Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0812

Regolament (UE) 2015/812 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98

OJ L 133, 29.5.2015, p. 1–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/812/oj

29.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/1


REGOLAMENT (UE) 2015/812 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Mejju 2015

li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-obbligu tal-ħatt u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġislattiva (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa bħala wieħed mill-għanijiet tiegħu l-eliminazzjoni gradwali tal-iskartar permezz tal-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt għal qabdiet ta' speċi soġġetti għal limiti ta' qbid u speċi soġġetti għal daqsijiet minimi fil-Mediterran. Ċerti dispożizzjonijiet ta' regolamenti eżistenti li jistabbilixxu miżuri tekniċi u miżuri ta' kontroll imorru kontra l-obbligu tal-ħatt u jobbligaw lis-sajjieda jiskartaw il-ħut. Sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn dawk ir-regolamenti u l-obbligu tal-ħatt, u biex l-obbligu tal-ħatt isir operazzjonali, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati jew imħassra.

(2)

B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (4) għandu jiġi emendat billi jirrikjedi li l-qabdiet mhux intenzjonati kollha ta' organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt u maqbuda b'eċċess tal-limiti ta' kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti; billi jiġu sostitwiti daqsijiet minimi tal-ħatt għal organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; billi jirrikjedi li l-qabdiet mhux intenzjonati kollha ta' organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt u maqbuda b'eċċess tal-limiti ta' qabdiet inċidentali f'żoni speċifiċi, fi żmien speċifiku u għal tipi ta' tagħmir speċifiċi, għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti; u billi jiġi ċċarat li l-projbizzjoni fuq is-selezzjoni kwalitattiva ma għandhiex tapplika fejn jiġu introdotti eżenzjonijiet skont l-obbligu tal-ħatt.

(3)

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet dwar l-għeluq ta' żona għall-protezzjoni merluzz tal-linja sewda li għadu qed jikber fid-Diviżjoni VIb tal-ICES għandhom jiġu emendati.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 (5) għandu jiġi emendat billi jirrikjedi li l-qabdiet mhux intenzjonati kollha ta' organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt fil-Baħar Baltiku u maqbuda b'eċċess tal-limiti ta' kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti; billi jiġu sostitwiti d-daqsijiet minimi ta' ħatt għal organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u billi jiġi pprojbit qbid tas-salamun u tat-trota tal-baħar fi żmien speċifiku u f'żoni speċifiċi għajr bit-tunnara.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (6) għandu jiġi emendat billi jiġu sostitwiti d-daqsijiet minimi tal-organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, mingħajr ma jfixklu l-kunċett u l-implimentazzjoni tad-daqsijiet minimi tal-qbid eżistenti.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (7) għandu jiġi emendat billi jirrikjedi li, meta jsir sajd b'għeżula, xbieki tat-tħabbil u pariti f'żoni speċifikati u fi żmien speċifikat, il-qabdiet mhux intenzjonati kollha ta' bakkaljaw għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

(7)

Skont il-parir xjentifiku mogħti mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, li skontu r-regola dwar il-limitazzjoni tal-isforzi fil-pjan ta' ġestjoni eżistenti għall-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku m'hemmx bżonn li tilħaq l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata fir-rigward tal-istokkijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt, il-limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jitneħħew.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 (8) għandu jiġi emendat billi jirrikjedi li, fis-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ għall-imriewaħ li l-qabdiet mhux intenzjonati kollha ta' organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt u maqbuda b'eċċess tal-limiti ta' qabdiet inċidentali għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (9) għandu jiġi emendat billi jirrikjedi li qabdiet mhux intenzjonati ta' speċi tal-baħar fond soġġetti għall-obbligu tal-ħatt għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

(10)

Sabiex jiġu żgurati s-sorveljanza u l-infurzar tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (10) għandu jiġi emendat billi jitlob data dwar il-qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li għandha tiġi rreġistrata separatament, billi jirrikjedi li qabdiet jiġu stivati separatament u billi jinkludi dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta' qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, u dwar il-mobilizzazzjoni ta' osservaturi ta' kontroll.

(11)

Hekk kif l-iskartar jikkostitwixxi ħela sostanzjali u jaffettwa ħażin l-isfruttament sostenibbli ta' organiżmi tal-baħar u ekostistemi tal-baħar, u hekk kif, il-konformità mill-operaturi mal-obbligu tal-ħatt hija essenzjali għas-suċċess tiegħu, il-ksur tal-obbligu tal-ħatt għandu jiġi kategorizzat bħala serju taħt ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-obbligu tal-ħatt jirrappreżenta bidla fundamentali għall-operaturi. Skont dan, huwa xieraq li tiġi posposta l-applikazzjoni tar-regoli dwar ksur serju għal dak it-tip ta' ksur b'sentejn.

