This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0568
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/568 of 29 January 2016 supplementing Regulation (EU) No 1303/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to the conditions and procedures to determine whether amounts which are irrecoverable shall be reimbursed by Member States concerning the European Regional Development Fund, the European Social Fund, the Cohesion Fund, and the European Maritime and Fisheries Fund
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/568 tad-29 ta' Jannar 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti irrekuperabbli għandhomx jiġu rimborżati mill-Istati Membri fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/568 tad-29 ta' Jannar 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti irrekuperabbli għandhomx jiġu rimborżati mill-Istati Membri fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
C/2016/0268
ĠU L 97, 13.4.2016, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 97/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/568
tad-29 ta' Jannar 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġi ddeterminat jekk l-ammonti irrekuperabbli għandhomx jiġu rimborżati mill-Istati Membri fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) u b'mod partikolari l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
B'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, meta l-ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati u dan huwa riżultat ta' difett jew negliġenza min-naħa ta' Stat Membru, l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni. |
(2) |
Id-dokument dwar ammonti irrekuperabbli sottomess mill-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni lill-Kummissjoni, bħala parti tal-kontijiet annwali skont l-Artikolu 137(1)(b) u l-Artikolu 138(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2025, jistabbilixxi l-ammonti irrekuperabbli fil-livell ta' kull prijorità. Dan id-dokument għandu jinkludi wkoll informazzjoni espliċita dwar l-ammonti irrekuperabbli, skont l-Istat Membru, jiġu rimborżati lill-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' miżuri amministrattivi u legali meħuda mill-Istat Membru sabiex effettivament issegwi l-irkupru ta' ammonti irrekuperabbli. Madankollu, peress li dan id-dokument jirreferi għal ammonti li qabel kienu inklużi f'kontijiet ċertifikati mressqa lill-Kummissjoni, għandu jiġi ppreżentat għall-ewwel darba fl-2017. |
(3) |
Skont il-punt (b) tal-Artikolu 126 u mal-Artikolu 137(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammonti mnaqqsa qabel is-sottomissjoni ta' kontijiet ċertifikati ma jistgħux jitqiesu bħala rkupri jekk ikunu relatati man-nefqa inkluża fl-applikazzjoni finali għal ħlas interim ta' sena partikolari ta' kontabilità li għaliha l-kontijiet huma preparati. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li l-informazzjoni dwar ammonti irrekuperabbli sottomessi taħt dan ir-Regolament Delegat għandha tikkonċerna biss l-ammonti diġà inklużi f'kontijiet ċertifikati li ġew sottomessi qabel lill-Kummissjoni. |
(4) |
Biex jippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi jekk ammonti irrekuperabbli għandhomx jitħallsu lura lill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jissottometti l-informazzjoni meħtieġa, fil-livell ta' kull operazzjoni u benefiċjarju, qabel l-iskadenza stabbilita għas-sottomissjoni tal-kontijiet fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). B'konformità ma' dik id-dispożizzjoni, għandu jkun possibbli li tiġi estiża wkoll l-iskadenza għad-dokument dwar ammonti irrekuperabbli. |
(5) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji li jippermettu lill-Kummissjoni li tivvaluta jekk Stat Membru għandu tort jew kienx negliġenti fl-irkupru waqt il-miżuri amministrattivi u legali. Il-preżenza ta' wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji ma għandhiex awtomatikament tifisser li l-Istat Membru kellu fil-fatt tort jew kien negliġenti. |
(6) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha sa skadenza mogħtija u l-Istati Membri għandhom jirreaġixxu għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni sa skadenza oħra stipulata. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha anki meta l-Istat Membru ma jipprovdix informazzjoni addizzjonali. Madankollu, fil-każijiet ta' qabel falliment jew ta' suspett ta' frodi, kif imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-iskadenzi ma għandhomx japplikaw. |
(7) |
Skont it-tieni sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament fil-livell ta' operazzjoni fis-sena ta' kontabilità konċernata li ma jaqbiżx EUR 250, interessi mhux inklużi, f'kontribuzzjoni mill-Fondi. F'dan il-każ, l-ammont ma għandux għalfejn jiġi rimborżat lill-baġit tal-Unjoni. Ebda informazzjoni mhi se tiġi mitluba fuq tali ammonti de minimis. |
