Artikolu 13.14
Servizzi finanzjarji ġodda
1. Kull Parti għandha tippermetti li istituzzjoni finanzjarja tal-Parti l-oħra tipprovdi kwalunkwe servizz finanzjarju ġdid li l-ewwel Parti tkun tippermetti li jiġi fornut mill-istituzzjonijiet finanzjarji tagħha stess, f'sitwazzjonijiet simili, skont il-liġi tagħha, wara talba jew notifika tar-regolatur rilevanti, jekk ikun meħtieġ.
2. Parti tista' tiddeċiedi l-forma istituzzjonali u ġuridika li biha jista' jiġi pprovdut is-servizz finanzjarju l-ġdid u tista' teħtieġ l-awtorizzazzjoni għall-forniment tas-servizz. Meta din l-awtorizzazzjoni tkun meħtieġa, deċiżjoni għandha tittieħed f'perjodu raġonevoli ta' żmien u l-awtorizzazzjoni tista' biss tiġi miċħuda għal raġunijiet ta' prudenza.
3. Dan l-Artikolu ma għandux jipprekludi istituzzjoni finanzjarja ta' Parti milli tapplika għand il-Parti l-oħra biex tikkunsidra li tawtorizza l-forniment ta' servizz finanzjarju li ma jingħatax fit-territorju ta' kull waħda mill-Partijiet. Dik l-applikazzjoni hija soġġetta għal-liġi tal-Parti li tirċievi l-applikazzjoni u ma hijiex soġġetta għall-obbligi ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 13.15
Trasferiment u pproċessar tal-informazzjoni
1. Kull Parti għandha tippermetti li istituzzjoni finanzjarja jew fornitur ta' servizzi finanzjarji transfruntier tal-Parti l-oħra jittrasferixxu informazzjoni f'forma elettronika jew f'forma oħra, kemm fit-territorju tagħha kif ukoll barra mit-territorju tagħha, għall-ipproċessar tad-dejta meta dan l-ipproċessar ikun meħtieġ fl-andament ordinarju tal-kummerċ ta' din l-istituzzjoni finanzjarja jew tal-fornitur tas-servizzi finanzjarji.
2. Kull Parti għandha żżomm salvagwardji adegwati għall-ħarsien tal-privatezza, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasferiment ta' informazzjoni personali. Jekk it-trasferiment ta' informazzjoni finanzjarja jinvolvi informazzjoni personali, tali trasferimenti għandhom ikunu f'konformità mal-leġislazzjoni li tirregola l-protezzjoni ta' informazzjoni personali fit-territorju tal-Parti fejn it-trasferiment ikun oriġina.
Artikolu 13.16
Konċessjoni prudenzjali
1. Dan il-Ftehim ma jipprekludix lil Parti milli tadotta jew iżżomm miżuri raġonevoli għal raġunijiet prudenzjali, fosthom:
(a) |
il-protezzjoni ta' investituri, depożitanti, detenturi ta' polza, jew persuni li lejhom istituzzjoni finanzjarja, fornitur ta' servizzi finanzjarji transfruntier, jew fornitur ta' servizz finanzjarju għandhom dmir fiduċjarju; |
(b) |
iż-żamma tas-sigurtà, is-solidità, l-integrità jew ir-responsabbiltà finanzjarja ta' istituzzjoni finanzjarja, ta' fornitur ta' servizzi finanzjarji transfruntier, jew ta' fornitur ta' servizzi finanzjarji; jew |
(c) |
l-iżgurar tal-integrità u tal-istabilità tas-sistema finanzjarja ta' Parti. |
2. Mingħajr preġudizzju għal mezzi oħra ta' regolamentazzjoni prudenzjali tal-kummerċ transfruntier fis-servizzi finanzjarji, Parti tista' titlob ir-reġistrazzjoni tal-fornituri ta' servizzi finanzjarji transfruntieri tal-Parti l-oħra u tal-istrumenti finanzjarji.
3. Soġġett għall-Artikoli 13.3 u 13.4, Parti tista', għal raġunijiet prudenzjali, tipprojbixxi servizz jew attività finanzjarja partikolari. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għas-servizzi finanzjarji kollha jew għal subsettur tas-servizzi finanzjarji kompleti, bħal dawk bankarji.
Artikolu 13.17
Eċċezzjonijiet speċifiċi
1. Dan il-Ftehim ma japplikax għal miżuri li jittieħdu minn entità pubblika fl-insegwiment ta' politika monetarja jew dwar ir-rata tal-kambju. Dan il-paragrafu ma jaffettwax l-obbligi ta' Parti skont l-Artikoli 8.5 (Rekwiżiti tal-prestazzjoni), 8.13 (Trasferimenti), jew 13.9.
2. Dan il-Ftehim ma jirrikjedix li xi Parti tipprovdi jew tippermetti aċċess għal informazzjoni relatata mal-affarijiet u l-kontijiet ta' konsumaturi individwali, fornituri tas-servizzi finanzjarji transfruntieri, istituzzjonijiet finanzjarji, jew għal xi informazzjoni kunfidenzjali li, jekk tingħata, tinterferixxi ma' kwistjonijiet ta' infurzar regolatorji, superviżorji, jew ta' liġi, jew tmur kontra l-interess pubbliku jew tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' intrapriżi partikolari.
Artikolu 13.18
Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji
1. Il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji stabbilit skont l-Artikolu 26.2.1(f) (Kumitati speċjalizzati) għandu jinkludi rappreżentanti ta' awtoritajiet li huma inkarigati mill-politika dwar is-servizzi finanzjarji b'kompetenza fil-qasam kopert minn dan il-Kapitolu. Għall-Kanada, ir-rappreżentant fil-Kumitat ikun uffiċjal mid-Dipartiment tal-Finanzi tal-Kanada jew is-suċċessur tiegħu.
2. Il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji għandu jiddeċiedi b'kunsens reċiproku.
3. Il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji għandu jiltaqa' kull sena, jew kull meta jiddeċiedi, u għandu:
(a) |
jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu; |
(b) |
iwettaq djalogu dwar ir-regolamentazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji bl-għan li jitjieb l-għarfien reċiproku tas-sistemi regolatorji rispettivi tal-Partijiet u biex ikun hemm kooperazzjoni fl-iżvilupp ta' standards internazzjonali, kif jidher mill-Memorandum ta' Qbil dwar id-djalogu dwar ir-regolamentazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji li jinsab fl-Anness 13-C; kif ukoll |
(c) |
jimplimenta l-Artikolu 13.21. |
Artikolu 13.19
Konsultazzjonijiet
1. Parti tista' titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra rigward kwalunkwe kwistjoni li tinqala'skont dan il-Ftehim li taffettwa s-servizzi finanzjarji. Il-Parti l-oħra għandha tqis favorevolment din it-talba.
2. Kull Parti għandha tiżgura li meta jkun hemm konsultazzjonijiet skont il-paragrafu 1 id-delegazzjoni tagħha tkun tinkludi uffiċjali b'għarfien espert rilevanti fil-qasam kopert minn dan il-Kapitolu. Għall-Kanada, dan ifisser l-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Finanzi tal-Kanada jew is-suċċessur tiegħu.
Artikolu 13.20
Soluzzjoni tat-tilwim
1. Il-Kapitolu Disgħa u Għoxrin (Soluzzjoni tat-Tilwim) japplika kif immodifikat minn dan l-Artikolu għas-soluzzjoni ta' tilwim li tirriżulta taħt dan il-Kapitolu.
2. Jekk il-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ stabbilit għall-finijiet ta' tilwima li tinqala' taħt dan il-Kapitolu, japplika l-Artikolu 29.7 (Kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ). Madankollu, ir-referenzi kollha għal lista ta' arbitri stabbilita skont l-Artikolu 29.8 (Lista tal-arbitri) għandhom jinftiehmu li jirreferu għal-lista ta' arbitri stabbilita skont dan l-Artikolu.
3. Il-Kumitat Konġunt CETA jista' jistabbilixxi lista ta' 15-il persuna, magħżula abbażi ta' oġġettività, affidabilità, u kapaċità ta' ġudizzju, li jkunu lesti u kapaċi jservu bħala arbitri. Il-lista għandha tkun magħmula minn tliet sublisti: sublista waħda għal kull Parti u sublista ta' individwi li ma huma nazzjonali tal-ebda Parti biex jaġixxu bħala presidenti. Kull lista sekondarja għandha tinkludi mill-inqas ħames individwi. Il-Kumitat Konġunt CETA jista' jeżamina mill-ġdid il-lista f' kwalunkwe ħin u għandu jiżgura li l-lista tkun konformi ma' dan l-Artikolu.
4. L-arbitri inklużi fil-lista għandu jkollhom kompetenza jew esperjenza fil-liġi jew ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji jew ikunu jipprattikawha, li tista' tinkludi r-regolamentzzjoni tal-fornituri ta' servizzi finanzjarji. L-arbitri li jaġixxu bħala presidenti għandu jkollhom ukoll esperjenza bħala avukati, membri ta' bord, jew arbitri fi proċedimenti ta' soluzzjoni tat-tilwim. L-arbitri għandhom ikunu indipendenti, iservu fil-kapaċità individwali tagħhom u ma jieħdu struzzjonijiet mingħand l-ebda organizzazzjoni jew gvern. Huma għandhom jikkonformaw mal-Kodiċi ta' Kondotta fl-Anness 29-B (Kodiċi ta' kondotta).
5. Jekk il-bord tal-arbitraġġ isib li miżura tkun inkonsistenti ma' dan il-Ftehim u l-miżura taffettwa:
(a) |
is-settur tas-servizzi finanzjarji u kwalunkwe settur ieħor, il-Parti lmentatriċi tista' tissospendi l-benefiċċji fis-settur tas-servizzi finanzjarji li jkollhom effett ekwivalenti għall-effett tal-miżura tal-Parti fis-settur tas-servizzi finanzjarji; jew |
(b) |
biss settur li ma jkunx is-settur tas-servizzi finanzjarji, il-Parti lmentatriċi ma għandhiex tissospendi l-benefiċċji fis-settur tas-servizzi finanzjarji. |
Artikolu 13.21
Tilwim dwar l-investiment fis-servizzi finanzjarji
1. It-Taqsima F tal-Kapitolu Tmienja (Soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istati) tapplika, kif immodifikati minn dan l-Artikolu u l-Anness 13-B, għal:
(a) |
tilwim dwar investimenti relatati ma' miżuri li għalihom japplika dan il-Kapitolu, u li fih l-investitur isostni li Parti tkun kisret l-Artikolu 8.10 (Trattament ta' investituri u ta' investimenti koperti), 8.11 (Kumpens għal telf), 8.12 (Esproprjazzjoni), 8.13 (Trasferimenti), 8.16 (Ċaħda tal-benefiċċji), 13.3, jew 13.4; jew |
(b) |
kwistjonijiet ta' investiment mibdija skont it-Taqsima F tal-Kapitolu Tmienja (Soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istati) fejn ikun ġie invokat l-Artikolu 13.16.1. |
2. Fil-każ ta' tilwim dwar investiment skont is-subparagrafu 1(a), jew jekk il-konvenut jinvoka l-Artikolu 13.16.1 fi żmien 60 jum minn meta titressaq pretensjoni quddiem it-Tribunal skont l-Artikolu 8.23 (Tressiq ta' pretensjoni quddiem it-Tribunal), għandha tiġi kkostitwita diviżjoni tat-Tribunal skont l-Artikolu 8.27.7 (Kostituzzjoni tat-Tribunal) mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 13.20.3. Jekk il-konvenut jinvoka l-Artikolu 13.16.1 fi żmien 60 jum minn meta titressaq it-talba, fir-rigward ta' tilwim dwar investiment għajr skont is-subparagrafu 1(a), il-perjodu ta' żmien applikabbli biex tiġi kkostitwita diviżjoni tat-Tribunal skont l-Artikolu 8.27.7 (Kostituzzjoni tat-Tribunal) jibda jgħodd mid-data li fiha l-konvenut ikun invoka l-Artikolu 13.16.1. Jekk il-Kumitat Konġunt CETA ma jagħmilx il-ħatriet skont l-Artikolu 8.27.2 (Kostituzzjoni tat-Tribunal) fi żmien il-perjodu stipulat fl-Artikolu 8.27.17 (Kostituzzjoni tat-Tribunal), kull waħda mill-partijiet fil-kawża tista' titlob lis-Segretarju Ġenerali taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta' Tilwim dwar l-Investiment (“ICSID”) jagħżel il-Membri tat-Tribunal mil-lista stabbilita skont l-Artikolu 13.20. Jekk il-lista ma tkunx ġiet stabbilita skont l-Artikolu 13. 20 fid-data meta titressaq il-pretensjoni skont l-Artikolu 8.23 (Tressiq ta' pretensjoni quddiem it-Tribunal), is-Segretarju Ġenerali tal-ICSID għandu jagħżel il-Membri tat-Tribunal mill-individwi proposti minn waħda jew miż-żewġ Partijiet f'konformità mal-Artikolu 13.20.