(12)

L-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt flimkien ma' ċerti regoli dwar flessibilitajiet ġodda tal-kwota interannwali, tirrikjedi aġġustament tar-regoli dwar it-tnaqqis tal-kwoti u l-isforz tas-sajd.

(13)

L-iżvilupp ta' attivitajiet paralleli speċifikament iddedikati għall-qbid ta' organiżmi tal-baħar li huma taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għal użu minbarra l-konsum mill-bnedmin għandu jiġu mwaqqaf, u r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandu jiġi emendat biex jirrifletti dak il-prinċipju.

(14)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 stabbilixxa l-kunċett ta' daqsijiet minimu ta' referenza għall-konservazzjoni bil-għan li jiżgura l-ħarsien ta' organiżmi tal-baħar mhux maturi. Fir-rigward tal-ispeċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt, ħut li jaqa' taħt dawn id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni ma jistgħux jintużaw għal konsum dirett mill-bniedem. Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jipprevedi għall-adozzjoni ta' standards komuni tat-tqegħid fis-suq, fosthom id-daqsijiet minimi għat-tqegħid fis-suq. Sabiex ma jħarbatx l-għan tad-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni, dawn id-daqsijiet minimi għat-tqegħid fis-suq għandhom jikkorrispondu mad-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għall-ispeċi inkwistjoni. Għalhekk jeħtieġ li d-daqsijiet minimi għat-tqegħid fis-suq jiġu allinjati mad-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni.

(15)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu jippermetti espressament li pjani ta' skartar jinkludu miżuri tekniċi li huma strettament marbutin mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt u li jkollhom l-għan li jżidu s-selettività u jnaqqsu kemm jista' jkun possibbli qabdiet inċidentali.

(16)

Ħut li sarlu ħsara minn predaturi, bħal mammiferi tal-baħar li jieklu l-ħut, ħut jew għasafar predatorji, jista' jikkostitwixxi riskju għall-bnedmin, l-annimali domestiċi u ħut ieħor minħabba patoġeni u batterji li jistgħu jiġu trażmessi minn tali predaturi. Konsegwentement, l-obbligu tal-ħatt ma għandux japplika għal qabdiet ta' ħut li saritlu ħsara bħal dan li għandu jintefa' immedjatament lura l-baħar.

(17)

Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002, u (KE) Nru 1224/2009, kif ukoll ir-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(18)

Peress li r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet u restrizzjonijiet assoċjati dwar l-użu tal-aringi li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 (12) ma għadhomx rilevanti skont l-obbligu tal-ħatt, billi l-aringi kollha soġġetti għall-obbligu tal-ħatt għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti u kull aringa taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għandha tintuża għal skopijiet għajr dak ta' konsum dirett mill-bniedem, dak ir-Regolament għandu jitħassar.

(19)

Il-kelma “Komunità” użata fit-termini ta' promulgazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 għandha titbiddel sabiex jitqies id-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Diċembru 2009, tat-Trattat ta' Lisbona,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt (c) tal-Artikolu 4(2), il-punt (b) tal-Artikolu 46(1), u fl-Anness I, in-nota ta' qiegħ (5) in-nom “Komunità”, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit b'“Unjoni”, filwaqt li ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa;

(2)

l-Artikolu 1a jitħassar;

(3)

fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

“(i)

‘qabdiet mhux intenzjonati’ tfisser il-qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), iridu jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti, jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet l-qabdiet inċidentali.

(*)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

;

(4)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Sajd għal kwalunkwe speċi elenkata f'Annessi I sa V bl-użu ta' daqs tal-malji iżgħar mill-għażla ta' daqsijiet speċifikata għall-ispeċi mmirati elenkati f'dawk l-Annessi għandu jiġi pprojbit.”

;

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal qabdiet mhux intenzjonati ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

;

(5)

fl-Artikolu 7(5), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati ta' krustaċji tal-ġeneru Pandalus soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għal krustaċji tal-ġeneru Pandalus bl-użu ta' xbieki b'daqs tat-toqob ta' bejn 32 u 54 millimetru mingħajr it-tagħmir speċifikat fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprojbit.”

