Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0851

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/851 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni

C/2015/1958

ĠU L 135, 2.6.2015, p. 8–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32021R2115

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/851/oj

2.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/8


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/851

tas-27 ta' Marzu 2015

li jemenda l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3), 7(3) u 20(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2015 biż-żona tal-art li tneħħewlha l-mini u li reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli fl-2014, l-għadd ta' intitolamenti għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fil-31 ta' Diċembru 2014 u l-ammont li baqa' ma ntefaqx fir-riżerva speċjali nazzjonali għat-tneħħija tal-mini f'dik l-istess data.

(2)

Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-ammont li għandu jiżdied biex il-limiti massimi nazzjonali stipulati għall-Kroazja fl-Anness II ta' dak ir-Regolament għandu jiġi kkalkolat mill-Kummissjoni abbażi tad-data nnotifikata mill-Kroazja f'konformità mal- Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament u l-istima tal-pagament dirett medju għal kull ettaru fil-Kroazja għas-sena kkonċernata.

(3)

Il-medja ta' pagamenti diretti għal kull ettaru għall-2015 għandha tkun ikkalkulata billi jiġi diviż il-limitu massimu nazzjonali għall-Kroazja fl-2015, titnaqqas b'ammont li ma ntefaqx f'riżerva speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-31 ta' Diċembru 2014, bl-għadd ta' intitolamenti għall-pagament disponibbli lill-bdiewa fl-istess data. L-ammont li għandu jiżdied mal-limitu massimu nazzjonali għall-2015 u għas-snin ta' wara jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-iskeda ta' żidiet inkrementali msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u jirrifletti li n-notifika tal-31 ta' Jannar 2015 tilħaq l-ammonti massimi ta' kull sena stabbiliti fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament għas-sena kalendarja 2015 'il quddiem.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 20(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Anness VI għal dak ir-Regolament għandu jiġi adattat sabiex fl-2014 jitqiesu l-konsegwenzi tal-użu tal-art għal attivitajiet agrikoli wara li tneħħewlha l-mini, kif innotifikat mill-Kroazja.

(5)

Għalhekk l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Peress li dan ir-Regolament huwa essenzjali għall-adozzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 22(1), 36(4), 42(2), 47(3), 49(2), 51(4) u 53(7) tar- Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa xieraq li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.


ANNESS

L-Annessi II, III u VI tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

523 658

509 773

502 095

488 964

481 857

505 266

Il-Bulgarija

721 251

792 449

793 226

794 759

796 292

796 292

Ir-Repubblika Ċeka

844 854

844 041

843 200

861 708

861 698

872 809

Id-Danimarka

870 751

852 682

834 791

826 774

818 757

880 384

Il-Ġermanja

4 912 772

4 880 476

4 848 079

4 820 322

4 792 567

5 018 395

L-Estonja

114 378

114 562

123 704

133 935

143 966

169 366

L-Irlanda

1 215 003

1 213 470

1 211 899

1 211 482

1 211 066

1 211 066

Il-Greċja

1 921 966

1 899 160

1 876 329

1 855 473

1 834 618

1 931 177

Spanja

4 842 658

4 851 682

4 866 665

4 880 049

4 893 433

4 893 433

Franza

7 302 140

7 270 670

7 239 017

7 214 279

7 189 541

7 437 200

Il-Kroazja (*1)

