Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2265

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/2265 tas-7 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018

    ĠU L 322, 8.12.2015, p. 4–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2265/oj

    8.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 322/4


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/2265

    tas-7 ta' Diċembru 2015

    li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2016–2018

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-provvisti tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tas-sajd attwalment jiddependu fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar 18-il sena, l-Unjoni saret aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet biex tissodisfa l-konsum tagħha tal-prodotti tas-sajd. Sabiex ma jipperikolawx il-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodotti tas-sajd u sabiex tiġi żgurata l-provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, id-dazji tal-importazzjoni għandhom jitnaqqsu jew jiġu sospiżi għal għadd ta' prodotti tas-sajd fil-kwoti tariffarji ta' volum xieraq. Għandha titqies ukoll is-sensittività ta' prodotti tas-sajd individwali fis-suq tal-Unjoni biex ikunu ggarantiti kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi tal-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1220/2012 (1) fetaħ u pprovda għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perijodu 2013-2015. Minħabba li l-perijodu tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015, huwa importanti li r-regoli rilevanti li jinsabu fih jiġu riflessi fil-perijodu mill-2016–2018.

    (3)

    Għandu jiġi żgurat aċċess ugwali u bla interruzzjoni għall-kwoti tariffarji provduti f'dan ir-Regolament għall-importaturi kollha tal-Unjoni, u r-rati stabbiliti għall-kwoti tariffarji għandhom jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti tas-sajd ikkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti tariffarji jkunu ntużaw kollha.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprovdi għal sistema ta' ġestjoni ta' kwoti tariffarji li ssegwi l-ordni kronoloġiku tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-aċċettazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b'dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri skont dik is-sistema.

    (5)

    L-applikazzjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada ser tibdel l-aċċess preferenzjali disponibbli għas-suq tal-Unjoni għall-gambli u l-gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis koperti minn kwota tariffarja kif stipulat f'dan ir-Regolament. Dik il-kwota għandha għalhekk tiġi adattata sabiex tiżgura l-istess livell ta' provvista preferenzjali għas-suq tal-Unjoni bħal qabel id-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja ta' dak il-Ftehim.

    (6)

    L-applikazzjoni tal-protokoll addizzjonali tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li kien nnegozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021 ser tibdel l-aċċess preferenzjali disponibbli għas-suq tal-Unjoni għall-aringi koperti minn żewġ kwoti tariffarji provduti f'dan ir-Regolament. Dawk il-kwoti għandhom għaldaqstant jiġu adattati sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' provvista preferenzjali għas-suq tal-Unjoni bħal qabel id-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja ta' dak il-protokoll addizzjonali.

    (7)

    Huwa importanti li l-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd tiġi pprovduta bis-sigurtà tal-provvista ta' materja prima tas-sajd sabiex jiġu permessi t-tkabbir kontinwat u l-investiment, u l-aktar importanti, biex hija tkun tista' tibdel is-sospensjonijiet bi kwoti mingħajr interruzzjoni tal-provvista. Huwa għalhekk xieraq li jsir provvediment, fir-rigward ta' ċerti prodotti tas-sajd li għalihom applikaw is-sospensjonijiet, għal sistema li toħloq żieda awtomatika fil-kwoti tariffarji applikabbli taħt ċerti kondizzjonijiet.

    (8)

    Biex tiġi żgurata l-effiċjenza ta' ġestjoni komuni tal-kwoti tariffarji, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jieħdu mill-ammont tal-kwota tariffarja l-kwantitajiet neċessarji li jikkorrispondu mal-importazzjoni proprji tagħhom. Peress li dak il-metodu ta' ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista' timmonitorja r-rata li biha jintużaw il-kwoti tariffarji u għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jitnaqqsu jew jiġu sospiżi sakemm ma jaqbżux il-limiti tal-kwoti tariffarji bir-rati, għall-perijodi rrappurtati u sal-ammonti indikati hemmhekk.

    Artikolu 2

    Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    Artikolu 3

    1.   Il-kwota tariffarja applikabbli taħt in-numru tal-ordni 09.2794 għall-gambli u l-gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajrin u mqaxxra, għall-ipproċessar, stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament għal 30 000 tunellata fis-sena, għandha titnaqqas awtomatikament għal 7 000 tunnellata fis-sena mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat b'mod proviżorju, skont liema jseħħ l-ewwel.