;

(6)

fl-Artikolu 10 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

;

(7)

fl-Artikolu 11(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

;

(8)

l-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

1.   Fejn organiżmi tal-baħar ta' speċi li hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt jinqabdu b'eċċess tal-perċentwali jew kwantitajiet permessi speċifikati fl-Artikoli 20(2), 21(2), 22(2)(b), 27(2), 29(4)(b), 29b(2), 29b(4), 29d(5)(d), 29d(6)(d), 29d(7)(c), 29f(1), 34b(2)(c), u 34b(10) ta' dan ir-Regolament u l-Annessi I sa VII, X u XI għalih, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

2.   Organiżmi tal-baħar ta' speċi mhux soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jinqabdu b'eċċess tal-perċentwali permessi speċifikati fl-Artikoli 20(2), 21(2), 22(2)(b), 27(2), 29(4)(b), 29b(2), 29b(4), 29d(5)(d), 29d(6)(d), 29d(7)(c), 29f(1), 34b(2)(c), u 34b(10) ta' dan ir-Regolament u l-Annessi I sa VII, X and XI għalih, ma għandhomx jinħattu iżda jintefgħu immedjatament lura fil-baħar.”

;

(9)

l-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Organiżmu tal-baħar jitqies żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni speċifikati fl-Annessi XII u XIIa għall-ispeċi rilevanti u għaż-żona ġeografika relevanti, jew daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni stabbilit mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Ħlief fejn id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jkunu ġew stabbiliti f'att adottat skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fl-Annessi XII u XIIa ta' dan ir-Regolament.”

;

(10)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Proċedura għall-istabbiliment ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni fil-kuntest ta' pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, sabiex jiġu adottati l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tistabbilixxi daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament. Dawn id-daqsijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikolu 48a ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħar ta' organiżmi tal-baħar u jistgħu jidderogaw, fejn xieraq, mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fl-Annessi XII u XIIa għal dan ir-Regolament.”

;

(11)

l-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 19

1.   Għal qabdiet ta' organiżmi tal-baħar li jkunu għadhom żgħar ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   Fejn qabdiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu nħattu, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin tagħhom jew biex isibu suq għalihom, bħall-appoġġ għall-investiment fil-kostruzzjoni u l-adattament ta' postijiet tal-ħatt u postijiet ta' kenn, jew l-appoġġ għal investimenti biex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

3.   Organiżmi tal-baħar li għadhom żgħar ta' speċi mhux soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, jinħattu, jiġu ttrasportati, maħżuna, mibjugħa, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ, imma għandhom jintefgħu lura fil-baħar immedjatament.

4.   Il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għas-sardin, l-inċova, l-aringa, il-kavalli u s-sawrell, f'limitu ta' 10 % skont il-piż ħaj tal-qabdiet totali abbord ta' kull waħda minn dawn l-ispeċi.

Il-perċentwal ta' sardin, inċovi, aringi, sawrell jew kavalli li għadhom żgħar għandu jinħadem bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu nħattu.

Il-perċentwal jista' jinħadem fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10 % ma għandux jinqabeż matul it-trasbord, il-ħatt, it-trasport, il-ħażna, il-wiri jew il-bejgħ.

5.   Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għal sardin, inċova, sawrell u kavalli żgħar li jinqabdu għall-użu bħala lixka ħajja li jistgħu jinżammu abbord, dejjem jekk jinżammu ħajjin.”

;

(12)

fl-Artikolu 19a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal qabdiet jew speċi li huma eżentati mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.”

;

(13)

fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Fejn l-aringi jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il- paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika.

Sajd għal aringi fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmija fil- paragrafu 1għandu jiġi pprojbit meta jintużaw:

(a)

tagħmir irmunkat b'daqs tal-malji ta' inqas minn 55 mm;

(b)

purse seines;

(c)

għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti b'daqs tal-malji iżgħar minn 55 mm; jew

(d)

xbieki tal-mitlaq b'daqs tal-malji inqas minn 55 mm għajr meta skont il-paragrafu 3.”

;

(14)

fl-Artikolu 20a, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Fejn l-aringi jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika. Qabdiet mhux intenzjonati ta' aringi għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għal aringi fiż-żona ġeografika u matul il-perijodi msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jiġi pprojbit meta jintużaw:

(a)

tagħmir irmunkat b'daqs tal-malji ta' inqas minn 55 mm;

(b)

purse seines; jew

(c)

għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti u xbieki tal-mitlaq b'daqs tal-malji ta' inqas minn 55 mm.”

;

(15)

fl-Artikolu 21, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fejn is-sardin ikun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika.

Sajd għal sardin fiż-żoni ġeografiċi u waqt il-perijodi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprojbit meta jintużaw:

(a)

tagħmir irmunkat b'daqs tal-malji ta' inqas minn 32 mm;

(b)

purse seines; jew

(c)

għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti u xbieki tal-mitlaq b'daqs tal-malji ta' inqas minn 30 mm.”