(8) |
Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), dak ir-Regolament ma jistabbilixxix sistema differenti fir-rigward tal-ammonti msemmija fit-tieni sentenza tar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 122(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Hu għalhekk li l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jipparteċipaw fi programm ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea partikolari li jiddeċiedu li la l-benefiċjarju ewlieni u lanqas l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm mhi obbligata li tirkupra ammont imħallas indebitament li ma jaqbiżx EUR 250, interessi mhux inklużi, f'kontribuzzjoni mill-Fondi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sottomissjoni ta' informazzjoni dwar ammonti irrekuperabbli
1. Fejn Stat Membru jqis li ammont ta' flus mħallsa indebitament lil benefiċjarju, li qabel kienu inklużi f'kontijiet ċertifikati sottomessi lill-Kummissjoni, hu irrekuperabbli, u fejn hi kkonkludiet li dan l-ammont ma għandux jiġi rimborżat lill-baġit tal-Unjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tissottometti talba lill-Kummissjoni biex tikkonferma din il-konklużjoni.
2. L-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tissottometti talba msemmija fil-paragrafu 1, fil-livell ta' kull operazzjoni, fil-formola stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament permezz tas-sistema elettronika ta' skambju ta' dejta stabbilita fl-Artikolu 74(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
3. L-Istat Membru għandu jissottometti talba stabbilita skont il-paragrafi 1 u 2 kull sena mill-2017 sa u inkluż l-2025 sal-15 ta' Frar fir-rigward tas-sena ta' kontabilità preċedenti. Il-Kummissjoni tista' eċċezzjonalment testendi l-iskadenza sal-1 ta' Marzu, fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 2
Il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni ta' tort jew negliġenza min-naħa tal-Istati Membri
Il-kriterji segwenti huma indikattivi ta' tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru:
(a) |
l-Istat Membru ma ssottometta ebda deskrizzjoni ta' miżuri amministrattivi u legali, bid-dati, meħuda mill-Istat Membru biex jirkupra l-ammont rilevanti (jew biex inaqqas jew jikkanċella l-livell ta' appoġġ jew jirtira d-dokument b'konformità mal-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata); |
(b) |
l-Istat Membru ma pprovda ebda kopja tal-ewwel ordni ta' rkupru jew ordni sussegwenti (u ta' kwalunkwe kopja tal-ittra li tnaqqas jew tikkanċella l-livell ta' appoġġ jew tirtira d-dokument skont l-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn tali rtirar hu soġġett għal proċedura separata); |
(c) |
l-Istat Membru ma pprovdiex id-data tal-aħħar ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju tal-operazzjoni inkwistjoni u kopja tal-prova ta' dan il-ħlas; |
(d) |
l-Istat Membru, wara li ġiet skoperta l-irregolarità, għamel ħlas wieħed jew aktar mhux dovuti lill-benefiċjarju fir-rigward ta' parti mill-operazzjoni li ġiet affettwata mill-irregolarità; |
(e) |
l-Istat Membru ma bagħatx l-ittra li tnaqqas il-livell ta' appoġġ jew li tirtira d-dokument b'konformità mal-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn tali rtirar huwa soġġett għal proċedura separata, jew ħa kwalunkwe deċiżjoni ekwivalenti fi żmien 12-il xahar minn meta ġiet skoperta l-irregolarità; |
(f) |
l-Istat Membru ma tax bidu għal proċedura ta' rkupru fi żmien 12-il xahar mill-għoti li qed ikun b'mod definittiv ridott jew ikkanċellat (jew wara proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja jew permezz ta' ftehim tal-benefiċjarju); |
(g) |
l-Istat Membru ma eżawrixxiex il-possibbiltajiet ta' rkupru kollha disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali nazzjonali; |
(h) |
l-Istat Membru ma pprovdiex dokumenti relatati ma' proċeduri ta' insolvenza u ta' falliment, meta applikabbli; |
(i) |
l-Istat Membru ma weġibx għat-talba tal-Kummissjoni għal aktar informazzjoni skont l-Artikolu 3. |
Artikolu 3
Il-proċedura biex jiġi ddeterminat jekk ammont irrekuperabbli għandux jiġi rimborżat mill-Istati Membri
1. Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa kull każ sabiex tikkonkludi jekk in-nuqqas li jiġi rkuprat ammont huwiex riżultat ta' tort jew negliġenza min-naħa tal-Istat Membru, hi u tqis b'mod xieraq iċ-ċirkostanzi speċifiċi u l-qafas istituzzjonali u legali tal-Istat Membru. Fejn wieħed jew aktar mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 2 huma ssodisfati, il-Kummissjoni tista' xorta waħda tikkonkludi li l-Istat Membru ma kellux tort jew ma kienx negliġenti.
