EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1578
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1578 of 9 September 2015 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Melón de Torre Pacheco-Murcia (PGI)]
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1578 tad-9 ta' Settembru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melón de Torre Pacheco-Murcia (IĠP)]
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1578 tad-9 ta' Settembru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melón de Torre Pacheco-Murcia (IĠP)]
OJ L 246, 23.9.2015, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 246/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1578
tad-9 ta' Settembru 2015
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melón de Torre Pacheco-Murcia (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta' Spanja biex id-denominazzjoni “Melón de Torre Pacheco-Murcia” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u d-denominazzjoni “Melón de Torre Pacheco-Murcia” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Melón de Torre Pacheco-Murcia” (IĠP) hija rreġistrata.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.6 Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 139, 28.4.2015, p. 8.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).