;

(16)

fl-Artikolu 22(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fejn is-sawrell ikun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika.

Sajd għal sawrell fiż-żona ġeografika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprojbit fejn aktar minn 15 % tal-qabda għal dik l-ispeċi tinqabad bl-użu ta':

(a)

tagħmir irmunkat b'daqs tal-malji ta' inqas minn 70 mm; jew

(b)

purse seines.”

;

(17)

fl-Artikolu 23(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fejn l-inċova tkun soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika. Qabdiet mhux intenzjonati ta' inċova għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għal inċova fiż-żoni ġeografiċi bi xbieki tat-tkarkir msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprojbit.”

;

(18)

fl-Artikolu 27, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fejn il-merluzz tan-Norveġja jkun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika.

Sajd għal merluzz tan-Norveġja fiż-żona ġeografika msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprojbit meta jintuża tagħmir irmunkat b'daqs tal-malji iżgħar minn 32 mm.”

;

(19)

fil-punt (b) tal-Artikolu 29(4), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fejn is-sallur tar-ramel u/jew is-sardin u l-barbun tat-tbajja u/jew il-lingwata huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-paragrafi (i), (ii) u (iii) ta' dan il-punt ma għandhomx japplikaw.

Sajd għal sallur tar-ramel u/jew is-sardin minn bastimenti li jużaw tagħmir tas-sajd mhux speċifikat f'dan il-punt għandu jiġi pprojbit.”

;

(20)

fl-Artikolu 29a(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta s-sallur tar-ramel ikun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika.

Qabdiet mhux intenzjonati tas-sallur tar-ramel għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.Sajd għal sallur tar-ramel bl-użu ta' tagħmir irmunkat b'daqs tal-malji ta' inqas minn 32 mm fiż-żona ġeografika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprojbit.”

;

(21)

l-Artikolu 29b huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-iskampu jkun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulatfl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika.

Sajd għall-iskampu bit-tagħmir tas-sajd u fiż-żona ġeografika msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jiġi pprojbit.”

;.

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-iskampu jkun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika.

Sajd għall-iskampu f'dik l-ispeċi fiż-żoni ġeografiċi u barra l-perijodi msemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi pprojbit.”

;

(22)

l-Artikolu 29c huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 29c

Il-kaxxa Rockall Haddock fis-Subżona VI tal-ICES

Is-sajd kollu, għajr dak bil-konzijiet, għandu jiġi pprojbit fiż-żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji rombu tal-pożizzjonijiet segwenti, li għandhom jitkejlu bis-sistema tal-koordinati WGS84:

57°00′ N, 15°00′ W

57°00′ N, 14°00′ W

56°30′ N, 14°00′ W

56°30′ N, 15°00′ W

57°00′ N, 15°00′ W.”

;

(23)

l-Artikolu 29d huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fejn l-ispeċi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, kif ukoll speċi oħrajn soġġetti għal limiti ta' qbid, jinqabdu permezz tat-tagħmir tas-sajd imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, u dawk l-ispeċi jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika. Qabdiet mhux intenzjonati ta' dawk l-ispeċi għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd igħall-ispeċi mhux elenkati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprojbit.”

;

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fejn l-ispeċi msemmija f'punt (b) tal-ewwel subparagrafu kif ukoll speċi oħrajn soġġetti għal limiti ta' qbid li jinqabdu permezz tat-tagħmir tas-sajd imsemmi f'punt (a) tal-ewwel subparagrafu, u dawn l-ispeċi jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, allura punt (b) tal-ewwel subparagrafu m'għandux japplika. Qabdiet mhux intenzjonati ta' dawk l-ispeċi għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għall-ispeċi mhux elenkati f'punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprojbit.”

;

(24)

fl-Artikolu 29e(2), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fejn l-ispeċi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, kif ukoll speċi oħrajn soġġetti għal limiti ta' qbid li jinqabdu permezz tal-irkaptu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, u dawk l-ispeċi jkunu soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, punt (b) tal-ewwel subparagrafu m'għandux japplika. Qabdiet mhux intenzjonati ta' dawk l-ispeċi għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għall-ispeċi mhux elenkati f'punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprojbit.”

;

(25)

fl-Artikolu 29f, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Fejn il-linarda tkun soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il- paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika.

Sajd għal-linarda bi kwalunkwe rkaptu fil-perijodu u fiż-żoni msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprojbit.”