3. Il-konvenut jista' jirreferi l-każ bil-miktub lill-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji għal deċiżjoni dwar jekk u, jekk ikun il-każ, sa fejn l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 13.16.1 hija difiża valida għall-pretensjoni. Din il-konsultazzjoni ma għandhiex issir aktar tard mid-data li jiffissa t-Tribunal sabiex il-konvenut iressaq il-kontrosottomissjoni tiegħu. Jekk il-konvenut jirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji skont dan il-paragrafu, il-perjodi ta' żmien jew proċedimenti msemmija fit-Taqsima F tal-Kapitolu Tmienja (Soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istati) jiġu sospiżi.
4. F'konsultazzjoni skont il-paragrafu 3, il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji jew il-Kumitat Konġunt CETA, skont kif ikun il-każ, jistgħu jagħmlu determinazzjoni konġunta dwar jekk u sa fejn l-Artikolu 13.16.1 huwa difiża valida għall-pretensjoni. Il-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji jew il-Kumitat Konġunt CETA, kif ikun il-każ, għandhom jibagħtu kopja tad-determinazzjoni konġunta lill-investitur u lit-Tribunal, jekk ikun ikkostitwit. Jekk determinazzjoni konġunta tikkonkludi li l-Artikolu 13.16.1 huwa difiża valida għall-partijiet kollha tal-pretensjoni fl-intier tagħhom, l-investitur ikun meqjus li rtira l-pretensjoni tiegħu u l-proċedimenti jieqfu skont l-Artikolu 8.35 (Diskontinwazzjoni). Jekk id-determinazzjoni konġunta tikkonkludi li l-Artikolu 13.16.1 huwa difiża valida għal parti biss tal-pretensjoni, id-determinazzjoni konġunta tkun vinkolanti fuq it-Tribunal fir-rigward ta' dawk il-partijiet tal-pretensjoni. Is-sospensjoni tal-perjodi ta' żmien jew tal-proċedimenti deskritti fil-paragrafu 3 ma tibqax tapplika u l-investitur jista' jipproċedi bil-partijiet rimanenti tal-pretensjoni.
5. Jekk il-Kumitat Konġunt CETA ma jkunx għamel determinazzjoni konġunta fi żmien tliet xhur wara l-konsultazzjoni tal-kwistjoni mill-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji, is-sospensjoni tal-perjodi ta' żmien jew tal-proċedimenti msemmija fil-paragrafu 3 ma tibqax tapplika u l-investitur jista' jipproċedi bil-pretensjoni tiegħu.
6. Wara talba tal-konvenut, it-Tribunal għandu jiddeċiedi bħala kwistjoni preliminari jekk u sa fejn l-Artikolu 13.16.1 huwa difiża valida għall-pretensjoni. Jekk il-konvenut jonqos milli jagħmel din it-talba dan ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-konvenut li jinvoka l-Artikolu 13.16.1 bħala difiża fi stadju aktar tard tal-proċedimenti. It-Tribunal ma għandu jislet ebda inferenza avversa mill-fatt li l-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji jew il-Kumitat Konġunt CETA ma jkunux qablu dwar determinazzjoni konġunta skont l-Anness 13-B.
KAPITOLU ERBATAX
Servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali
Artikolu 14.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
servizzi ta' żdoganar tal-merkanzija jew servizzi ta' sensara tad-dwana tfisser it-twettiq, fuq bażi ta' tariffa jew kuntratt, tal-formalitajiet doganali li jikkonċernaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew permezz tat-trasport tal-merkanzija, irrispettivament minn jekk dawn is-servizzi humiex attività prinċipali jew sekondarja tal-fornitur tas-servizz; |
|
servizzi ta' stazzjon u depot tal-kontejners tfisser ħażna, mili, tqaxxir jew tiswija ta' kontenituri u d-disponibbiltà tagħhom għall-konsenja, kemm jekk f'żoni portwali kif ukoll jekk aktar' il ġewwa fuq l-art; |
|
operazzjoni ta' trasport bieb bieb jew multimodali tfisser il-ġarr ta' merkanzija b'dokument wieħed tat-trasport li juża aktar minn mezz wieħed ta' trasport u jinvolvi parti mill-vjaġġ fuq il-baħar internazzjonali; |
|
servizzi reġjonali distributorji tfisser it-trasportazzjoni ta' qabel u dik segwenti ta' merkanzija internazzjonali bil-baħar, inkluż fil-kontejners, it-trasport tal-merkanzija sfuża u niexfa jew il-merkanzija likwida sfuża, bejn portijiet li jinsabu f'territorju ta' Parti. Għal aktar ċertezza, fir-rigward tal-Kanada, is-servizzi reġjonali distributorji jistgħu jinkludu trasportazzjoni bejn il-baħar u l-ilmijiet interni, fejn l-ilmijiet interni tfisser dawk definiti fil-Customs Act, R.S.C. 1985, c.1 (2ni Supp); |
|
merkanzija internazzjonali tfisser merkanzija ttrasportata minn bastimenti li jbaħħru bejn port ta' Parti u port tal-Parti l-oħra jew ta' pajjiż terz, jew bejn port ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u port ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea; |
|
servizzi ta' trasport marittimi internazzjonali tfisser it-trasport ta' passiġġieri jew merkanzija b'bastiment li jbaħħar bejn port ta' Parti waħda u port tal-Parti l-oħra jew ta' pajjiż terz, jew bejn port ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u port ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-ikkuntrattar dirett ma' fornituri ta' servizzi tat-trasport oħra li jiżguraw operazzjonijiet tat-trasport bieb bieb jew multimodali, iżda mhux il-provvista ta' tali servizzi oħra tat-trasport; |
|
fornituri ta' servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali tfisser:
|
|
servizzi ta' aġenzija marittima tfisser ir-rappreżentanza, bħal dik ta' aġent, f'żona ġeografika partikolari, tal-interessi kummerċjali ta' linja jew kumpanija tat-tbaħħir waħda jew aktar, għall-għanijiet li ġejjin:
|
|
servizzi marittimi awżiljari tfisser servizzi ta' maniġġar tal-merkanzija marittima, servizzi ta' żdoganar tal-merkanzija, servizzi ta' stazzjon u depot tal-kontejners, servizzi ta' aġenzija marittima, servizzi ta' dispaċċ ta' merkanzija marittimi, u servizzi ta' ħżin u magazzinaġġ; |
|
servizzi ta' mmaniġġar tal-merkanzija marittima tfisser it-twettiq, l-organizzazzjoni u s-superviżjoni ta':
minn kumpaniji ta' burdnara jew tal-operaturi tat-terminali, iżda ma jinkludux ix-xogħol li jsir mill-ħaddiema tal-baċir, meta din il-forza tax-xogħol tkun organizzata indipendentement mill-kumpaniji tal-burdnara jew tal-operaturi tat-terminal; |
|
servizzi marittimi tad-dispaċċ tal-merkanzija tfisser l-organizzazzjoni u l-monitoraġġ ta' vjaġġi bil-baħar f'isem it-trasportaturi bil-baħar, permezz tal-forniment ta' dawn is-servizzi bħall-arranġament ta' trasport u servizzi relatati, il-konsolidazzjoni u l-ippakkjar ta' merkanzija, il-preparazzjoni tad-dokumentazzjoni u l-forniment ta' informazzjoni kummerċjali; |
|
servizzi ta' ħżin u magazzinaġġ tfisser servizzi ta' ħżin ta' prodotti ffriżati jew imkessħa, servizzi ta' ħżin bl-ingrossa ta' likwidi jew gassijiet, u servizzi ta' magazzinaġġ u ħżin oħra. |
Artikolu 14.2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu japplika għal miżura adottata jew miżmuma minn Parti marbuta mal-forniment ta' servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali (22). Għal aktar ċertezza, din il-miżura hija wkoll soġġetta għall-Kapitolu Tmienja (Investiment) u Disgħa (Kummerċ transfruntier fis-Servizzi), kif applikabbli.
2. Għal aktar ċertezza, minbarra l-Artikoli 8.6 (Trattament nazzjonali), 8.7 (Trattament tan-nazzjoni l-aktar iffavorit), 9.3 (Trattament nazzjonali), u 9.5 (Trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit), Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm miżura fir-rigward ta':
(a) |
bastiment li jipprovdi servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali u li jtajjar il-bandiera tal-Parti l-oħra (23); jew |
(b) |
fornitur ta' servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra, |
li jagħti trattament li jkun inqas favorevoli minn dak li jingħata minn dik il-Parti f'sitwazzjonijiet simili għall-bastimenti tagħha stess jew inkella lill-fornituri ta' servizz tat-trasport marittimu internazzjonali jew lil bastimenti jew fornituri internazzjonali ta' servizz tat-trasport marittimu ta' pajjiż terz fir-rigward ta':
(a) |
l-aċċess għall-portijiet; |
(b) |
l-użu ta' infrastruttura u servizzi tal-portijiet bħal dawk tal-irmonk u l-pilotaġġ; |
(c) |
l-użu ta' servizzi marittimi awżiljari kif ukoll l-impożizzjoni ta' tariffi u ħlasijiet relatati; |
(d) |
aċċess għal faċilitajiet doganali; jew |
(e) |
iċ-ċessjoni ta' rmiġġi u faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt. (24) |
Artikolu 14.3
Obbligi
1. Kull Parti għandha tippermetti lill-fornituri ta' trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra li jippożizzjonaw mill-ġdid kontejners vojta li huma proprjetà tagħhom jew mikrijin li jinġarru bla ħlas bejn il-portijiet ta' dik il-Parti.
2. Parti għandha tippermetti lill-fornituri ta' trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra li jipprovdu servizzi reġjonali distributorji bejn il-portijiet ta' dik il-Parti.
3. Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm xi arranġament ta' kondiviżjoni ta' merkanzija ma' pajjiż terz fir-rigward ta' xi servizzi tat-trasport marittimu, inkluż kummerċ f'tagħbija niexfa u likwida u kummerċ tal-linji tat-tbaħħir.
4. Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm miżura li teħtieġ li l-merkanzija internazzjonali kollha jew parti minnha tiġi ttrasportata esklussivament minn bastimenti rreġistrati f'dik il-Parti jew li jkunu proprjetà ta' nazzjonali ta' dik il-Parti jew ikkontrollati minnhom.
5. Parti ma għandhiex tadotta jew iżżomm miżura li tipprevjeni lill-fornituri ta' servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali tal-Parti l-oħra milli direttament tikkuntratta fornituri oħra tas-servizz tat-trasport bieb bieb jew multimodali għal operazzjonijiet ta' trasport.
Artikolu 14.4
Riżervi
1. L-Artikolu 14.3 ma japplikax għal:
(a) |
miżura eżistenti mhux konformi li tinżamm minn Parti fil-livell ta':
|
(b) |
il-kontinwazzjoni jew it-tiġdid fil-pront ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a); jew |
(c) |
emenda ta' miżura li ma tikkonformax imsemmija fis-subparagrafu (a) sal-punt li l-emenda ma tnaqqasx il-konformità tal-miżura, kif kienet teżisti immedjatament qabel l-emenda, mal-Artikolu 14.3. |
2. L-Artikolu 14.3 ma japplikax għal miżura li Parti tadotta jew iżżomm fir-rigward ta' setturi, subsetturi jew attivitajiet, kif stipulat fl-Iskeda tal-Anness II tagħha.