    2.   Il-kwota tariffarja applikabbli skont in-numru tal-ordni 09.2788 għall-aringi, ta' piż li jaqbeż 100 g l-biċċa jew qatgħat (“flaps”) ta' piż li jaqbeż 80 g l-biċċa għall-ipproċessar, iffissata fl-Anness għal dan ir-Regolament għal 17 500 tunnellata fis-sena, għandha titnaqqas awtomatikament għal 12 000 tunnellata fis-sena minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien innegozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel. Madankollu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis awtomatiku meta l-bilanċ disponibbli ta' dik il-kwota tariffarja fil-mument rilevanti jkun 12 000 tunnellata jew inqas.

    3.   Il-kwota tariffarja applikabbli skont in-numru tal-ordni 09.2792 għall-aringi, imħawrin u/jew ippreservati fil-ħall, fis-salmura, ippreservati fi btieti b'piż nett mingħajr ilma ta' mill-inqas 70kg, għall-ipproċessar, iffissata fl-Anness għal dan ir-Regolament għal 15 000 tunnellata fis-sena, għandha awtomatikament titnaqqas għal 7 500 tunnellata fis-sena minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien innegozjat b'mod parallel mal-Mekkanżimu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel. Madankollu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis awtomatiku meta l-bilanċ disponibbli ta' dik il-kwota tariffarja fil-mument rilevanti jkun 7 500 tunnellata jew inqas.

    4.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tgħarraf lill-Istati Membri li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ġew sodisfatti u għandha tippubblika informazzjoni dwar il-kwota tariffarja li għadha kif saret applikabbli fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    1.   Mingħajr dewmien bla bżonn, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk, mit-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja rilevanti, intużatx 80 % tal-kwota tariffarja annwali, fir-rigward ta' prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness. Jekk dak ikun il-każ, il-kwota tariffarja annwali stabbilita fl-Anness għandha tkun meqjusa bħala miżjuda awtomatikament b'20 %. Il-kwota tariffarja annwali miżjuda għandha tkun il-kwota tariffarja applikabbli fir-rigward ta' dak il-prodott tas-sajd għas-sena kalendarja rilevanti.

    2.   Fuq talba ta' mill-inqas Stat Membru wieħed u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk intużatx 80 % tal-kwota tariffarja annwali fir-rigward ta' prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness qabel it-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja rilevanti. Jekk dak ikun il-każ, għandu japplika l-paragrafu 1.

    3.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinforma lill-Istati Membri li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 ġew sodisfatti u għandha tippubblika informazzjoni dwar il-kwota tariffarja applikabbli reċentement fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    4.   Għas-sena kalendarja rilevanti ma tista' tapplika l-ebda żieda oħra għal kwota tariffarja miżjuda skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 5

    Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll tajbin tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2018.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. CAHEN


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1220/2012 tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri relatati mal-kummerċ sabiex tkun garantita l-provvista ta' ċerti prodotti tas-sajd lill-proċessuri tal-Unjoni mill-2013 sal-2015, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 104/2000 u (UE) Nru 1344/2011 (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 4).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


    ANNESS

    Nru tal-Ordni

    Kodiċi NM

    Suddiviżjoni tat-TARIC

    Deskrizzjoni

    Ammont annwali tal-kwota (tunnellati) (*)

    Dazju tal-kwota

    Perijodu tal-kwota

    09.2759

    ex 0302 51 10

    20

    Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, bl-esklużjoni ta' fwied u bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

    75 000  (9)

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0302 51 90

    10

    ex 0302 59 10

    10

    ex 0303 63 10

    10

    ex 0303 63 30

    10

    ex 0303 63 90

    10

    ex 0303 69 10

    10

    09.2765

    ex 0305 62 00

    20

    Bakkaljaw (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew affumikat, għall-ipproċessar (1)  (2)

    4 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    25

    29

    ex 0305 69 10

    10

    09.2776

    ex 0304 71 10

    10

    Bakkaljaw, (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti iffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

    38 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0304 71 90

    10

    ex 0304 95 21

    10

    ex 0304 95 25

    10

    09.2761

    ex 0304 79 50

    10

    Blue grenadier (MacruronusNovaezelandiae), fletti iffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

    17 500

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0304 95 90

    11

    09.2798

    ex 0306 16 99

    20

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, fil-fosdqa, friski, imkessħin jew iffriżati għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    10 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    30

    ex 0306 26 90

    12

    14

    92

    93

    09.2794

    ex 1605 21 90

    45

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus montagui, imsajra u mqaxxra, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    30 000  (4)