;

(26)

l-Artikolu 35 jitħassar;

(27)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 47

Proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi fil-kuntest tal-pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, għall-finijiet li tadotta l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sajd jew speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt li jikkonsistu f'miżuri tekniċi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta' att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 48a ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bil-għan li tiżdied is-selettività tal-irkaptu jew jitnaqqas jew, sa fejn hu possibbli, jiġu eliminati l-qabdiet mhux mixtieqa, u jistgħu, fejn xieraq, jidderogaw mill-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.”

;

(28)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 48a

Eżerċizzju ta' delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikoli 18a u 47 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin, mill-1 ta' Ġunju 2015.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 18a u 47 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol f'effett fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 18a u 47 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn minn meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu notifikti dwar dan l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

;

(29)

fl-Annessi XII u XIIa, it-terminu “Daqs/Daqsijiet minimi” huwa sostitwit bit-terminu “Daqs/daqsijiet minimu/i ta' referenza għall-konservazzjoni”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2187/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

“(p)

‘qabdiet mhux intenzjonati’ tfisser il-qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), għandhom jinħattu, jingħaddu u jinqatgħu mill-kwoti jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet jew il-qabdiet inċidentali.

(**)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

.

(2)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Sajd għal kull speċi msemmija fl-Annessi II u III, l-użu ta' xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u tagħmir simili, għeżula, xbieki tat-tħabbil u pariti b'daqs tal-malji iżgħar mill-għażla ta' daqsijiet speċifikata għall-ispeċi mmirati elenkati f'dawk l-Annessi għandu jiġi pprojbit.”

;

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

;

(c)

fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

;

(3)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

L-ilħiq tal-perċentwali ta' qabdiet rekwiżiti

1.   Fejn organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt jinqabdu b'eċċess tal-perċentwali permessi speċifikati fl-Annessi II u III, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

2.   Organiżmi tal-baħar ta' speċi mhux soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jinqabdu b'eċċess tal-perċentwali permessi kif speċifikat fl-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jinħattu iżda għandhom jintefgħu immedjatament lura fil-baħar.”

;

(4)

fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Organiżmu tal-baħar jitqies żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni speċifikati fl-Anness IV għall-ispeċi rilevanti u għaż-żona ġeografika rilevanti jew daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni stabbilit mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Ħlief fejn id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jkunu ġew stabbiliti f'att adottat skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.”

;

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

Proċedura għall-istabbiliment ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni fil-kuntest tal-pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, sabiex jiġu adottati l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tistabbilixxi daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament. Dawn id-daqsijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikolu 28b ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħar ta' organiżmi tal-baħar, u jistgħu jidderogaw, fejn xieraq, mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.”

;

(6)

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għal qabdiet ta' organiżmi tal-baħar li għadhom żgħar ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1a.   Fejn qabdiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu nħattu, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin tagħhom jew biex isibu suq għalihom, bħall-appoġġ għall-investiment fil-kostruzzjoni u l-adattament ta' postijiet tal-ħatt u postijiet ta' kenn, jew l-appoġġ għal investimenti biex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

1b.   Organiżmi tal-baħar ta' daqs żgħir ta' speċi mhux soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, jinħattu, jiġu ttrasportati, maħżuna, mibjugħa, impoġġija għall-wiri jew offruti għall-bejgħ, imma għandhom jintefgħu lura fil-baħar immedjatament.”

;

(7)

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fejn is-salamun (Salmo salar) huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal qabdiet ta' salamun. Fejn it-trota tal-baħar (Salmo trutta) hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt kif jinsab fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal qabdiet tat-trota tal-baħar. Qabdiet mhux intenzjonati ta' salamun (Salmo salar) jew it-trota tal-baħar (Salmo trutta) għandhom jinħattu, u, fil-każ tas-salamun, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għal salamun (Salmo salar) u għal troti tal-baħar (Salmo trutta) bl-użu ta' kwalunkwe tagħmir tas-sajd fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u kif speċifikat fil-paragrafu 2 għandu jiġi pprojbit.”

;

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess sajd għas-salamun (Salmo salar) jew it-trota tal-baħar (Salmo trutta) bit-tunnara.”