2. Sal-31 ta' Mejju tas-sena li fiha l-kontijiet huma ppreżentati, il-Kummissjoni tista':
(a) |
titlob bil-miktub lill-Istat Membru li jippreżenta aktar informazzjoni dwar miżuri amministrattivi u legali meħuda biex jirkupra kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa indebitament lil benefiċjarji; jew |
(b) |
titlob bil-miktub lill-Istat Membru biex ikompli bil-proċedura ta' rkupru tiegħu. |
Meta l-Kummissjoni tkun ħadet l-opzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw il-paragrafi 5 sa 8.
3. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rimborżata mill-Istat Membru.
4. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2(a) u (b) ma għandhiex tapplika għal dawk l-irregolaritajiet ta' qabel falliment jew f'każijiet ta' frodi suspettati.
5. L-Istat Membru għandu jirrispondi fi żmien tliet xhur għat-talba ta' informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2.
6. Jekk l-Istat Membru ma jissottomettix iktar informazzjoni kif mitlub skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tkompli l-valutazzjoni tagħha bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli.
7. Fi żmien tliet xhur minn meta tkun irċeviet it-tweġiba mingħand l-Istat Membru, jew, fl-assenza ta' tweġiba sal-iskadenza, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tikkonkludi li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun rimborżata mill-Istat Membru hi u tistabbilixxi l-bażi għall-konklużjoni tagħha, u titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rimborżata mill-Istat Membru.
8. Fi żmien 6 xhur wara l-iskadenza għal kummenti mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha abbażi tal-informazzjoni disponibbli u, meta hi ssostni l-konklużjoni tagħha li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tiġi rimborżata mill-Istat Membru, għandha tadotta deċiżjoni. Jekk il-Kummissjoni ma taġixxix skont u sal-iskadenza stipulata fis-sentenza preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tiġi rimborżata mill-Istat Membru.
Għall-iskop tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni li għandha tiġi rimborżata mill-Istat Membru, ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' kull assi ta' prijorità, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba, għandha tapplika.
Artikolu 4
L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ammonti mhux irkuprati li ma jaqbżux EUR 250 f'kontribuzzjoni mill-Fondi
Fejn Stat Membru jiddeċiedi li ma jirkuprax minn benefiċjarju ammont imħallas indebitament jitħallas fil-livell ta' operazzjoni fis-sena ta' kontabilità konċernata li ma jaqbiżx EUR 250, interessi mhux inklużi, f'kontribuzzjoni mill-Fondi, ebda informazzjoni ma teħtieġ li tiġi provduta lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259).
