This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2241
Commission Regulation (EU) 2015/2241 of 1 December 2015 establishing a prohibition of fishing for mackerel in VIIIc, IX and X; Union waters of CECAF 34.1.1 by vessels flying the flag of Portugal
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2241 tal-1 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2241 tal-1 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
ĠU L 318, 4.12.2015, pp. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015
|
4.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2241
tal-1 ta' Diċembru 2015
li jistabbilixxi projbizzoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, laħqu l-kwota allokata lilhom għall-2015. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ilħiq tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2015, allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih, titqies li ntlaħqet mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fih jew li huma rreġistrati fih, jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrasportat, li jiġi ttrażbordat, li jiġi jittella' l-art ħut minn dak l-istokk li jkun inqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
59/TQ104 |
|
Stat Membru |
Il-Portugall |
|
Stokk |
MAC/8C3411 |
|
Speċi |
Kavalli (Scomber scombrus) |
|
Żona |
Iż-żoni VIIIc, IX u X; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 |
|
Data tal-għeluq |
11.10.2015 |