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    62

    ex 1605 29 00

    50

    55

    09.2800

    ex 1605 21 90

    55

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajra u mqaxxra, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    3 500

    0 %

    1.1.2016–31.12.2018

    ex 1605 29 00

    60

    09.2802

    ex 0306 17 92

    20

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Penaeus vannamei u Penaeus monodon, kemm fil-fosdqa jew le, friski, imkessħin jew iffriżati, mhux imsajrin, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    40 000

    0 %

    1.1.2016–31.12.2016

    ex 0306 27 99

    30

    30 000

    1.1.2017–31.12.2017

    1.1.2018-31.12.2018

    09.2760

    ex 0303 66 11

    10

    Merluzz (Merluccius spp. bl-esklużjoni ta' Merluccius merluccius, Urophycis spp.) u pink cusk-eel (Genypterus blacodes u Genypterus capensis), iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

    30 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0303 66 12

    10

    ex 0303 66 13

    10

    ex 0303 66 19

    11

    ex 0303 89 70

    91

    10

    ex 0303 89 90

    30

    09.2774

    ex 0304 74 19

    10

    Merluzz tat-Tramuntana tal-Paċifiku (Merluccius productus), fletti ffriżati u laħam ieħor għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    15 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0304 95 50

    10

    09.2770

    ex 0305 63 00

    10

    Inċova (Engraulis anchoita), immelħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew affumikata, għall-ipproċessar (1)  (2)

    2 500

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    09.2754

    ex 0303 89 45

    10

    Inċova (Engraulis anchoita u Engraulis capensis), iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

    1 000

    0 %

    1.1.2016–31.12.2018

    09.2788

    ex 0302 41 00

    10

    Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), ta' piż li jaqbeż il-100 g kull biċċa jew qatgħat (“flaps”) b'piż li jaqbeż it-80 g kull biċċa, bl-esklużjoni tal-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    17 500  (5)

    0 %

    1.10.2016-31.12.2016

    1.10.2017-31.12.2017

    1.10.2018-31.12.2018

    ex 0303 51 00

    10

    ex 0304 59 50

    10

    ex 0304 99 23

    10

    09.2792

    ex 1604 12 99

    11

    Aringi, imħawrin u/jew bil-ħall, fis-salmura, ippreservati fi btieti ta' mill-inqas 70 kg f'piż nett mingħajr ilma, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    15 000  (6)  (7)

    5 %

    1.1.2016-31.12.2018

    09.2790

    ex 1604 14 26

    10

    Fletti magħrufa bħala “loins” ta' tonn u palamit, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    25 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 1604 14 36

    10

    ex 1604 14 46

    11

    21

    91

    09.2785

    ex 0307 49 59

    10

    Tubu (8) tal-klamari (Ommastrephes spp. — bl-esklużjoni ta' Todarodes sagittatus (synonym Ommastrephes sagittatus) –, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, bil-ġilda u l-pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

    40 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0307 99 11

    10

    ex 0307 99 17

    21

    09.2786

    ex 0307 49 59

    20

    Klamar (Ommastrephes spp., Todarodes spp. — bl-esklużjoni ta' Todarodes sagittatus (synonym Ommastrephes sagittatus) –, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżat, sħiħ jew tentakli u pinen, għall-ipproċessar (1)  (2)

    1 500

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0307 99 11

    20

    29

    09.2777

    ex 0303 67 00

    10

    Merluzz tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati jew laħam ieħor iffriżat għall-ipproċessar (1)  (2)

    300 000  (9)

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0304 75 00

    10

    ex 0304 94 90

    10

    09.2772

    ex 0304 93 10

    10

    Surimi, iffriżat, għall-ipproċessar (1)  (2)

    60 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0304 94 10

    10

    ex 0304 95 10

    10

    ex 0304 99 10

    10

    09.2746

    ex 0302 89 90

    30

    Southern red snapper (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar (1)  (2)

    1 500

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    09.2748

    ex 0302 90 00

    95

    Bajd tal-ħut iebes, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar (1)  (2)

    7 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0303 90 90

    91

    ex 0305 20 00

    30

    09.2750

    ex 1604 32 00

    20

    Bajd tal-ħut iebes, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċiment immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar ta'sostituti tal-kavjar (1)  (2)