KAPITOLU ĦMISTAX
Telekomunikazzjonijiet
Artikolu 15.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
link ta' kontribuzzjoni tfisser link għat-trażmissjoni ta' sinjali tax-xandir bl-awdjo jew bit-televiżjoni ma' ċentru għall-produzzjoni tal-programmi; |
|
orjentati lejn il-kostijiet tfisser abbażi ta' kost u li jistgħu jinvolvu metodoloġiji differenti ta' kostijiet għal faċilitajiet jew servizzi differenti; |
|
intrapriża tfisser “intrapriża” kif definita fl-Artikolu 8.1 (Definizzjonijiet); |
|
faċilitajiet essenzjali tfisser faċilitajiet ta' netwerk jew servizz pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet li:
|
|
interkonnessjoni tfisser il-konnessjoni ma' fornituri li jipprovdu netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet sabiex l-utenti ta' fornitur wieħed ikunu jistgħu jikkomunikaw ma' utenti ta' fornitur ieħor u jaċċedu għal servizzi moghtija minn fornitur ieħor; |
|
komunikazzjonijiet intrakorporattivi tfisser telekomunikazzjonijiet li permezz tagħhom intrapriża tikkomunika fl-intrapriża ma', jew bejn, is-sussidjarji, il-fergħat u, soġġetti għal-liġi ta' Parti, l-affiljati tagħha, iżda ma tinkludix servizzi kummerċjali jew mhux kummerċjali li huma pprovduti lil intrapriżi li mhumiex sussidjarji, fergħat, jew korpi affiljati relatati, jew li jkunu offerti lil konsumaturi jew konsumaturi potenzjali. Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, “sussidjarji”, “fergħat” u, fejn applikabbli, “affiljati” huma kif definiti minn kull Parti; |
|
ċirkwiti mikrija tfisser faċilitajiet tat-telekomunikazzjoni bejn żewġ punti deżinjati jew aktar riżervati għall-użu jew għad-disponibbiltà ta' xi klijent partikolari jew ta' utenti oħra tal-għażla tal-klijent; |
|
fornitur prinċipali tfisser fornitur li għandu l-kapaċità li jaffettwa materjalment it-termini ta' parteċipazzjoni fir-rigward ta' prezz u forniment fis-suq rilevanti għal netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet, bħala riżultat ta':
|
|
punt tat-terminazzjoni tan-network tfisser il-punt fiżiku fejn l-abbonat jingħata aċċess għal network pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet; |
|
portabilità tan-numri tfisser il-kapaċità tal-utenti finali tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni li jżommu, fl-istess post, l-istess numri tat-telefon mingħajr indeboliment tal-kwalità, l-affidabilità jew il-konvenjenza meta jaqilbu bejn fornituri simili ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet; |
|
netwerk pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet tfisser l-infrastruttura pubblika tat-telekomunikazzjonijiet li tippermetti t-telekomunikazzjoni bejn u fost punti tat-terminazzjoni definiti fin-netwerk; |
|
servizz pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet tfisser servizz tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet li Parti tkun teħtieġ, b'mod espliċitu jew effettivament, biex jiġi offert lill-pubbliku in ġenerali u li jinvolvi t-trażmissjoni f'ħin reali ta' informazzjoni pprovduta mill-konsumatur bejn żewġ punti jew aktar mingħajr l-intervent ta' kambjamenti minn tarf għal tarf fil-forma jew fil-kontenut tal-informazzjoni tal-konsumatur. Dan is-servizz jista' jinkludi, fost l-oħrajn, servizzi ta' telefonija bil-leħen, servizzi ta' trażmissjoni tad-dejta packet-switched, servizzi ta' trażmissjoni tad-dejta circuit-switched, servizzi ta' telex, servizzi ta' telegrafu, servizzi ta' faks, servizzi ta' ċirkwiti mikrija privatament u servizzi u sistemi ta' mezzi ta' komunikazzjonijiet ċellulari u personali; |
|
awtorità regolatorja tfisser il-korp responsabbli għar-regolazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet; |
|
servizzi tat-telekomunikazzjonijiet tfisser is-servizzi kollha li jikkonsistu fit-trażmissjoni u r-riċezzjoni ta' sinjali elettromanjetiċi iżda mhux l-attività ekonomika li tikkonsisti fil-forniment ta' kontenut permezz tat-telekomunikazzjonijiet; kif ukoll |
|
utent tfisser intrapriża jew persuna fiżika li tuża jew li titlob servizz ta' telekomunikazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku. |
Artikolu 15.2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan il-Kapitolu japplika għal miżura adottata jew miżmuma minn Parti rigward netwerks jew servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, bil-kundizzjoni li d-dritt ta' Parti li tillimita l-forniment ta' servizz skont ir-riżervi tagħha kif stipulat fl-Iskeda tagħha tal-Anness I jew II.
2. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal miżura ta' Parti li taffettwa t-trażmissjoni b' kwalunkwe mezz ta' telekomunikazzjoni, inkluż ix-xandir u d-distribuzzjoni bil-fil ta' programmar tar-radju jew tat-televiżjoni biex jiġu riċevuti mill-pubbliku. Għal aktar ċertezza, dan il-Kapitolu japplika għal link ta' kontribuzzjoni.
3. Dan il-Kapitolu ma jirrikjedix:
(a) |
li xi Parti tawtorizza fornitur ta' servizz tal-Parti l-oħra biex jistabbilixxi, jibni, jakkwista, jikri, jopera, jew iforni netwerks jew servizzi ta' telekomunikazzjoni, barra dawk previsti f'dan il-Ftehim; jew |
(b) |
li xi Parti, jew jirrikjedi li Parti ġġiegħel lil fornitur ta' servizz, tistabbilixxi, tibni, takkwista, tikri, topera, jew tforni servizzi jew netwerks tat-telekomunikazzjoni mhumiex offruti lill-pubbliku ġenerali. |
Artikolu 15.3
Aċċess għan-netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet u l-użu tagħhom
1. Kull Parti għandha tiżgura li intrapriżi tal-Parti l-oħra jingħataw aċċess għan-netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet u l-użu tagħhom skont termini u kundizzjonijiet raġonevoli u mhux diskriminatorji, inkluż fir-rigward tal-kwalità, l-istandards tekniċi u l-ispeċifikazzjonijiet (25). Il-Partijiet għandhom japplikaw dan l-obbligu, fost l-oħrajn, kif stipulat fil-paragrafi 2 sa 6.
2. Kull Parti għandha tiżgura li intrapriżi tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess u użu ta' kull netwerk jew servizz pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet offrut ġewwa jew lil hinn mill-fruntieri tagħha, inklużi ċirkwiti mikrija privatament, u għal dan l-għan għandha tiżgura li, soġġetti għall-paragrafi 5 u 6, dawn l-impriżi jkollhom il-permess li:
(a) |
jixtru jew jikru, u jwaħħlu terminal jew tagħmir ieħor li jkollu interfaċċi man-netwerk pubbliku tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet; |
(b) |
jikkonnettjaw ċirkwiti mikrija jew proprjetà tal-privat ma' netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet ta' dik il-Parti jew ma' ċirkwiti mikrija jew proprjetà ta' intrapriża oħra; |
(c) |
jagħmlu użu minn protokolli tal-għażla tagħhom; kif ukoll |
(d) |
iwettqu funzjonijiet ta' kommutazzjoni, sinjalazzjoni u pproċessar. |
3. Kull Parti għandha tiżgura li l-intrapriżi tal-Parti l-oħra jkunu jistgħu jużaw netwerks u servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni fit-territorju tagħha u lil 'hinn mill-fruntieri tagħha, inkluż komunikazzjonijiet intra-ażjendali ta' dawn l-intrapriżi, u għall-aċċess tal-informazzjoni li tkun tinsab f'bażijiet tad-dejta jew inkella maħżuna f'forma elettronika fit-territorju tal-Partijiet.
4. Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 28.3 (Eċċezzjonijiet ġenerali), u minkejja l-paragrafu 3, Parti għandha tieħu miżuri xierqa biex tipproteġi:
(a) |
is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet; kif ukoll |
(b) |
il-kunfidenzjalità tal-utenti tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet, |
soġġetti għar-rekwiżit li dawn il-miżuri ma jkunux applikati b'mod li jkunu jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikabbli jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ.
5. Kull Parti għandha tiżgura li l-ebda kundizzjoni ma tkun imposta fuq l-aċċess għan-netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet u għall-użu tagħhom iktar milli neċessarju sabiex:
(a) |
tissalvagwardja r-responsabbiltajiet ta' servizz pubbliku tal-fornituri tan-netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet, partikolarment il-kapaċità tagħhom li jagħmlu n-netwerks jew is-servizzi tagħhom disponibbli għall-pubbliku inġenerali; |
(b) |
tipproteġi l-integrità teknika tan-netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet; jew |
(c) |
tiżgura li fornituri ta' servizzi tal-Parti l-oħra ma jipprovdux servizzi limitati bir-reżervi tal-Parti kif stipulat fl-Iskeda tagħha tal-Anness I jew II. |
6. Sakemm jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu, il-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu tan-netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet jistgħu jinkludu:
(a) |
restrizzjonijiet fuq il-bejgħ mill-ġdid jew l-użu kondiviż ta' dawn is-servizzi; |
(b) |
rekwiżit li jintużaw interfaċċi tekniċi speċifikati, inklużi protokolli tal-interfaċċi, għall-konnessjoni ma' dawn in-netwerks jew servizzi; |
(c) |
rekwiżiti, fejn meħtieġ, għall-interoperabbiltà ta' dawn is-servizzi; |
(d) |
approvazzjoni tat-tip ta' terminal jew tagħmir ieħor li jkollu interfaċċa man-netwerk u rekwiżiti tekniċi rigward il-kollegament ta' dan it-tagħmir man-netwerks; |
(e) |
restrizzjonijiet fuq il-konnessjoni ta' ċirkwiti mikrija jew proprjetà tal-privat ma' dawn in-netwerks jew servizzi jew ma' ċirkwiti mikrija jew proprjetà ta' intrapriża oħra; kif ukoll |
(f) |
notifiki, reġistrazzjonijiet u ħruġ ta' liċenzji. |
Artikolu 15.4
Salvagwardji kompetittivi fuq fornituri prinċipali
1. Kull Parti għandha żżomm miżuri xierqa sabiex jiġi evitat li fornituri li, waħedhom jew flimkien, ikunu fornituri prinċipali, jiġu involuti jew jipperseveraw fi prattiki antikompetittivi.
2. Il-prattiki antikompetittivi msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu:
(a) |
l-involviment f'sussidjar trażversali antikompetittiv; |
(b) |
l-użu ta' informazzjoni miksuba mingħand il-kompetituri b'riżultati antikompetittivi; kif ukoll |
(c) |
li l-fornituri l-oħra ta' servizzi ma ssirilhomx disponibbli meta f'waqtha, informazzjoni teknika dwar il-faċilitajiet essenzjali u informazzjoni li tkun kummerċjalment rilevanti meħtieġa għalihom sabiex ifornu s-servizzi. |
Artikolu 15.5
Aċċess għal faċilitajiet essenzjali
1. Kull Parti għandha tiżgura li fornitur prinċipali fit-territorju tagħha, jagħmel disponibbli l-faċilitajiet essenzjali tiegħu, li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, elementi tan-netwerk, sistemi ta' sostenn operazzjonali jew strutturi ta' appoġġ, lil fornituri ta' servizzi tat-telekomunikazzjonijiet tal-Parti l-oħra b'termini u kundizzjonijiet raġonevoli u mhux diskriminatorji u b'rati orjentati lejn il-kostijiet.
2. Kull Parti tista' tiddetermina, skont il-liġijiet tagħha, dawk il-faċilitajiet essenzjali meħtieġa biex isiru disponibbli fit-territorju tagħha.
Artikolu 15.6
Interkonnessjoni
1. Kull Parti għandha tiżgura li fornitur ewlieni fit-territorju tagħha jipprovdi interkonnessjoni:
(a) |
f' kwalunkwe punt teknikament fattibbli fin-netwerk; |
(b) |
taħt termini mhux diskriminatorji, kundizzjonijiet, inklużi standards u speċifikazzjonijiet tekniċi, u r-rati; |
(c) |
ta' kwalità mhux inqas favorevoli minn dik mogħtija għas-servizzi simili tagħha jew għal servizzi simili ta' fornituri tas-servizzi mhux affiljati jew għas-sussidjarji tagħha jew affiljati oħra; |
(d) |
f'waqtha, b'termini, kundizzjonijiet (inklużi standards u speċifikazzjonijiet tekniċi) u rati orjentati lejn il-kostijiet li jkunu trasparenti, raġonevoli, li jikkunsidraw il-fattibbiltà ekonomika, u li jkunu separati biżżejjed sabiex b'hekk il-fornitur ma jkollux għalfejn iħallas għal komponenti jew faċilitajiet tan-netwerk li ma jkunx jeħtieġ sabiex jingħata s-servizz; kif ukoll |
(e) |
meta tintalab, f'punti miżjuda mal-punti ta' terminazzjoni tan-netwerk offruti lill-maġġoranza tal-utenti, suġġetti għal ħlasijiet li jirriflettu l-prezz għall-bini tal-faċilitajiet addizzjonali meħtieġa. |
2. Fornitur li huwa awtorizzat iforni servizzi ta' telekomunikazzjonijiet għandu d-dritt li jinnegozja ftehim ġdid dwar l-interkonnessjoni ma' fornituri oħra ta' nerwerks u servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet. Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri prinċipali jkunu meħtieġa li jistabbilixxu offerta referenzjarja ta' interkonnessjoni jew jinnegozjaw ftehimiet ta' interkonnessjoni ma' fornituri oħrajn ta' netwerks u servizzi tat-telekomunikazzjonijiet.
3. Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri tas-servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet li jiksbu informazzjoni minn tali fornitur ieħor waqt il-proċess ta' negozjar ta' ftehimiet dwar l-interkonnessjoni jużaw dik l-informazzjoni biss għall-għan li għaliha tkun ingħatat u jirrispettaw f'kull ħin il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni trażmessa jew maħżuna.
4. Kull Parti għandha tiżgura li l-proċeduri applikabbli għall-interkonnessjoni ma' fornitur prinċipali jkunu disponibbli għall-pubbliku.
5. Kull Parti għandha tiżgura li fornitur prinċipali jagħmel disponibbli għall-pubbliku jew il-ftehimiet tiegħu ta' interkonnessjoni inkella l-offerta referenzjarja ta' interkonnessjoni jekk dan ikun xieraq.