ANNESS
Is-sottomissjoni ta' informazzjoni dwar ammonti irrekuperabbli
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
j |
k |
l |
m |
n |
o |
p |
q |
Prijorità (1) |
L-isem tal-operazzjoni u n-numru ta' identifikazzjoni tal-IT |
Isem il-benefiċjarju |
Data u prova tal-aħħar ħlas ta' kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju għall-operazzjoni kkonċernata |
In-natura tal-irregolarità (in-natura għandha tiġi definita mill-Istat Membru) |
Korp li sab l-irregolarità (indika liema: MA, CA jew AA jew ieħor, jew isem il-korp tal-UE) |
Data tal-iskoperta tal-irregolarità (2) |
Nefqa totali dikjarata irrekuperabbli |
Nefqa pubblika korrispondenti għal ammonti dikjarati irrekuperabbli |
Ammont ta' kontribuzzjoni irrekuperabbli tal-Unjoni (3) |
Is-sena(snin) ta' kontabilità li fiha/fihom kienet iddikjarat in-nefqa li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni irrekuperabbli tal-Unjoni |
Id-data tat-tnedija tal-proċedimenti ta' rkupru |
Kopja tal-ewwel u kwalunkwe ordnijiet ta' rkupru sussegwenti (4) |
Id-data li fiha ġie ddikjarat li l-ispejjeż ma jistgħux jiġu rkuprati |
Raġuni għall-irrekuperabbiltà (5) |
Dokumenti relatati ma' proċeduri ta' falliment, meta applikabbli |
Indika jekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhiex titħallas mill-baġit tal-Unjoni (IVA/LE) (6) |
<type=“S” maxlength=“500” input=“S”> |
<type=“S” maxlength=“250” input=“M”> (7) |
<type=“S” maxlength=“250” input=“M”> |
<type=“D” input=“M”> + <ATT> |
<type=“S” maxlength=“250” input=“M”> |
<type=“S” maxlength=“250” input=“M”> |
<type=“D” input=“M”> |
<type=“Cu” input=“M”> |
<type=“Cu” input=“M”> |
<type=“Cu” input=“M”> |
<type=“D” input=“S”> |
<type=“D” input=“M”> |
<ATT> |
<type=“D” input=“M”> |
<type=“S” maxlength=“500” input=“M”> |
<ATT> |
<type=“B” input=“M”> |
Pr. 1 |
Op 1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Op 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
|
|||||||||||
Pr. 2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
|
|||||||||||
Pr. n |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
|
|||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||
Total |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
<tip=“Cu” input=“G”> |
|
(1) Li tikkorrispondi mal-informazzjoni dwar il-prijorità mogħtija fil-kontijiet, skont l-Appendiċi 5 tal-Anness VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1011/2014. Ir-rapportar għandu jkun f'livell ta' prijorità u fil-livell ta' kategorija ta' reġjun, jekk applikabbli.
(2) Id-data li fiha ġiet stabbilita l-konklużjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja tal-irregolarità.
(3) Ikkalkulat skont ir-rata ta' kofinanzjament fil-livell ta' prijorità, kif stabbilit fil-pjan ta' finanzjament fis-seħħ fil-mument tat-talba.
(4) Barra minn hekk, meta applikabbli, kopja tal-ittra li tnaqqas/tikkanċella l-livell ta' appoġġ u/jew tirtira d-dokument f'termini tal-Artikolu 125(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
(5) Indika jekk ir-raġuni għall-irrekuperabbiltà hix il-falliment tal-benefiċjarju. Jekk le, indika r-raġuni applikabbli.
(6) Meta ssir talba li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha titħallas mill-baġit tal-Unjoni, l-Istat Membru jikkonferma li hu eżawrixxa l-possibbiltajiet kollha ta' rkupru disponibbli permezz tal-qafas istituzzjonali u legali nazzjonali
(7) Didaskalija għall-karatteristiċi tal-oqsma: tip: N = Numru, D = Data, S = String, Cu = Munita B = Boolean — input: M = Manwali, S = Selezzjoni, G = Iġġenerat mis-sistema — “tulmassimu” = Numru massimu ta' karattri inklużi l-ispazji — ATT: Dokumenti mehmużin.