This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0573
Council Implementing Decision (CFSP) 2016/573 of 12 April 2016 implementing Decision 2013/183/CFSP concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/573 tat-12 ta' April 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/573 tat-12 ta' April 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
ĠU L 97, 13.4.2016, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/05/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0849
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/12 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/573
tat-12 ta' April 2016
li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK. |
(2) |
Fil-21 ta' Marzu 2016, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit permezz tar-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti neħħa erba' bastimenti mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
ANNESS
Il-bastimenti bin-numri IMO elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista li tinsab fl-entrata 20 tal-parti B (Entitajiet) tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK:
(j) |
JH 86 8602531 |
(l) |
Jin Tal 9163154 |
(m) |
Jin Teng 9163166 |
(dd) |
Grand Karo 8511823 |