;

(8)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 28a

Proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi fil-kuntest ta' pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, għall-finijiet li tadotta l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sajd jew speċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt li jikkonsistu f'miżuri tekniċi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikolu 28b ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bil-għan li tiżdied is-selettività tal-irkaptu jew jitnaqqas jew, sa fejn hu possibbli, jiġu eliminati qabdiet mhux mixtieqa u jistgħu, fejn xieraq, jidderogaw mill-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 28b

Eżerċizzju ta' delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 14a u 28a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Ġunju 2015.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 14a u 28a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 14a u 28a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

;

(9)

fl-Anness IV, it-terminu “Daqsijiet minimi tal-ħatt” huwa sostitwit bit-teminu “Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni”u t-terminu “Daqs minimu” huwa sostitwit bit-terminu “Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni”.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 1(1), it-titolu tal-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 16(2), it-titolu tal-Artikolu 18, l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 27(3) u l-Aness I, it-taqsima B, il-paragrafu 7, in-nom “Komunità”, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit b'“Unjoni”, filwaqt li ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa;

(2)

fl-Artikolu 2, jiżied il-punt li ġej:

“18.

‘qabdiet mhux intenzjonati’ tfisser il-qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), iridu jinħattu għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni.

(***)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

.

(3)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

Proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi fil-kuntest ta' pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, għall-finijiet li tadotta l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sajd jew speċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt li jikkonsistu f'miżuri tekniċi msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament. Tali miżuri għandhom ikunu adottati permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikolu 29a ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bil-għan li tiżdied is-selettività tal-irkaptu jew jitnaqqsu jew, sa fejn hu possibbli, ikunu eliminati qabdiet mhux mixtieqa u jistgħu, fejn xieraq, jidderogaw mill-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.”

;

(4)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Organiżmu tal-baħar jitqies ta' daqs żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni speċifikati fl-Anness III għall-ispeċi rilevanti u għaż-żona ġeografika relevanti jew kif stabbilit mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni. Ħlief fejn id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jkunu ġew stabbiliti f'att adottat skont l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandhom japplikaw id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

1a.   Għal qabdiet ta' organiżmi tal-baħar ta' daqs żgħir ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1b.   Fejn ikunu nħattu qabdiet imsemmija fil-paragrafu 1a, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ miżuri biex jiffaċilitaw il-ħżin tagħhom jew biex isibu suq għalihom, bħall-appoġġ għall-investiment fil-kostruzzjoni u l-adattament ta' postijiet tal-ħatt u postijiet ta' kenn, jew l-appoġġ għal investimenti biex jiżied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

1c.   Organiżmi tal-baħar ta' daqs żgħir ta' speċi mhux soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, jinħattu, jiġu trasferiti, stivati, mibjugħa, murija jew offruti għall-bejgħ, imma għandhom jintefgħu lura fil-baħar immedjatament.”

;

(b)

fil-paragrafu 3, il-frażi “Paragrafu 1” hija sostitwita bil-frażi “Paragrafu 1a”.

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 15a

Proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi fil-kuntest ta' pjani ta' skartar

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, għall-finijiet li jiġu adottati l-atti msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għad-durata tiegħu, li tistabbilixxi daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament. Dawn id-daqsijiet għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' att delegat adottat skont l-Artikolu 29a ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni taż-żgħar ta' organiżmi tal-baħar u jistgħu jidderogaw, fejn xieraq, mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni speċifikati fl-Anness III għal dan ir-Regolament.”

;

(6)

fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   B'deroga mill-Artikolu 15(1), organiżmi tal-baħar żgħar jistgħu jinqabdu, jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati, jinħattu, jiġu ttrasferiti, jinħażnu, jinbiegħu, jitpoġġew għall-wiri jew jiġu offruti għall-bejgħ ħajjin bil-għan tal-istokkjar mill-ġdid dirett jew għat-trapjant, bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru fejn iseħħu dawk l-attivitajiet.”

.

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 29a

Eżerċizzju ta' delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 14a u 15a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Ġunju 2015.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 14a u 15a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 14a u 15a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

;

(8)

fl-Anness III, it-terminu “Daqsijiet minimi ta' organiżmi tal-baħar” huwa sostitwit bit-teminu “Daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni” u t-terminu “Daqs minimu” huwa sostitwit bit-terminu “Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni”.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1098/2007

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikoli 2 u 10, l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 17(1), (2) u (5), in-nom “Komunità”, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit b'“Unjoni”, filwaqt li ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa;

(2)

fl-Artikolu 3 jiżied il-punt li ġej:

“(g)

‘qabdiet mhux intenzjonati’ tfisser qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****), iridu jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti, jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet u l-qabdiet inċidentali.

(****)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

;

(3)

it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b'dan li ġej:

“PERIJODI TA' SAJD”

.

(4)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Perijodi meta mhux permess sajd b'ċerti tipi ta' rkaptu”

;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-bakkaljaw ikun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika. Qabdiet mhux intenzjonati ta' bakkaljaw għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għal bakkaljaw bl-użu ta' lenez tat-tisqif, fiż-żoni u matul il-perijodi msemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi pprojbit.”

