This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0912
Commission Regulation (EU) 2016/912 of 9 June 2016 correcting Regulation (EU) No 1303/2014 concerning the technical specification for interoperability relating to ‘safety in railway tunnels’ of the rail system of the European Union (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/912 tad-9 ta' Ġunju 2016 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1303/2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/912 tad-9 ta' Ġunju 2016 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1303/2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/3439
ĠU L 153, 10.6.2016, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/912
tad-9 ta' Ġunju 2016
li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 1303/2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 (2) fih żball, peress illi Artikolu 7 kien inkluż bi żvista u m'għandux jidher fir-Regolament. |
(2) |
Għandu għalhekk jiġi kkoreġut ir-Regolament (UE) Nru 1303/2014. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2014 huwa mħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-“sikurezza fil-mini ferrovjarji” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 394).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità qawwija (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).