Artikolu 15.7
Awtorizzazzjoni għall-forniment ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni
Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorizzazzjoni għall-forniment ta' servizzi tat-telekomunikazzjoni, fejn hu possibbli, tkun ibbażata fuq proċedura ta' notifika sempliċi.
Artikolu 15.8
Servizz universali
1. Kull Parti għandha d-dritt li tiddefinixxi t-tip ta' obbligi ta' servizz universali li tixtieq iżżomm.
2. Kull Parti għandha tiżgura li kwalunkwe miżura dwar is-servizz universali li hija tadotta jew iżżomm tkun amministrata b'mod trasparenti, oġġettiv, nondiskriminatorju u kompetittivament newtrali. Kull Parti għandha tiżgura wkoll li kull obbligu ta' servizz universali li timponi ma jkunx ta' piż aktar milli meħtieġ għat-tip ta' servizz universali li l-Parti tkun iddefinixxiet.
3. Il-fornituri kollha għandhom ikunu eliġibbli biex jiżguraw servizz universali. Jekk fornitur jiġi nominat bħala l-fornitur ta' servizz universali, Parti għandha tiżgura li l-għażla ssir permezz ta' mekkaniżmu effiċjenti, trasparenti u mhux diskriminatorju.
Artikolu 15.9
Riżorsi skarsi
1. Kull Parti għandha tamministra l-proċeduri tagħha għall-allokazzjoni u l-użu ta' riżorsi skarsi, inkluż il-frekwenzi, in-numri u d-drittijiet ta' passaġġ, b'mod oġġettiv, opportun, trasparenti u nondiskriminatorju.
2. Minkejja l-Artikoli 8.4 (Aċċess għas-suq) u 9.6 (Aċċess għas-suq), Parti tista' tadotta jew iżżomm miżura li talloka u tassenja l-ispettru u tamministra l-frekwenzi. Għaldaqstant, kull Parti żżomm id-dritt li tistabbilixxi u tapplika l-politiki tagħha dwar kif tamministra l-ispettru u l-frekwenza, li jistgħu jillimitaw l-għadd ta' fornituri tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni. Barra minn hekk, kull Parti żżomm id-dritt li talloka l-frekwenzi filwaqt li tqis il-ħtiġijiet attwali u futuri.
3. Kull Parti għandha tagħmel pubbliku l-istat kurrenti tal-frekwenzi allokati iżda mhijiex meħtieġa li tipprovdi l-identifikazzjoni dettaljata tal-frekwenzi allokati għall-użu governattiv speċifiku.
Artikolu 15.10
Portabilità tan-numru
Kull Parti għandha tiżgura li l-fornituri tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni fit-territorju tagħha jipprovdu portabilità tan-numri b'termini u kundizzjonijiet raġonevoli.
Artikolu 15.11
Awtorità regolatorja
1. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe fornitur ta' networks, servizzi jew tagħmir tat-trasport tat-telekomunikazzjoni, inkluż jekk Parti żżomm is-sjieda jew il-kontroll ta' fornitur ta' netwerks jew servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni.
2. Kull Parti għandha tiżgura li d-deċiżjonijiet u l-proċeduri tal-awtorità regolatorja jkunu imparzjali fir-rigward tal-parteċipanti kollha fis-suq u li dawn jiġu amministrati b'mod trasparenti u f'waqtu.
3. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtorità regolatorja tagħha tingħata setgħa biżżejjed biex tirregola s-settur, inkluż billi tiżgura li din ikollha s-setgħa li:
(a) |
teżiġi li l-fornituri ta' netwerks jew servizzi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni jissottomettu kull informazzjoni li l-awtorità regolatorja tqis meħtieġa għall-amministrazzjoni tar-responsabbiltajiet tagħha; kif ukoll |
(b) |
tinforza d-deċiżjonijiet tagħha dwar l-obbligi stipulati fl-Artikoli minn 15.3 sa 15.6 permezz ta' sanzjonijiet xierqa, li jistgħu jinkludu penali finanzjarji, ordnijiet korrettivi jew is-sospensjoni jew revoka tal-liċenzji. |
Artikolu 15.12
Soluzzjoni ta' tilwimiet dwar it-telekomunikazzjoni
1. Fl-applikazzjoni tal-Artikoli 27.3 (Proċedimenti amministrattivi) u 27.4 (Rieżami u appell), kull Parti għandha tiżgura li:
(a) |
l-intrapriżi jkunu jistgħu jirrikorru fi żmien debitu għand l-awtorità regolatorja tagħhom biex isolvu t-tilwim mal-fornituri ta' netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjoni dwar il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli minn 15.3 sa 15.6 u li, skont il-liġi tal-Parti, huma taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtorità regolatorja. Kif xieraq, l-awtorità regolatorja għandha toħroġ deċiżjoni vinkolanti biex issolvi t-tilwim f'perjodu ta' żmien raġonevoli; u |
(b) |
il-fornituri ta' netwerks jew servizzi tat-telekomunikazzjoni tal-Parti l-oħra li titlob aċċess għall-faċilitajiet essenzjali jew għal interkonnessjoni ma' fornitur prinċipali fit-territorju tal-Parti jkollhom, fi żmien raġonevoli u perjodu ta' żmien speċifikat pubblikament, rikors għand awtorità regolatorja biex isolvu t-tilwim rigward termini, kundizzjonijiet u rati xierqa għal interkonnessjoni jew aċċess ma' fornitur prinċipali. |
2. Kull Parti għandha tiżgura li intrapriża li l-interessi tagħha jiġu affettwati ħażin minn determinazzjoni jew deċiżjoni ta' awtorità regolatorja tkun tista' tikseb rieżami tad-determinazzjoni jew deċiżjoni minn awtorità ġudizzjarja, kważi ġudizzjarji jew amministrattiva li tkun imparzjali u indipendenti, kif previst fil-liġi ta' dik il-Parti. L-awtorità ġudizzjarja, kważi ġudizzjarja jew amministrattiva għandha tipprovdi lill-intrapriża raġunijiet bil-miktub li jsostnu d-determinazzjoni jew id-deċiżjoni tagħha. Kull Parti għandha tiżgura li dawn id-determinazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet, soġġetti għal appell jew rieżami ulterjuri, jiġu implimentati mill-awtorità regolatorja.
3. Il-fatt li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal rieżami ġudizzjarju ma jikkostitwixxix bażi għal nuqqas ta' konformità mad-determinazzjoni jew id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja sakemm il-korp ġudizzjarju relevanti ma jissospendix tali determinazzjoni jew deċiżjoni.
Artikolu 15.13
Trasparenza
1. Fl-applikazzjoni tal-Artikoli 27.1 (Pubblikazzjoni) u 27.2 (Għoti ta' informazzjoni), u flimkien mad-dispożizzjonijiet l-oħra f'dan il-Kapitolu dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni, kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku:
(a) |
ir-responsabbiltajiet tal-awtorità regolatorja f'forma li tkun faċilment aċċessibbli u ċara, b'mod partikolari fejn dawn ir-responsabbiltajiet jiġu assenjati lil iżjed minn korp wieħed; |
(b) |
il-miżuri tagħha fir-rigward ta' netwerks jew servizzi pubbliċi tat-trasport tat-telekomunikazzjonijiet, inkluż:
|
(c) |
informazzjoni dwar il-korpi responsabbli għall-preparazzjoni, l-emendar u l-adozzjoni ta' miżuri li jirrigwardjaw l-istandards. |
Artikolu 15.14
Tolleranza
Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' suq kompetittiv sabiex jintlaħqu l-objettivi leġittimi ta' politika pubblika għas-servizzi ta' telekomunikazzjonijiet. Għal dan l-għan, u sa fejn previst fil-liġi tagħha, kull Parti tista' żżomm lura milli tapplika regolament għal servizz ta' telekomunikazzjonijiet meta, wara li tkun saret analiżi tas-suq, jiġi determinat li tkun inkisbet kompetizzjoni effettiva.
Artikolu 15.15
Relazzjoni ma' kapitoli oħrajn
F'każ ta' xi inkonsistenza bejn dan il-Kapitolu u Kapitolu ieħor, jipprevala dan il-Kapitolu sal-punt tal-inkonsistenza.
KAPITOLU SITTAX
Kummerċ elettroniku
Artikolu 16.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
kunsinna tfisser programm tal-kompjuter, test, filmat, immaġni, reġistrazzjoni tal-awdjo jew kunsinna oħra li hija trażmessa b'mod diġitali; kif ukoll |
|
kummerċ elettroniku tfisser kummerċ li jsir permezz ta' telekomunikazzjonijiet, waħdu jew flimkien ma' teknoloġiji oħra ta' informazzjoni u komunikazzjoni. |
Artikolu 16.2
Objettiv u kamp ta' applikazzjoni
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-kummerċ elettroniku jżid it-tkabbir ekonomiku u l-opportunijiet kummerċjali f'bosta setturi u jikkonfermaw l-applikabbiltà tar-regoli tad-WTO għall-kummerċ elettroniku. Huma jaqblu li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku bejniethom, b'mod partikolari billi jikkooperaw dwar il-kwistjonijiet li jirriżultaw mill-kummerċ elettroniku skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.
2. Dan il-Kapitolu ma jimponi l-ebda obbligu fuq xi Parti biex tippermetti kunsinna trażmessa b'mezzi elettroniċi ħlief skont l-obbligi tal-Parti skont dispożizzjoni oħra ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 16.3
Dazji doganali fuq kunsinni elettroniċi
1. Parti ma għandhiex timponi dazju doganali, tariffa jew ħlas fuq kunsinna trażmessa b'mezzi elettroniċi.
2. Għal aktar ċertezza, il-paragrafu 1 ma għandux jimpedixxi lil Parti milli timponi taxxa interna jew ħlas intern ieħor għal kunsinna trażmessa b'mezzi elettroniċi, bil-kundizzjoni li t-taxxa jew ħlas jiġu imposti b'mod konsistenti ma' dan il-Ftehim.
Artikolu 16.4
Fiduċja fil-kummerċ elettroniku
Kull Parti għandha tadotta jew iżżomm liġijiet, regolamenti jew miżuri amministrattivi għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali tal-utenti involuti fil-kummerċ elettroniku u, meta jagħmlu hekk, għandhom jieħdu l-kunsiderazzjoni dovuta ta' standards internazzjonali ta' protezzjoni tad-dejta ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti li ż-żewġ Partijiet huma membri tagħhom.
Artikolu 16.5
Dispożizzjonijiet ġenerali
Meta jitqies il-potenzjal tal-kummerċ elettroniku bħala għodda għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta':
(a) |
iċ-ċarezza, it-trasparenza u l-prevedibbiltà fl-oqfsa regolatorji domestiċi tagħhom biex jiffaċilitaw, kemm jista' jkun possibbli, l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku; |
(b) |
l-interoperabbiltà, l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fil-faċilitazzjoni tal-kummerċ elettroniku; kif ukoll |
(c) |
il-faċilitazzjoni tal-użu tal-kummerċ elettroniku minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. |
Artikolu 16.6
Djalogu dwar il-kummerċ elettroniku
1. Filwaqt li jirrikonoxxu n-natura globali tal-kummerċ elettroniku, il-Partijiet jaqblu li jagħmlu djalogu dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-kummerċ elettroniku, li, jindirizza, fost affarijiet oħra:
(a) |
ir-rikonixximent ta' ċertifikati ta' firem elettroniċi maħruġa lill-pubbliku u l-faċilitazzjoni ta' servizzi ta' ċertifikazzjoni transfruntieri; |
(b) |
ir-responsabbiltà tal-fornituri ta' servizzi intermedjarji fir-rigward tat-trażmissjoni, jew il-ħażna tal-informazzjoni; |
(c) |
it-trattament ta' komunikazzjonijiet ta' kummerċ elettroniku mhux mitluba; u |
(d) |
il-protezzjoni tal-informazzjoni personali u l-protezzjoni tal-konsumaturi u tan-negozji minn prattiki kummerċjali li jkunu frodulenti u qarrieqa fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. |
2. Id-djalogu fil-paragrafu 1 jista' jieħu l-forma ta' skambju ta' informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti, u miżuri oħra rispettivi tal-Partijiet dwar dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll il-kondiviżjoni ta' esperjenzi dwar l-implimentazzjoni ta' tali liġijiet, regolamenti u miżuri oħra.
3. Filwaqt li jirrikonoxxu n-natura globali tal-kummerċ elettroniku, il-Partijiet jaffermaw l-importanza li jipparteċipaw b'mod attiv f'fora multilaterali għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku.
Artikolu 16.7
Relazzjoni ma' kapitoli oħrajn
F'każ ta' inkonsistenza bejn dan il-Kapitolu u Kapitolu ieħor ta' dan il-Ftehim, jipprevala l-Kapitolu l-ieħor sal-punt tal-inkonsistenza.
