EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1121

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1121 tal-11 ta' Lulju 2016 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/4153

OJ L 187, 12.7.2016, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1121/oj

12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1121

tal-11 ta' Lulju 2016

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza Idroklorur tal-etil-N-alfa-dodekanojl-L-arġinat, li ngħatat l-isem Ethyl Lauroyl Arginate HCl skont in-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi (INCI), bħalissa tinsab irregolata fl-entrata 197 tal-Anness III u fl-entrata 58 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Taħt l-entrata 58 tal-Anness V, l-Ethyl Lauroyl Arginate HCl hija awtorizzata bħala preservattiv fi prodotti kożmetiċi, ħlief il-prodotti tax-xofftejn, il-prodotti orali u l-prodotti sprej, f'konċentrazzjoni massima ta' 0,4 % w/w.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) adotta opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-Etil Lawrojl Arġinat HCl fi prodotti orali fid-19 ta' Settembru 2013 (li ġiet riveduta fit-12 ta' Diċembru 2013) (2) u addendum għal dik l-opinjoni fis-16 ta' Diċembru 2014 (li ġie rivedut fil-25 ta' Marzu 2015) (3).

(3)

L-SCCS ikkonkluda li l-Etil Lawrojl Arġinat HCl hija sikura għall-użu bħala preservattiv fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq f'konċentrazzjoni massima ta' 0,15 % w/w, iżda mhux fi prodotti orali b'mod ġenerali. L-SCCS qies ukoll li l-istimi ta' esponiment issuġġerew li d-doża aċċettabbli ta' kuljum għat-tfal ta' bejn tlieta u disa' snin tista' tinqabeż, meta jiżdiedu l-esponiment għall-ikel u l-esponiment għall-kożmetiċi. Għaldaqstant, l-SCCS ikkonkluda li l-użu kontinwu tal-Etil Lawrojl Arġinat HCl bħala preservattiv fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq f'dik il-konċentrazzjoni mhuwiex sikur għat-tfal.

(4)

Fid-dawl ta' dik l-opinjoni tal-SCCS, il-Kummissjoni tqis li l-Etil Lawrojl Arġinat HCl għandha tkun awtorizzata għall-użu bħala preservattiv sa konċentrazzjoni massima ta' 0,15 % w/w fi prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq, ħlief għat-tfal taħt l-età ta' għaxar snin.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS/1519/13, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_138.pdf.

(3)  SCCS/1543/14, http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/consumer_safety/docs/sccs_o_166.pdf.


ANNESS

L-entrata 58 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 hija sostitwita b'dan li ġej:

Nru ta' Ref.

Identifikazzjoni tas-sustanza

Kundizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta' prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“58

Idroklorur tal-etil-N-alfa-dodekanojl-L-arġinat (*)

Ethyl Lauroyl Arginate HCl

60372-77-2

434-630-6

(a)

Prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq

(a)

0,15 %

(a)

Ma għandux jintuża fi preparazzjonijiet għal tfal taħt l-10 snin

(a)

Ma għandux jintuża għal tfal taħt l-10 snin

(b)

Prodotti oħrajn

(b)

0,4 %

(b)

Ma għandux jintuża fi prodotti tax-xofftejn, prodotti orali (minbarra prodotti għat-tlaħliħ tal-ħalq), u prodotti sprej


(*)  Għal użi oħrajn għajr il-preżervattivi, ara l-entrata Nru 197 tal-Anness III.”


Top