;

(c)

il-paragrafi 3, 4 u 5 huma mħassra.

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwitb'dan li ġej:

“6.   B'deroga mill-paragrafu 1, bastimenti tas-sajd b'tul totali ta' inqas minn 12-il metru għandhom ikunu permessi jistadu sa ħamest ijiem kull xahar maqsumin f'perijodi ta' mill-anqas jumejn konsekuttivi matul il-perijodi magħluqa msemmija fil-paragrafu 1. Matul dakn il-jiem, il-bastimenti tas-sajd jistgħu jgħaddsu x-xbieki tagħhom u jħottu ħut biss mis-6:00 tat-Tnejn sas-18:00 tal-Ġimgħa tal-istess ġimgħa.

L-Artikolu 16 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu mingħajr ma jkollhom permess għas-sajd tal-bakkaljaw.”

;

(e)

il-paragrafu 7 huwa mħassar;

(5)

fl-Artikolu 9(3), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-bakkaljaw ikun soġġett għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika. Qabdiet mhux intenzjonati ta' bakkaljaw għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Sajd għal bakkaljaw bl-użu tat-tip ta' rkaptu li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 fiż-żoni u matul il-perijodi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi pprojbit.”

.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 254/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 254/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

‘Qabdiet mhux intenzjonati’ tfisser il-qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****), iridu jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti, jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet u l-qabdiet inċidentali.

(*****)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

;

(2)

fl-Artikolu 3(1), jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Madankollu, meta jintuża l-irkaptu speċifikat fl-ewwel subparagrafu, il-qabdiet mhux intenzjonati kollha ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regulament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

;

(3)

fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati tal-organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

.

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2347/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikoli 1 u 5, in-nom “Komunità”, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit b'“Unjoni”, filwaqt li ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa;

(2)

fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt li ġej:

“(f)

‘qabdiet mhux intenzjonati’ tfisser qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******), għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti, jew għax ikunu taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet u l-qabdiet inċidentali.

(******)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

;

(3)

fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Bastimenti tas-sajd li ma jkollhomx permess għas-sajd fil-baħar fond għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għal speċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg f'kull vjaġġ fuq il-baħar. Speċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg maqbuda minn dawn il-bastimenti ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati jew jinħattu l-art.

It-tieni subparagrafu ma għandux japplika għal qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċijiet tal-baħar fond soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.”

.

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, Artikolu 2(1), l-Artikolu 3, il-punti 2, 7, 9, 10, 18 u 24 tal-Artikolu 4, l-Artikolu 5(2), (6) u (7), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 9(4) sa (7), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 14(1) u (4) sa (8), l-Artikolu 15(1) sa (5), l-Artikolu 17(1) u (2), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 20(1) u (3), l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(1) sa (3) u (5), l-Artikolu 23(1) u (3), l-Artikolu 24(1) sa (5), l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 33(2), (5) u (8), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 37(1), l-Artikolu 40(1), l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 44(1) sa (3), l-Artikolu 48(1), (2) u (5), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 50(1) u (5), l-Artikolu 55(1), l-Artikolu 56(2), l-Artikolu 58(2) u (7), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 65(1), l-Artikolu 68(1), l-Artikolu 71(1), l-Artikolu 73(1) u (7), l-Artikolu 74(2), l-Artikoli 77 u 79, l-Artikolu 80(1) sa (4), l-Artikolu 81(1), l-Artikolu 83(1) u (2), l-Artikolu 87, punt (c) tal-Artikolu 108(2), l-Artikolu 112(1) u (2) u l-Artikolu 113(2), (4) u (5), in-nom “Komunità”, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostiwit b'“Unjoni”, filwaqt li ssir kwalunkwe bidla grammatikali meħtieġa;

(2)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fi pjani pluriennali, il-kaptan ta' kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta' 10 metri jew aktar għandu jżomm ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tal-operazzjonijiet, li jindika speċifikament, għal kull vjaġġ ta' sajd, il-kwantitajiet kollha ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord li jiżnu aktar minn 50 kg ekwivalenti ta' piż ħaj. Il-limitu minimu ta' 50 kg għandu japplika hekk kif il-qabdiet tal-ispeċi jaqbżu l-50 kg.”

;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew, fejn xieraq, in-numru ta' individwi, inkluż il-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs ta' referenza minimu għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata.”