183 735

202 865

241 125

279 385

317 645

306 080

L-Italja

3 902 039

3 850 805

3 799 540

3 751 937

3 704 337

3 704 337

Ċipru

50 784

50 225

49 666

49 155

48 643

48 643

Il-Latvja

181 044

205 764

230 431

255 292

280 154

302 754

Il-Litwanja

417 890

442 510

467 070

492 049

517 028

517 028

Il-Lussemburgu

33 604

33 546

33 487

33 460

33 432

33 432

L-Ungerija

1 345 746

1 344 461

1 343 134

1 343 010

1 342 867

1 269 158

Malta

5 241

5 241

5 242

5 243

5 244

4 690

In-Netherlands

749 315

736 840

724 362

712 616

700 870

732 370

L-Awstrija

693 065

692 421

691 754

691 746

691 738

691 738

Il-Polonja

3 378 604

3 395 300

3 411 854

3 431 236

3 450 512

3 061 518

Il-Portugall

565 816

573 954

582 057

590 706

599 355

599 355

Ir-Rumanija

1 599 993

1 772 469

1 801 335

1 872 821

1 903 195

1 903 195

Is-Slovenja

137 987

136 997

136 003

135 141

134 278

134 278

Is-Slovakkja

438 299

441 478

444 636

448 155

451 659

394 385

Il-Finlandja

523 333

523 422

523 493

524 062

524 631

524 631

L-Iżvezja

696 890

697 295

697 678

698 723

699 768

699 768

Ir-Renju Unit

3 173 324

3 179 880

3 186 319

3 195 781

3 205 243

3 591 683

(2)

L-Anness III jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7

(f'miljuni ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

523,7

509,8

502,1

489,0

481,9

505,3

Il-Bulgarija

720,9

788,8

789,6

791,0

792,5

798,9

Ir-Repubblika Ċeka

840,1

839,3

838,5

856,7

856,7

872,8

Id-Danimarka

870,2

852,2

834,3

826,3

818,3

880,4

Il-Ġermanja

4 912,8

4 880,5

4 848,1

4 820,3

4 792,6

5 018,4

L-Estonja

114,4

114,5

123,7

133,9

143,9

169,4

L-Irlanda

1 214,8

1 213,3

1 211,8

1 211,4

1 211,0

1 211,1

Il-Greċja

2 109,8

2 087,0

2 064,1

2 043,3

2 022,4

2 119,0

Spanja

4 902,3

4 911,3

4 926,3

4 939,7

4 953,1

4 954,4

Franza

7 302,1

7 270,7

7 239,0

7 214,3

7 189,5

7 437,2

Il-Kroazja (*2)

183,7

202,9

241,1

279,4

317,6

306,1

L-Italja

3 897,1

3 847,3

3 797,2

3 750,0

3 702,4

3 704,3

Ċipru

50,8

50,2

49,7

49,1

48,6

48,6

Il-Latvja

181,0

205,7

230,3

255,0

279,8

302,8

Il-Litwanja

417,9

442,5

467,1

492,0

517,0

517,0

Il-Lussemburgu

33,6

33,5

33,5

33,5

33,4

33,4

L-Ungerija

1 276,7

1 275,5

1 274,1

1 274,0

1 273,9

1 269,2

Malta

5,2

5,2

5,2

5,2

5,2

4,7

In-Netherlands

749,2

736,8

724,3

712,5

700,8

732,4

L-Awstrija

693,1

692,4

691,8

691,7

691,7

691,7

Il-Polonja

3 359,2

3 375,7

3 392,0

3 411,2

3 430,2

3 061,5

Il-Portugall

565,9

574,0

582,1

590,8

599,4

599,5

Ir-Rumanija

1 600,0

1 772,5

1 801,3

1 872,8

1 903,2

1 903,2

Is-Slovenja

138,0

137,0

136,0

135,1

134,3

134,3

Is-Slovakkja

435,5

438,6

441,8

445,2

448,7

394,4

Il-Finlandja

523,3

523,4

523,5

524,1

524,6

524,6

L-Iżvezja

696,8

697,2

697,6

698,7

699,7

699,8

Ir-Renju Unit

3 169,8

3 176,3

3 182,7

3 191,4

3 200,8

3 591,7

(3)

L-Anness VI jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS VI

Dispożizzjonijiet finanzjarji li japplikaw għall-Kroazja msemmijin fl-Artikoli 10 u 19

A.

Ammont għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(a):

EUR 382 600 000

B.

Ammonti totali tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari msemmija fl-Artikolu 19(3):

(f'eluf ta' EUR)

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

248 690

229 560

191 300

153 040

114 780

76 520

38 260 ”


(*1)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.”

(*2)  Għall-Kroazja, il-limitu nett għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 344 340 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 382 600 000.”


Top