    3 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    09.2778

    ex 0304 83 90

    21

    Pixxiċatt, fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxystra), għall-ipproċessar (1)  (2)

    5 000

    0 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0304 99 99

    65

    09.2824

    ex 0302 52 00

    10

    Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) frisk, imkessaħ jew iffriżat bir-ras maqtugħa, mingħajr garġi u intern, għall-ipproċessar (1)  (2)

    5 000

    2,6 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0303 64 00

    10

    09.2826

    ex 0306 17 99

    10

    Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pleoticus muelleri, fil-fosdqa jew le, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar (1)  (2)  (3)

    10 000

    4,2 %

    1.1.2016-31.12.2018

    ex 0306 27 99

    20


    (*)  Espress f'piż nett, ħlief fejn speċifikat mod ieħor.

    (1)  Il-kwota tariffarja hija suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    (2)  Il-kwota tariffarja mhix disponibbli għal prodotti maħsuba biss għal waħda minn dawn l-operazzjonijiet li ġejjin jew iktar:

    tindif, evixxerazzjoni, tneħħija tad-denb, tneħħija tar-ras,

    qtugħ,

    ippakkjar mill-ġdid ta' fletti ffriżati tal-IQF (iffriżati individwalment b'mod rapidu),

    kampjunar, għażla,

    tikkettar,

    imballaġġ,

    tkessiħ,

    iffriżar,

    iffriżar għal żmien twil,

    igglejżjar,

    ħall tal-friża,

    separazzjoni.

    Il-kwota tariffarja mhix disponibbli għall-prodotti maħsuba li, addizzjonalment, jgħaddu minn trattament jew operazzjonijiet li jikkonferixxu intitolament għal kwota, fejn tali trattament jew operazzjonijiet jitwettqu fil-livell tal-konsumatur jew tal-fornitur tal-ikel. It-tnaqqis tad-dazji tal-importazzjoni għandu japplika biss għal prodotti intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.

    Il-kwota tariffarja hija madankollu disponibbli għal materjali maħsuba għal waħda minn dawn l-operazzjonijiet li ġejjin jew iktar:

    tqattigħ f'kubi,

    tqattigħ fi ċrieki, tqattigħ fi strippi għal materjali taħt il-kodiċijiet tan-NM 0307 49 59, 0307 99 11, 0307 99 17, 0307 49 59, 0307 99 11, 0307 99 17,

    iffilettjar,

    produzzjoni ta' qatgħat,

    qtugħ ta' blokok iffriżati,

    separazzjoni ta' blokok iffriżati ta' fletti mwaħħlin flimkien.

    (3)  Il-prodotti taħt il-kodiċijiet tan-NM 0306 16 99 (suddiviżjonijiet TARIC 20 u 30), 0306 26 90 (suddiviżjonijiet TARIC 12, 14, 92 u 93), 1605 21 90 (suddiviżjonijiet TARIC 45 u 62), 1605 29 00 (suddiviżjonijiet TARIC 50 u 55), 0306 17 92 (suddiviżjoni TARIC 20), 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 30), 0306 17 99 (suddiviżjoni TARIC 10) u 0306 27 99 (suddiviżjoni TARIC 20) għandhom, minkejja n-nota f'qiegħ il-paġna (2), jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu minn operazzjoni li tissuġġetta l-gambli u l-gambli kbar għal trattament tal-ipproċessar bil-gassijiet tal-imballaġġ kif definit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

    (4)  Il-kwota tariffarja 09.2794 tonqos awtomatikament għal 7 000 tunnellata fis-sena mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara dik li fiha l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel.

    (5)  Il-kwota tariffarja 09.2788 awtomatikament titnaqqas għal 12 000 tunnellata fis-sena, minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien negozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel.

    (6)  Il-kwota tariffarja 09.2792 awtomatikament titnaqqas għal 7 500 tunnellata fis-sena, minn xahrejn wara li l-protokoll addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, li kien nnegozjat b'mod parallel mal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021, jidħol fis-seħħ jew jiġi applikat proviżorjament, skont liema jseħħ l-ewwel.

    (7)  Espress f'piż nett mingħajr ilma.

    (8)  Ġisem taċ-ċefalopod jew il-klamar mingħajr ras u mingħajr tentakli, bil-ġilda u l-pinen.

    (9)  Japplika l-Artikolu 4.


    Top