KAPITOLU SBATAX
Politika tal-kompetizzjoni
Artikolu 17.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
imġiba kummerċjali antikompetittiva tfisser ftehimiet antikompetittivi, prattiki miftiehma jew arranġamenti mill-kompetituri, prattiki antikompetittivi ta' intrapriża li hija dominanti f'suq, u fużjonijiet b'effetti sostanzjali antikompetittivi; kif ukoll, |
|
servizz ta' interess ekonomiku ġenerali tfisser, għall-Unjoni Ewropea, servizz li ma jistax jingħata b'mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħalma huma l-prezz, karatteristiċi oġġettivi ta' kwalità, kontinwità u l-aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, minn intrapriża li topera f'kundizzjonijiet normali tas-suq. L-operazzjoni ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali għandha tiġi fdata lil intrapriża waħda jew aktar mill-Istat permezz ta' inkarigu ta' servizz pubbliku li jiddefinixxi l-obbligi tal-intrapriżi kkonċernati u tal-Istat. |
Artikolu 17.2
Politika tal-kompetizzjoni
1. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza ta' kompetizzjoni ħielsa u mingħajr distorsjoni fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom. Il-Partijiet jirrikonoxxu li komportament kummerċjali antikompetittiv għandu l-potenzjal li jfixkel il-funzjonament kif suppost tas-swieq u jikkomprometti l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ.
2. Il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipproskrivu imġiba kummerċjali antikompetittiva, filwaqt li jirrikonoxxu li tali miżuri se jsaħħu l-ksib tal-objettivi ta' dan il-Ftehim.
3. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-proskrizzjoni tal-komportament kummerċjali antikompetittiv fiż-żona ta' kummerċ ħieles skont il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada rigward l-Applikazzjoni tal-Liġijiet tal-Kompetizzjoni tagħhom, li sar f'Bonn fis-17 ta' Ġunju 1999.
4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu konsistenti mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, u l-ġustizzja proċedurali. L-esklużjonijiet mill-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni għandhom ikunu trasparenti. Parti għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-Parti l-oħra informazzjoni pubblika rigward dawn l-esklużjonijiet previsti fil-liġi tal-kompetizzjoni tagħha.
Artikolu 17.3
Applikazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni għall-intrapriżi
1. Parti għandha tiżgura li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 17. 2.2 ikunu japplikaw lill-Partijiet sa fejn ikun meħtieġ mil-liġi tagħha.
2. Għal aktar ċertezza:
(a) |
fil-Kanada, il-Competition Act, R.S.C. 1985, c. C-34 huwa vinkolanti u japplika għal aġent tal-Majestà Tagħha Reġina tal-Kanada, jew ta' provinċja, li hija korporazzjoni, fir-rigward ta' attivitajiet kummerċjali involuta fihom il-korporazzjoni rigward il-kompetizzjoni, kemm jekk reali kif ukoll potenzjali, ma' persuni oħra sal-punt li dan ikun japplika kieku l-aġent ma kienx aġent tal-Majestà Tagħha. Tali aġent jista' jinkludi intrapriżi tal-Istat, monopolji, u intrapriżi li ngħataw drittijiet speċjali jew esklużivi jew privileġġi; kif ukoll |
(b) |
fl-Unjoni Ewropea, intrapriżi tal-Istat, monopolji, u intrapriżi li ngħataw drittijiet jew privileġġi speċjali huma suġġetti għar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni. Madankollu, intrapriżi fdati bl-operazzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew li jkollhom karattru ta' monopolju li jipproduċi d-dħul ikunu suġġetti għal dawn ir-regoli, sakemm l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma tostakolax il-prestazzjoni, fil-liġi jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari assenjati lilhom. |
Artikolu 17.4
Soluzzjoni tat-tilwim
Xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jkun soġġett għal xi forma ta' soluzzjoni ta' tilwim skont dan il-Ftehim.
KAPITOLU TMINTAX
Intrapriżi tal-Istat, monopolji, u intrapriżi li ngħataw drittijiet jew privileġġi speċjali
Artikolu 18.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
entità koperta tfisser:
|
|
taħtar tfisser li tistabbilixxi jew tawtorizza monopolju, jew li jiġi estiż il-kamp ta' monopolju, biex ikopri prodott jew servizz addizzjonali; |
|
skont kunsiderazzjonijiet kummerċjali tfisser konsistenti ma ' prattiki kummerċjali abitwali ta' intrapriża privata fin-negozju jew industrija rilevanti; kif ukoll |
|
trattament mhux diskriminatorju tfisser l-aħjar wieħed bejn it-trattament nazzjonali u t-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit kif stipulat f'dan il-Ftehim. |
Artikolu 18.2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Il-Partijiet jikkonfermaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli minn XVII:1 sa XVII:3 tal-GATT 1994, il-Qbil dwar l-Interpretazzjoni tal-Artikolu XVII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, u l-Artikoli VIII:1 u VIII:2 tal-GATS, li b'dan huma kollha integrati u jagħmlu parti minn dan il-Ftehim.
2. Dan il-Kapitolu ma japplikax għall-akkwist minn Parti ta' prodott jew servizz mixtri għal skopijiet governattivi u mhux bl-għan ta' bejgħ kummerċjali mill-ġdid jew bl-għan ta' użu fil-forniment ta' prodott jew servizz għall-bejgħ kummerċjali, kemm jekk l-akkwist huwa “akkwist kopert” skont it-tifsira tal-Artikolu 19. 2 (Kamp ta' applikazzjoni u kopertura) u kif ukoll jekk mhuwiex.
3. L-Artikoli 18.4 u 18.5 ma japplikawx għas-setturi stipulati fl-Artikolu 8.2 (Kamp ta' applikazzjoni) u l-Artikolu 9.2 (Kamp ta' applikazzjoni).
4 L-Artikoli 18.4 u 18.5 ma japplikawx għal miżura ta' entità koperta jekk riżerva ta' Parti, meħuda fil-konfront ta' obbligu ta' trattament nazzjonali jew ta' trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit, kif stipulat fl-Iskeda tal-Annessi I, II, jew III ta' dik il-Parti, tkun applikabbli jekk l-istess miżura kienet ġiet adottata jew miżmuma minn dik il-Parti.
Artikolu 18.3
Intrapriżi tal-Istat, monopolji u intrapriżi mogħtija drittijiet jew privileġġi speċjali
1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet skont dan il-Ftehim, xejn f'dan il-Kapitolu ma jimpedixxi lil xi Parti milli tistabbilixxi jew iżżomm intrapriżi tal-Istat jew monopolju jew milli tagħti lil intrapriża drittijiet jew privileġġi speċjali.
2. Parti ma tistax titlob jew tinkoraġġixxi entità koperta biex taġixxi f'manjiera inkonsistenti ma' dan il-Ftehim.
Artikolu 18.4
Trattament nondiskriminatorju
1. Kull Parti għandha tiżgura li fit-territorju tagħha entità koperta tagħti trattament mhux diskriminatorju lil investiment kopert, lil prodott tal-Parti l-oħra, jew lil fornitur ta' servizz tal-Parti l-oħra fix-xiri jew il-bejgħ ta' prodott jew servizz.
2. Jekk entità koperta deskritta fil-paragrafi minn (b) sa (d) tad-definizzjoni ta' “entità koperta” fl-Artikolu 18.1 taġixxi f'konformità mal-Artikolu 18.5.1, il-Parti li fit-territorju tagħha tkun stabbilita l-entità koperta għandha titqies li tkun f'konformità mal-obbligi stipulati fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' dik l-entità koperta.
Artikolu 18.5
Kunsiderazzjonijiet kummerċjali
1. Kull Parti għandha tiżgura li entità koperta fit-territorju tagħha taġixxi skont kunsiderazzjonijiet kummerċjali fix-xiri jew il-bejgħ ta' prodotti, inkluż fir-rigward tal-prezz, il-kwalità, id-disponibiltà, il-kummerċjabilità, it-trasport, u termini u kundizzjonijiet oħra ta' xiri jew bejgħ, kif ukoll fix-xiri jew il-forniment ta' servizzi, inkluż meta tali prodotti jew servizzi jiġu fornuti lil jew minn investiment ta' investitur tal-Parti l-oħra.
2. Sakemm il-komportament ta' entità koperta jkun konsistenti mal-Artikolu 18.4 u l-Kapitolu Sbatax (Politika tal-Kompetizzjoni), l-obbligu inkluż fil-paragrafu 1 ma japplikax:
(a) |
fil-każ ta' monopolju, għat-twettiq tal-għan li għalih inħoloq il-monopolju jew li għalih ingħataw drittijiet jew privileġġi speċjali, bħall-obbligu ta' servizz pubbliku jew żvilupp reġjonali; jew, |
(b) |
fil-każ ta' intrapriża tal-Istat, għat-twettiq ta' mandat pubbliku. |
KAPITOLU DSATAX
Akkwist pubbliku mill-gvern
Artikolu 19.1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:
|
prodotti jew servizzi kummerċjali tfisser prodotti jew servizzi ta' tip ġeneralment mibjugħ jew offrut għall-bejgħ fis-suq kummerċjali lil xerrejja mhux governattivi għal finijiet mhux governattivi, u normalment mixtrija minnhom; |
|
servizz ta' kostruzzjoni tfisser servizz li għandu bħala għan it-twettiq b' kwalunkwe mezz ta' xogħol ċivili jew ta' bini, fuq il-bażi tad-Diviżjoni 51 tal-Klassifikazzjoni Ċentrali Provviżorja tal-Prodotti tan-Nazzjonijiet Uniti (CPC); |
|
bejgħ bl-irkant elettroniku tfisser proċess iterattiv li jinvolvi l-użu ta' mezzi elettroniċi għall-preżentazzjoni mill-fornituri jew ta' prezzijiet ġodda, jew ta' valuri ġodda għal elementi kwantifikabbli li mhumiex prezzijiet tal-offerta b'konnessjoni mal-kriterji ta' evalwazzjoni, jew inkella t-tnejn flimkien, li jirriżulta fi klassifikazzjoni jew klassifikazzjoni mill-ġdid tal-offerti; |
|
bil-miktub jew miktub tfisser kwalunkwe espressjoni verbali jew numerika li tista' tinqara, tiġi riprodotta u aktar tard ikkomunikata. Din tista' tinkludi informazzjoni trażmessa u maħżuna b'mod elettroniku; |
|
proċedura ta' offerti limitata tfisser metodu ta' akkwist li fih l-entità tal-akkwist tikkuntattja lill-fornitur jew fornituri tal-għażla tagħha; |
|
miżura tfisser kwalunkwe liġi, regolament, proċedura, gwida jew prattika amministrattiva, jew kwalunkwe azzjoni ta' entità tal-akkwist relatati ma' akkwist kopert; |
|
lista għal użu ripetut tfisser lista ta' fornituri li l-entità tal-akkwist tkun iddeterminat bħala dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f'dik il-lista, u li l-entità tal-akkwist għandha l-ħsieb li tuża iktar minn darba; |
|
avviż ta' akkwist ippjanat tfisser avviż ippubblikat minn entità tal-akkwist li fih il-fornituri interessati jiġu mistiedna jippreżentaw talba għall-parteċipazzjoni, offerta, jew it-tnejn; |
|
kumpens tfisser kwalunkwe kundizzjoni jew impenn li jħeġġeġ l-iżvilupp lokali jew itejjeb il-kontijiet tal-bilanċ tal-pagamenti ta' Parti, bħall-użu ta' kontenut domestiku, il-liċenzjar ta' teknoloġija, l-investiment, il-kummerċ kumpensatorju u azzjoni jew rekwiżit simili; |
|
proċedura ta' offerti miftuħa tfisser metodu ta' akkwist li bih il-fornituri interessati kollha jistgħu jippreżentaw offerta; |
|
persuna tfisser “persuna” kif definita fl-Artikolu 1.1 (Definizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali); |
|
entità tal-akkwist tfisser entità koperta taħt l-Annessi 19-1, 19-2 jew 19-3 tal-Iskeda ta' Aċċess għas-Suq ta' Parti għal dan il-Kapitolu; |
|
fornitur ikkwalifikat tfisser fornitur li entità tal-akkwist tirrikonoxxi bħala li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni; |
|
proċedura ta' offerti selettiva tfisser metodu ta' akkwist li bih huma biss il-fornituri kkwalifikati li jiġu mistiedna mill-entità tal-akkwist biex jippreżentaw offerta; |
|
servizzi tinkludi servizzi ta' kostruzzjoni, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor; |
|
standard tfisser dokument approvat minn korp rikonoxxut, li jipprovdi, għal użu komuni u ripetut, regoli, linji gwida jew karatteristiċi għal prodotti jew servizzi, jew proċessi relatati u metodi ta' produzzjoni, li l-konformità magħhom mhijiex mandatorja. Standard jista' jinkludi wkoll jew jittratta b'mod esklużiv rekwiżiti dwar it-terminoloġija, is-simboli, l-imballaġġ, l-immarkar jew it-tikkettar hekk kif japplikaw għal prodott, servizz, proċess jew metodu ta' produzzjoni; |
|
fornitur tfisser persuna jew grupp ta' persuni li jfornu jew jistgħu jfornu prodotti jew servizzi; kif ukoll |
|
speċifikazzjoni teknika tfisser rekwiżit tal-proċedura ta' offerti li:
|
Artikolu 19.2
Kamp ta' applikazzjoni u kopertura
1. Dan il-Kapitolu japplika għal kwalunkwe miżura li tirrigwarda akkwist kopert, kemm jekk jitwettaq b'mod esklużiv jew parzjali minn mezzi elettroniċi kif ukoll jekk le.
2. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, akkwist kopert ifisser għall-finijiet governattivi:
(a) |
ta' prodotti, servizzi, jew kwalunkwe taħlita tagħhom:
|
(b) |
b' kwalunkwe mezz kuntrattwali, inkluż: akkwist; lokazzjoni; u l-kiri jew il-kuntratt ta' lokazzjoni b'opzjoni jew mingħajr opzjoni ta' xiri; |
(c) |
li għalih, il-valur, kif stmat skont il-paragrafi minn 6 sa 8, ikun daqs jew jaqbeż il-livell limitu relevanti speċifikat fl-Annessi ta' kull Parti tal-Iskeda tagħha ta' Aċċess għas-Suq, fil-mument tal-pubblikazzjoni ta' avviż skont l-Artikolu 19.6; |
(d) |
minn entità tal-akkwist; kif ukoll |
(e) |
li mhuwiex mod ieħor eskluż minn kopertura fil-paragrafu 3 jew fl-Annessi ta' Parti tal-Iskeda tagħha ta' Aċċess għas-Suq għal dan il-Kapitolu. |
3. Ħlief kif previst mod ieħor fl-Annessi ta' Parti tal-Iskeda tagħha ta' Aċċess għas-Suq, dan il-Kapitolu ma japplikax għal:
(a) |
l-akkwiżizzjoni jew il-kiri ta' art, bini eżistenti jew xi proprjetà immobbli oħra jew id-drittijiet li joħorġu minn dawn; |
(b) |
ftehimiet mhux kuntrattwali jew kwalunkwe forma ta' assistenza li Parti tipprovdi, inklużi ftehimiet kooperattivi, għotjiet, self, infużjonijiet ta' ekwità, garanziji u inċentivi fiskali; |
(c) |
l-akkwist jew l-akkwiżizzjoni ta' aġenzija fiskali jew ta' servizzi ta' depożitarji, servizzi ta' likwidazzjoni jew ta' ġestjoni għal istituzzjonijiet finanzjarji rregolati jew servizzi relatati mal-bejgħ, it-tifdija u d-distribuzzjoni tad-dejn pubbliku, inklużi self u bonds tal-gvern, noti u titoli oħrajn; |
(d) |
kuntratti tax-xogħol pubbliku; |
(e) |
l-akkwist imwettaq:
|
4. Akkwist skont dan il-Kapitolu għandu jkun l-akkwist kollu kopert mill-Iskedi ta' Aċċess għas-Suq tal-Kanada u tal-Unjoni Ewropea, li fihom l-impenji ta' kull Parti huma stipulati kif ġej:
(a) |
fl-Anness 19-1, l-entitajiet tal-gvern ċentrali li l-akkwist tagħhom huwa kopert b'dan il-Kapitolu; |
(b) |
fl-Anness 19-2, l-entitajiet tal-gvern subċentrali li l-akkwist tagħhom huwa kopert b'dan il-Kapitolu; |
(c) |
fl-Anness 19-3, l-entitajiet l-oħrajn kollha li l-akkwist tagħhom huwa kopert b'dan il-Kapitolu; |
(d) |
fl-Anness 19-4, il-prodotti koperti b'dan il-Kapitolu; |
(e) |
fl-Anness 19-5, is-servizzi, għajr is-servizzi ta' kostruzzjoni, koperti b'dan il-Kapitolu; |
(f) |
fl-Anness 19-6, is-servizzi ta' kostruzzjoni, koperti b'dan il-Kapitolu; |
(g) |
fl-Anness 19-7, kwalunkwe Nota Ġenerali; kif ukoll |
(h) |
fl-Anness 19-8, il-mezz ta' pubblikazzjoni użat għal dan il-Kapitolu. |
5. F'każ li entità tal-akkwist, fil-kuntest ta' akkwist kopert, tesiġi li persuna mhux koperta skont l-Annessi ta' Parti tal-Iskeda tagħha tal-Aċċess għas-Suq ta' dan il-Kapitolu takkwista skont ir-rekwiżiti partikolari, l-Artikolu 19.4 għandu japplika mutatis mutandis għal rekwiżiti bħal dawn.
6. Meta tkun qed tagħmel stima tal-valur ta' akkwist sabiex tiżgura jekk huwiex akkwist kopert, l-entità tal-akkwist għandha:
(a) |
la taqsam akkwist f'akkwisti separati u lanqas tagħżel jew tuża metodu ta' valwazzjoni partikolari biex tagħmel stima tal-valur ta' akkwist bl-intenzjoni li teskludih totalment jew parzjalment mill-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu; kif ukoll |
(b) |
tinkludi l-valur totali massimu stmat tal-akkwist matul it-tul ta' żmien kollu tiegħu, kemm jekk jingħata lil fornitur wieħed kif ukoll jekk jingħata lil iktar, filwaqt li jitqiesu l-forom kollha ta' remunerazzjoni, inkluż:
|
7. Meta rekwiżit individwali għall-akkwist jirriżulta fl-għoti ta' iktar minn kuntratt wieħed, jew fl-għoti ta' kuntratti f'partijiet separati (“kuntratti rikorrenti”), il-kalkolu tal-valur totali massimu stmat ikun ibbażat fuq:
(a) |
il-valur tal-kuntratti rikorrenti tal-istess tip ta' prodott jew servizz mogħti matul it-12-il xahar preċedenti jew matul is-sena fiskali preċedenti tal-entità tal-akkwist, aġġustata, jekk possibbli, biex jiġu kkunsidrati bidliet antiċipati fil-kwantità jew fil-valur tal-prodott jew tas-servizz li jkun se jiġi akkwistat matul it-12-il xahar ta' wara; jew |
(b) |
il-valur stmat tal-kuntratti rikorrenti tal-istess tip ta' prodott jew servizz li għandu jingħata matul it-12-il xahar wara l-għoti tal-kuntratt inizjali jew is-sena fiskali tal-entità tal-akkwist. |
8. Fil-każ ta' akkwist b'lokazzjoni, kiri jew kuntratt ta' lokazzjoni b'opzjoni ta' xiri ta' prodott jew ta' servizz, jew l-akkwist li għalih mhuwiex speċifikat prezz totali, il-bażi għall-valutazzjoni għandha tkun:
(a) |
fil-każ ta' kuntratt b'terminu fiss:
|
(b) |
fejn il-kuntratt huwa għal perjodu indefinit, il-ħlas parzjali stmat fix-xahar multiplikat bi 48; kif ukoll |
(c) |
fejn mhuwiex ċert jekk il-kuntratt huwiex se jkun kuntratt b'terminu fiss, għandu jintuża s-subparagrafu (b). |
Artikolu 19.3
Sigurtà u eċċezzjonijiet ġenerali
1. Xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jiġi interpretat li jipprevjeni lil xi Parti milli tieħu azzjoni jew li ma tiżvelax xi informazzjoni li hija tikkunsidra neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali tagħha relatata mal-akkwist:
(a) |
ta' armi, munizzjoni (27) jew materjal tal-gwerra; |
(b) |
jew mal-akkwist indispensabbli għas-sigurtà nazzjonali; jew |
(c) |
għal skopijiet ta' difiża nazzjonali. |
2. Suġġett għar-rekwiżit li miżuri bħal dawn ma jiġux applikati b'mod li jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew mhux ġustifikata bejn il-Partijiet fejn l-istess kundizzjonijiet jipprevalu jew jikkostitwixxu restrizzjoni moħbija dwar il-kummerċ internazzjonali, xejn f'dan il-Kapitolu ma għandu jitqies li jimpedixxi xi Parti milli timponi jew tinforza miżuri:
(a) |
neċessarji għall-protezzjoni tal-morali, l-ordni jew is-sikurezza pubbliċi; |
(b) |
meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa jew il-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti; |
(c) |
meħtieġa sabiex jipproteġu l-proprjetà intellettwali; jew |
(d) |
relatati ma' prodotti jew servizzi ta' persuni b'diżabilitajiet, istituzzjonijiet filantropiċi jew xogħol tal-ħabsijiet. |
Artikolu 19.4
Prinċipji ġenerali
1. Fir-rigward ta' kull miżura dwar akkwist kopert, kull Parti, inkluż l-entitajiet tal-akkwist tagħha, għandha tagħti minnufih u mingħajr ebda kundizzjoni lill-prodotti u lis-servizzi tal-Parti l-oħra u lill-fornituri tal-Parti l-oħra li joffru tali prodotti jew servizzi, trattament mhux inqas favorevoli mit-trattatment li l-Parti, inkluż il-entitajiet tal-akkwist tagħha, tagħti lill-prodotti, lis-servizzi u lill-fornituri tagħha stess. Għal aktar ċertezza, trattament bħal dan jinkludi:
(a) |
fil-Kanada, trattament li ma jkunx inqas favorevoli minn dak li jingħata minn provinċja jew territorju, inkluż il-entitajiet tal-akkwist tagħha, lil prodotti u servizzi u lil fornituri li jkunu stabbiliti f'dik il-provinċja jew territorju; kif ukoll |
(b) |
fl-Unjoni Ewropea, trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti minn Stat Membru jew reġjun subċentrali ta' Stat Membru, inkluż l-entitajiet tal-akkwist tiegħu, lil prodotti u servizzi u fornituri stabbiliti f'dak l-Istat Membru jew reġjun subċentrali, skont kif ikun il-każ. |
2. Fir-rigward ta' xi miżura dwar l-akkwist kopert, Parti, inkluż il-entitajiet tal-akkwist tagħha, ma għandhomx:
(a) |
jittrattaw lil fornitur stabbilit lokalment b'mod inqas favorevoli minn fornitur ieħor stabbilit lokalment abbażi tal-grad ta' affiljazzjoni jew ta' sjieda barranija; jew |
(b) |
jiddiskriminaw kontra fornitur stabbilit lokalment fuq il-bażi li l-prodotti jew is-servizzi offruti minn dak il-fornitur għal akkwist partikolari jkunu prodotti jew servizzi tal-Parti l-oħra. |
3. Meta twettaq akkwist kopert b'mezzi elettroniċi, l-entità tal-akkwist għandha:
(a) |
tiżgura li l-akkwist isir billi jintużaw sistemi ta' teknoloġija tal-informazzjoni u softwer inkluż dawk relatati mal-awtentikazzjoni u mal-kriptaġġ tal-informazzjoni, li huma ġeneralment disponibbli u interoperabbli ma' sistemi oħra ta' teknoloġija tal-informazzjoni u softwer ġeneralment disponibbli; kif ukoll |
(b) |
iżżomm mekkaniżmi li jiżguraw l-integrità tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti, inkluż l-istabbiliment tal-ħin meta jaslu u l-prevenzjoni ta' aċċess mhux xieraq. |
4. Entità tal-akkwist għandha twettaq akkwist kopert b'mod trasparenti u imparzjali li:
(a) |
jkun konsistenti ma' dan il-Kapitolu, bl-użu ta' metodi bħal proċedura ta' offerti miftuħa, proċedura ta' offerti selettiva, u proċedura ta' offerti limitata; |
(b) |
jevita kunflitti ta' interess; kif ukoll |
(c) |
jevita prattiki korrotti. |
5. Għall-finijiet ta' akkwist kopert, Parti ma għandhiex tapplika r-regoli ta' oriġini għall-prodotti jew servizzi importati mill-Parti l-oħra jew fornuti minnha, li huma differenti mir-regoli ta' oriġini li l-Parti tapplika fl-istess ħin fil-proċess normali tal-kummerċ għall-importazzjonijiet jew provvisti tal-istess prodotti jew servizzi mill-istess Parti.
6. Fir-rigward tal-akkwist kopert, Parti, inkluż l-entitajiet tal-akkwist tagħha, ma għandhiex tfittex, tqis, timponi jew tinforza xi kumpens.
7. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal: dazji doganali u tariffi ta' kull xorta imposti fuq l-importazzjoni jew b'konnessjoni magħha; il-metodu dwar kif jiġu imposti dawn id-dazji u tariffi; regolamenti jew formalitajiet oħra dwar l-importazzjoni, u miżuri li jaffettwaw il-kummerċ f'servizzi għajr miżuri li jirregolaw l-akkwist kopert.
Artikolu 19.5
Informazzjoni dwar is-sistema tal-akkwist
1. Kull Parti għandha:
(a) |
tippubblika minnufih kull liġi, regolament, deċiżjoni ġuridika, deċiżjoni amministrattiva ta' applikazzjoni ġenerali, klawżola ta' kuntratt standard mitluba mil-liġi jew minn regolament u inkorporata b'referenza f'avviżi jew dokumentazzjoni tal-offerti u proċedura dwar l-akkwist kopert, u kwalunkwe modifika fihom, b'mezz elettroniku jew stampat magħżul b'mod uffiċjali li huwa użat b'mod estensiv u li jibqa' disponibbli faċilment għall-pubbliku; kif ukoll |
(b) |
tipprovdi spjegazzjoni dwar dan lill-Parti l-oħra, meta din tintalab. |
2. Kull Parti għandha telenka, fl-Anness 19-8 fl-Iskeda tagħha ta' Aċċess għas-Suq:
(a) |
il-mezz elettroniku jew stampat li bih il-Parti tippubblika l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 1; |
(b) |
il-mezz elettroniku jew stampat li bih il-Parti tippubblika l-avviżi mitluba mill-Artikoli 19.6, 19.8.7 u 19.15.2; kif ukoll |
(c) |
l-indirizz jew indirizzi tal-websajt li fuqu l-Parti tippubblika:
|
3. Kull Parti għandha tgħarraf minnufih lill-Kumitat tal-Akkwisti Pubbliċi dwar kull modifika fl-informazzjoni tal-Parti li hemm elenkata fl-Anness 19-8.
Artikolu 19.6
Avviżi
1. Għal kull akkwist kopert, l-entità tal-akkwist għandha tippubblika avviż ta' akkwist ippjanat, għajr fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 19.12.
L-avviżi kollha tal-akkwist ippjanat għandhom ikunu aċċessibbli direttament b'mezzi elettroniċi li jkunu mingħajr ħlas minn punt uniku ta' aċċess soġġett għall-paragrafu 2. L-avviżi jistgħu wkoll jiġu ppubblikati stampati fuq karta li tkun imqassma b'mod estensiv u tali avviżi għandhom jibqgħu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku, tal-inqas sakemm jiskadi l-perjodu ta' żmien indikat fl-avviż.
Il-mezz xieraq stampat fuq karta u l-mezz elettroniku għandu jiġi elenkat minn kull Parti fl-Anness 19-8.
2. Parti tista' tapplika perjodu tranżitorju ta' mhux aktar minn 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim lill-entitajiet koperti mill-Annessi 19-2 u 19-3 li ma jkunux lesti li jipparteċipaw f'punt uniku ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-entitajiet għandhom, matul dan il-perjodu ta' tranżizzjoni, jipprovdu avviżi tal-akkwist pubbliku ppjanat tagħhom, jekk ikunu aċċessibbli b'mezzi elettroniċi, permezz ta' links f'portal elettroniku li huwa aċċessibbli b'xejn u elenkat fl-Anness 19-8.
3. Għajr meta previst mod ieħor f'dan il-Kapitolu, kull avviż tal-akkwist ippjanat għandu jinkludi:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-entità tal-akkwist u informazzjoni oħra neċessarja biex tiġi kkuntattjata l-entità tal-akkwist u jinkisbu d-dokumenti relevanti kollha relatati mal-akkwist, u l-ispejjeż u t-termini ta' ħlas tagħhom, jekk ikun hemm; |
(b) |
deskrizzjoni tal-akkwist, inkluż it-tip u l-kwantità tal-prodotti jew servizzi li għandhom jiġu akkwistati jew, fejn il-kwantità ma tkunx magħrufa, il-kwantità stmata; |
(c) |
għal kuntratti rikorrenti, stima, jekk tkun possibbli, tal-perjodu ta' żmien tal-avviżi sussegwenti tal-akkwist ippjanat; |
(d) |
deskrizzjoni ta' kwalunkwe opzjoni; |
(e) |
il-perjodu ta' żmien għall-konsenja tal-prodotti jew servizzi jew it-tul ta' żmien tal-kuntratt; |
(f) |
il-metodu ta' akkwist li ser jintuża u jekk huwiex ser jinvolvi negozjar jew bejgħ bl-irkant elettroniku; |
(g) |
fejn applikabbli, l-indirizz u kull data finali għas-sottomissjoni ta' talbiet għall-parteċipazzjoni fl-akkwist; |
(h) |
l-indirizz u d-data finali għas-sottomissjoni tal-offerti; |
(i) |
il-lingwa jew lingwi li fihom jistgħu jiġu ppreżentati l-offerti jew it-talbiet għall-parteċipazzjoni, jekk jistgħu jiġu ppreżentati f'lingwa li mhijiex lingwa uffiċjali tal-Parti tal-entità tal-akkwist; |
(j) |
lista u deskrizzjoni qasira ta' kwalunkwe kundizzjoni għall-parteċipazzjoni ta' fornituri, inklużi kwalunkwe rekwiżit għal dokumenti jew ċertifikazzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri b'rabta miegħu, sakemm tali rekwiżit ma jkunx inkluż fid-dokumentazzjoni tal-offerta li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri interessati kollha fl-istess ħin bħall-avviż ta' akkwist ippjanat; |
(k) |
jekk, skont l-Artikolu 19.8, entità tal-akkwist ikollha l-ħsieb tagħżel għadd limitat ta' fornituri kkwalifikati biex jiġu mistiedna li jitfgħu offerta, il-kriterji li jkunu ser jintużaw biex jintgħażlu u, fejn applikabbli, kull limitu fuq l-għadd ta' fornituri li jkollhom il-permess jitfgħu l-offerta; kif ukoll |
(l) |
indikazzjoni li l-akkwist huwa kopert minn dan il-Kapitolu. |
4. Għal kull każ ta' akkwist ippjanat, l-entità tal-akkwist tippubblika avviż sommarju li huwa faċilment aċċessibbli, fl-istess ħin tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-akkwist ippjanat, bl-Ingliż jew bil-Franċiż. L-avviż sommarju għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
is-suġġett tal-akkwist pubbliku; |
(b) |
id-data finali għas-sottomissjoni tas-sejħiet tal-offerti jew, fejn japplika, kwalunkwe data finali għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni fl-akkwist jew għall-inklużjoni f'lista għal użu ripetut; kif ukoll |
(c) |
l-indirizz minn fejn jistgħu jintalbu d-dokumenti relatati mal-akkwist. |
5. L-entitajiet tal-akkwist huma mħeġġa jippubblikaw, bil-mezz xieraq elettroniku, jew jekk disponibbli, stampat elenkat fl-Anness 19-8 kmieni kemm jista' jkun f'kull sena fiskali, avviż dwar il-pjanijiet tal-akkwist tagħhom għall-ġejjieni (“avviż ta' akkwist ippjanat”). L-avviż tal-akkwist ippjanat għandu wkoll jiġi ppubblikat fis-sit tal-punt uniku ta' aċċess elenkat fl-Anness 19-8, soġġett għall-paragrafu 2. L-avviż tal-akkwist ippjanat għandu jinkludi s-suġġett tal-akkwist u d-data ppjanata tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' akkwist ippjanat.
6. Entità tal-akkwist koperta mill-Annessi 19-2 jew 19-3 tista' tuża avviż ta' akkwist ippjanat bħala avviż ta' akkwist maħsub diment li l-avviż ta' akkwist ippjanat ikun jinkludi dik l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3 li tkun disponibbli għall-entità kif ukoll dikjarazzjoni li l-fornituri interessati għandhom jesprimu l-interess tagħhom fl-akkwist lill-entità tal-akkwist.
Artikolu 19.7
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni
1. Entità tal-akkwist għandha tillimita kwalunkwe kundizzjoni għall-parteċipazzjoni f'akkwist għal dawk li huma essenzjali biex jiġi żgurat li fornitur għandu kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-ħiliet kummerċjali u tekniċi biex iwettaq l-akkwist relevanti.
2. Fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, l-entità tal-akkwist:
(a) |
ma għandhiex timponi l-kundizzjoni li, sabiex fornitur jieħu sehem f'akkwist, il-fornitur irid ikun ingħata kuntratt wieħed jew iktar minn entità tal-akkwist ta' Parti partikolari; |
(b) |
tista' tesiġi esperjenza preċedenti rilevanti fejn din tkun essenzjali biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-akkwist. kif ukoll |
(c) |
ma għandhiex teħtieġ li esperjenza preċedenti fit-territorju tal-Parti tkun kundizzjoni tal-akkwist. |
3. Fil-valutazzjoni ta' jekk fornitur jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, l-entità tal-akkwist:
(a) |
għandha tevalwa l-kapaċità finanzjarja, u l-abbiltajiet kummerċjali u tekniċi ta' fornitur fuq il-bażi tal-attivitajiet kummerċjali tal-fornitur kemm ġewwa kif ukoll barra t-territorju tal-Parti tal-entità tal-akkwist; kif ukoll |
(b) |
għandha tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq il-kundizzjonijiet li l-entità tal-akkwist speċifikat minn qabel fl-avviżi jew fid-dokumentazzjoni tal-offerti. |
4. Fejn ikun hemm evidenza ta' sostenn, Parti, inkluż l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tista' teskludi fornitur għal raġunijiet bħal:
(a) |
falliment; |
(b) |
dikjarazzjonijiet foloz; |
(c) |
nuqqasijiet notevoli jew persistenti fit-twettiq ta' kwalunkwe rekwiżit jew obbligu sostantiv f'kuntratt jew kuntratti preċedenti; |
(d) |
sentenzi finali fir-rigward ta' delitti serji jew reati serji oħrajn; |
(e) |
kondotta professjonali ħażina jew atti jew ommissjonijiet li jirriflettu ħażin fuq l-integrità kummerċjali tal-fornitur; jew |
(f) |
taxxi mhux imħallsa. |
Artikolu 19.8
Kwalifika tal-fornituri
1. Parti, inklużi l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tista' tmantni sistema ta' reġistrazzjoni tal-fornituri li fiha l-fornituri interessati huma meħtieġa jirreġistraw u jipprovdu ċerta informazzjoni.
2. Kull Parti għandha tiżgura li:
(a) |
l-entitajiet tal-akkwist tagħha jagħmlu sforzi biex jimminimizzaw id-differenzi fil-proċeduri ta' kwalifika tagħhom; kif ukoll |
(b) |
fejn l-entitajiet tal-akkwist tagħha jżommu sistemi ta' reġistrazzjoni, l-entitajiet jagħmlu sforzi sabiex jimminimizzaw id-differenzi fis-sistemi ta' reġistrazzjoni tagħhom. |
3. Parti, inkluż l-entitajiet tal-akkwist tagħha, ma għandhiex tadotta jew tapplika xi sistema ta' reġistrazzjoni jew proċedura ta' kwalifika bl-għan jew bl-effett li jinħolqu ostakli bla bżonn għall-parteċipazzjoni tal-fornituri tal-Parti l-oħra fl-akkwist tagħha.
4. Fejn l-entità tal-akkwist tkun biħsiebha tuża proċedura selettiva ta' offerti, l-entità għandha:
(a) |
tinkludi, fl-avviż ta' akkwist ippjanat, tal-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 19.6.3(a), (b), (f), (g), (j), (k) u (l) u tistieden lill-fornituri jippreżentaw talba għall-parteċipazzjoni; kif ukoll |
(b) |
tipprovdi, sa mill-bidu tal-perjodu ta' żmien għall-perjodu ta' offerti, tal-anqas l-informazzjoni fl-Artikolu 19.6.3(c), (d), (e), (h) u (i) lill-fornituri kkwalifikati li tinnotifika kif speċifikat fl-Artikolu 19.10.3(b). |
5. Entità tal-akkwist għandha tippermetti lill-fornituri kkwalifikati kollha biex jieħdu sehem f'akkwist partikolari, sakemm l-entità tal-akkwist ma tiddikjarax fl-avviż ta' akkwist ippjanat xi limitazzjoni fuq l-għadd ta' fornituri li jkunu ser jitħallew jixħtu l-offerta u l-kriterji għall-għażla tal-għadd limitat ta' fornituri.
6. Fejn id-dokumentazzjoni tal-offerti ma titqiegħedx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 4, entità tal-akkwist għandha tiżgura li dawk id-dokumenti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-istess ħin lill-fornituri kkwalifikati kollha magħżula skont il-paragrafu 5.
7. L-entità tal-akkwist tista' żżomm lista ta' fornituri għal użu ripetut, bil-kundizzjoni li avviż li fih ikunu mistiedna l-fornituri interessati sabiex japplikaw għall-inklużjoni fil-lista jkun:
(a) |
ippubblikat kull sena; kif ukoll |
(b) |
meta ppubblikat b'mezzi elettroniċi, jitqiegħed għad-dispożizzjoni b'mod kontinwu, |
bil-mezz xieraq elenkat fl-Anness 19-8.
8. L-avviż previst fil-paragrafu 7 għandu jinkludi:
(a) |
deskrizzjoni tal-prodotti jew servizzi, jew kategoriji relativi, li għalihom tista' tintuża l-lista; |
(b) |
il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni li għandhom jiġu sodisfatti mill-fornituri għall-inklużjoni fil-lista u l-metodi li l-entità tal-akkwist tkun ser tuża biex tivverifika li fornitur jissodisfa l-kundizzjonijiet; |
(c) |
l-isem u l-indirizz tal-entità tal-akkwist u informazzjoni oħra neċessarja biex tiġi kkuntattjata l-entità u jinkisbu d-dokumenti relevanti kollha relatati mal-lista; |
(d) |
il-perjodu ta' validità tal-lista u l-mezzi għat-tiġdid jew għat-terminazzjoni tagħha, jew fejn il-perjodu ta' validità ma jkunx ipprovdut, indikazzjoni tal-metodu li permezz tiegħu jkun se jinħareġ avviż li l-lista mhux se tintuża aktar; kif ukoll |
(e) |
indikazzjoni li l-lista tista' tintuża għall-akkwist kopert minn dan il-Kapitolu. |
9. Minkejja l-paragrafu 7, fejn lista għal użu ripetut tkun valida għal tliet snin jew inqas, l-entità tal-akkwist tista' tippubblika l-avviż imsemmi fil-paragrafu 7 darba biss, fil-bidu tal-perjodu ta' validità tal-lista, bil-kundizzjoni li l-avviż:
(a) |
jiddikjara l-perjodu ta' validità u li ma jkunux ser jiġu ppubblikati iktar avviżi; kif ukoll |
(b) |
jiġi ppubblikat b'mezzi elettroniċi u jitqiegħed għad-dispożizzjoni kontinwa matul il-perjodu ta' validità tiegħu. |
10. L-entità tal-akkwist għandha tippermetti li l-fornituri japplikaw f' kwalunkwe ħin għall-inklużjoni f'lista għal użi ripetut u għandha tinkludi fil-lista lill-fornituri kkwalifikati kollha fi żmien perjodu raġonevolment qasir.
11. Meta fornitur li mhuwiex inkluż f'lista għal użu ripetut jippreżenta talba biex jipparteċipa f'akkwist abbażi ta' lista għal użu ripetut kif ukoll id-dokumenti kollha meħtieġa, fil-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 19.10.2, it-talba tiġi eżaminata minn entità tal-akkwist. L-entità tal-akkwist ma għandhiex teskludi lill-fornitur minn kunsiderazzjoni fir-rigward tal-akkwist minħabba r-raġuni li l-entità ma għandhiex biżżejjed żmien biex teżamina t-talba, sakemm, f'każijiet eċċezzjonali, minħabba l-kumplessità tal-akkwist, l-entità ma tkunx tista' tlesti l-eżaminazzjoni tat-talba fil-perjodu ta' żmien permess għall-preżentazzjoni tal-offerti.
12. Entità tal-akkwist koperta mill-Annessi 19-2 jew 19-3 tista' tuża avviż li fih tistieden lill-fornituri japplikaw għall-inklużjoni f'lista għal użu ripetut bħala avviż ta' akkwist ippjanat, bil-kundizzjoni li:
(a) |
l-avviż jiġi ppubblikat skont il-paragrafu 7 u jkun jinkludi l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 8, l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 19.6.3 li hemm disponibbli u dikjarazzjoni li hija tikkostitwixxi avviż ta' akkwist ippjanat jew li huma biss il-fornituri fil-lista għal użu ripetut li jirċievu avviżi oħrajn ta' akkwist koperti mil-lista għal użu ripetut; kif ukoll |
(b) |
l-entità tipprovdi minnufih lill-fornituri li esprimew interess f'akkwist partikolari lill-entità, biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jivvalutaw l-interess tagħhom fl-akkwist, inkluża l-bqija tal-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 19.6.3, sa fejn tali informazzjoni tkun disponibbli. |
13. L-entità tal-akkwist koperta mill-Annessi 19-2 jew 19-3 tista' tħalli lill-fornitur li applika għall-inklużjoni f'lista għal użu ripetut skont il-paragrafu 10 sabiex jagħmel offerta f'akkwist partikolari, jekk ikun hemm biżżejjed żmien sabiex l-entità tal-akkwist teżamina jekk il-fornitur jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.
14. Entità tal-akkwist għandha tgħarraf minnufih lil kwalunkwe fornitur li jissottometti talba għall-parteċipazzjoni f'akkwist jew applikazzjoni għall-inklużjoni f'lista għal użu ripetut bid-deċiżjoni tal-entità tal-akkwist fir-rigward tat-talba jew l-applikazzjoni.
15. Fejn entità tal-akkwist tirrifjuta talba ta' fornitur għall-parteċipazzjoni f'akkwist jew applikazzjoni għall-inklużjoni f'lista għal użu ripetut, ma tibqax tirrikonoxxi fornitur bħala kwalifikat, jew tneħħi fornitur minn lista għal użu ripetut, l-entità għandha tgħarraf minnufih lill-fornitur u, wara talba tal-fornitur, tipprovdi minnufih lill-fornitur bi spjegazzjoni bil-miktub dwar ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 19.9
Speċifikazzjonijiet tekniċi u dokumentazzjoni tal-offerta
1. Entità tal-akkwist ma għandhiex tħejji, tadotta jew tapplika xi speċifikazzjoni teknika jew tippreskrivi xi proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità bil-għan jew l-effett li toħloq xkiel bla bżonn għall-kummerċ internazzjonali.
2. Fil-preskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti jew servizzi li jkunu ser jinxtraw, l-entità tal-akkwist għandha, fejn xieraq:
(a) |
tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, f'termini ta' rekwiżiti ta' prestazzjoni u funzjonali, aktar milli karatteristiċi tad-disinn jew deskrittivi; kif ukoll |
(b) |
tibbaża l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fuq standards internazzjonali, fejn jeżistu tali standards; inkella fuq regolamenti tekniċi nazzjonali, fuq standards nazzjonali rikonoxxuti jew fuq kodiċijiet ta' bini. |
3. Meta fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jintużaw karatteristiċi deskrittivi jew tad-disinn, l-entità tal-akkwist għandha tindika, fejn xieraq, li ser tikkunsidra offerti ta' prodotti jew servizzi ekwivalenti li jissodisfaw biċ-ċar ir-rekwiżiti tal-akkwist billi tinkludi kliem bħal “jew ekwivalenti” fid-dokumentazzjoni tal-offerta.
4. Entità tal-akkwist ma għandhiex tippreskrivi speċifikazzjonijiet tekniċi li jeħtieġu jew jirreferu għal trademark jew isem kummerċjali, privattiva, dritt tal-awtur, disinn, tip, oriġini speċifika, produttur jew fornitur partikolari, sakemm ma jkun hemm l-ebda mod ieħor preċiż jew intelliġibbli biżżejjed biex jiġu deskritti r-rekwiżiti tal-akkwist u bil-kundizzjoni li, f'tali każijiet, l-entità tinkludi kliem bħal “jew ekwivalenti” fid-dokumentazzjoni tal-offerta.
5. Entità tal-akkwist ma għandhiex tfittex jew taċċetta, b'mod li jkollu effett li jipprekludi l-kompetizzjoni, avviż li jista' jintuża fit-tħejjija jew l-adozzjoni ta' xi speċifikazzjoni teknika għal akkwist speċifiku minn persuna li jista' jkollha interess kummerċjali fl-akkwist.
6. Għal aktar ċertezza, Parti, inkluż l-entitajiet tal-akkwist tagħha, tista', b'konformità ma' dan l-Artikolu, tħejji, tadotta jew tapplika speċifikazzjonijiet tekniċi biex tippromwovi l-konservazzjoni ta' riżorsi naturali jew tipproteġi l-ambjent.
7. Entità tal-akkwist għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri d-dokumentazzjoni tal-offerta li jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-fornituri jkunu jistgħu jħejju u jippreżentaw offerti ta' rispons. Sakemm ma tkunx diġà ngħatat fl-avviż tal-akkwist ippjanat, tali dokumentazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni sħiħa ta':
(a) |
l-akkwist, inklużi l-għamla u l-kwantità tal-prodotti jew servizzi li għandhom jiġu akkwistati jew, meta l-kwantità ma tkunx magħrufa, il-kwantità stmata u kwalunkwe rekwiżit li għandu jiġi sodisfatt, inkluż kwalunkwe speċifikazzjoni teknika, ċertifikazzjoni ta' valutazzjoni tal-konformità, pjan, tpinġija jew materjal ta' struzzjoni; |
(b) |
kwalunkwe kundizzjoni għall-parteċipazzjoni ta' fornituri, inkluż lista ta' informazzjoni u dokumenti li l-fornituri huma meħtieġa jissottomettu b'rabta mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni; |
(c) |
il-kriterji kollha ta' evalwazzjoni li l-entità ser tapplika fl-għoti tal-kuntratt, u, bl-eċċezzjoni fejn il-prezz ikun l-uniku kriterju, l-importanza relattiva ta' dawn il-kriterji; |
(d) |
meta l-entità tal-akkwist tkun ser twettaq l-akkwist b'mezzi elettroniċi, kwalunkwe rekwiżit ta' awtentikazzjoni u kodifikazzjoni jew rekwiżiti oħrajn relatati mas-sottomissjoni tal-informazzjoni b'mezzi elettroniċi; |
(e) |
jekk l-entità tal-akkwist torganizza bejgħ bl-irkant elettroniku, ir-regoli, inkluż l-identifikazzjoni tal-elementi tal-offerta relatati mal-kriterji ta' evalwazzjoni, li bihom ser jitmexxa l-irkant; |
(f) |
meta l-offerti jkunu ser jinfetħu fil-pubbliku, id-data, il-ħin u l-post tal-ftuħ u, jekk xieraq, il-persuni awtorizzati li għandhom ikunu preżenti; |
(g) |
kwalunkwe terminu jew kundizzjoni oħra, inkluż it-termini ta' ħlas u kull limitazzjoni fuq il-mezzi li bihom jistgħu jsiru l-offerti, bħal jekk hux mezz stampat jew elettroniku; kif ukoll |
(h) |
kwalunkwe data għall-konsenja ta' prodotti jew il-forniment tas-servizzi. |
8. Meta tistabbilixxi data għall-konsenja ta' prodotti jew il-forniment ta' servizzi li jkunu qed jiġu akkwistati, l-entità tal-akkwist għandha tqis fatturi bħall-kumplessità tal-akkwist, kemm ser isir subkuntrattar antiċipat u ż-żmien realistiku meħtieġ għall-produzzjoni, it-tneħħija mill-ħżin, u t-trasport tal-prodotti mill-punt tal-forniment jew għall-forniment tas-servizzi.
9. Il-kriterji ta' evalwazzjoni stipulati fl-avviż ta' akkwist ippjanat jew fid-dokument tal-offerta jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-prezz u fatturi oħrajn ta' spejjeż, il-kwalità, il-mertu tekniku, il-karatteristiċi ambjentali u t-termini tal-konsenja.
10. Entità tal-akkwist għandha minnufih:
(a) |
tqiegħed għad-dispożizzjoni d-dokumentazzjoni tal-offerta biex tara li l-fornituri interessati jkollhom biżżejjed żmien biex jippreżentaw offerti ta' rispons; |
(b) |
tipprovdi, meta mitluba, d-dokumentazzjoni tal-offerta lil kwalunkwe fornitur interessat; kif ukoll |
(c) |
twieġeb għal kwalunkwe talba raġonevoli għal informazzjoni relevanti minn kwalunkwe fornitur interessat jew li jkun qed jieħu sehem, bil-kundizzjoni li din l-informazzjoni ma tagħtix lil dak il-fornitur vantaġġ fuq il-fornituri l-oħrajn. |
11. Jekk, qabel l-għoti ta' kuntratt, entità tal-akkwist timmodifika l-kriterji jew ir-rekwiżiti stipulati fl-avviż ta' akkwist ippjanat jew fid-dokument tal-offerta pprovdut lill-fornituri li jkunu qed jieħdu sehem, jew temenda jew terġa' toħroġ avviż jew dokumentazzjoni tal-offerta, din għandha tittrasmetti bil-miktub tali modifiki kollha jew l-avviż jew id-dokumentazzjoni tal-offerta emendati jew maħruġin mill-ġdid:
(a) |
lill-fornituri kollha li jkunu qed jieħdu sehem fi żmien il-modifika, l-emenda jew il-ħruġ mill-ġdid, fejn tali fornituri jkunu magħrufa lill-entità, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, bl-istess mod li bih tqiegħdet għad-dispożizzjoni l-informazzjoni oriġinali; kif ukoll |
(b) |
fi żmien adegwat biex tali fornituri jkunu jistgħu jimmodifikaw u jerġgħu jissottomettu l-offerti emendati, kif xieraq. |
Artikolu 19.10
Perjodi ta' żmien
1. B'mod konsistenti mal-ħtiġijiet raġonevoli tagħha stess, entità tal-akkwist għandha tipprovdi biżżejjed żmien sabiex il-fornituri jħejju u jerġgħu jippreżentaw talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti ta' rispons, filwaqt li tikkunsidra fatturi bħal:
(a) |
it-tip u l-kumplessità tal-akkwist; |
(b) |
kemm ser isir subkuntrattar antiċipat; kif ukoll |