;

(c)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tagħhom ir-rimi kollu stmat ta' ħut ta' aktar minn 50 kg ta' ekwivalenti ta' piż ħaj f'volum għal kwalunkwe speċi li mhix soġġetta għall-obbligu tal-ħatt.

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ukoll jirreġistraw fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd tagħhom ir-rimi kollu stmat ta' ħut f'volum għal kwalunkwe speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt tagħha skont l-Artikolu 15(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******).

(*******)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

;

(3)

fl-Artikolu 17(1), il-punti (e) u (f) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(e)

il-kwantitajiet ta' kull speċi rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord dwar is-sajd, inkluż dawk taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata;

(f)

il-kwantitajiet ta' kull speċi li jinħattu jew jiġu ttrasbordati, inklużi dawk taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata.”

;

(4)

fl-Artikolu 21(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta' individwi, inklużi l-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata;”

;

(5)

fl-Artikolu 23(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-kwantitajiet ta' kull speċi f'kilogrammi ta' piż tal-prodott imqassma skont it-tip ta' preżentazzjoni tal-prodott, jew, fejn xieraq, l-għadd ta' individwi inklużi l-kwantitajiet jew individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata;”

;

(6)

l-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

għall-kwantitajiet ta' kull stokk jew grupp ta' stokkijiet soġġetti għat-TACs jew għall-kwoti tal-ħatt matul ix-xahar ta' qabel, inkluż dawk taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli, bħala entrata separata; u”

;

(b)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Qabdiet meqjusa fil-qafas tar-riċerka xjentifika li jiġu kkumerċjalizzati u mibjugħin, inkluż, fejn xieraq, dawk taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, għandhom jitnaqqsu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera sakemm jaqbżu t-2 % tal-kwoti kkonċernati. L-Artikolu 12(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (********) ma għandux japplika għal vjaġġi ta' riċerka xjentifika li matulhom jinqabdu qabdiet bħal dawn.

(********)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1).”"

;

(7)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 49a

Stivar separat ta' qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

1.   Il-qabdiet kollha taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli miżmuma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandhom jitpoġġew f'kaxxi, kumpartamenti jew kontenituri b'tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kumpartamenti jew kontenituri oħra. Dawk il-qabdiet ma għandhomx jitħalltu ma' prodotti oħra tas-sajd.

2.   il-paragrafu 1 ma għandux japplika:

(a)

meta l-qabdiet jinkludu aktar minn 80 % ta' waħda mill-ispeċi pelaġiċi jew industrijali żgħar jew aktar kif elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

għal bastimenti tas-sajd li huma inqas minn 12-il metru tul totali fejn qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jkunu ġew magħżula, stmati u rreġistrati skont l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-kompożizzjoni tal-qabda permezz ta' teħid ta' kampjuni.

Artikolu 49b

Regola de minimis

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabdiet li jaqgħu taħt l-eżenzjoni de minimis imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma jaqbżux il-perċentwal tal-eżenzjoni stabbilit fil-miżura rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 49c

Ħatt ta' qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni

Fejn qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jinħattu, dawk il-qabdiet għandhom jinħażnu separatament u jiġu ttrattati b'tali mod li jagħmilhom distinti minn prodotti tas-sajd destinati għall-konsum dirett mill-bniedem. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw il-konformità ma' dak l-obbligu skont l-Artikolu 5.”

;

(8)

l-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontroll fit-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ bl-imnut, inkluż it-trasport. L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-użu ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġi ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd ta' diversi speċi, li jikkonsistu f'ħut individwali taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli li ġejjin mill-istess żona ġeografika rilevanti u l-istess bastiment tas-sajd, jew grupp ta' bastimenti tas-sajd, jistgħu jitpoġġew f'lottijiet qabel l-ewwel bejgħ.”

;

(9)

fl-Artikolu 58(5), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ea)

f'każijiet fejn ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli jkun fil-kwantitajiet imsemmija fil-punt (e), informazzjoni separata dwar il-kwantitajiet ta' kull speċi, f'kilogrammi espressi f'piż nett jew bħalagħadd ta' ħut individwali;”

;

(10)

fl-Artikolu 64(1), il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(h)

fejn xieraq, id-destinazzjoni ta' prodotti mneħħija mis-suq għall-ħażna ta' prodotti tas-sajd skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(ha)

fejn xieraq, il-kwantitajiet f'kilogrammi espressi f'piż nett jew l-għadd ta' individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli, u d-destinazzjoni tagħhom;”

.

(11)

fl-Artikolu 66(3), jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

fejn xieraq, il-kwantitajiet, f'kilogrammi espressi f'piż nett jew l-għadd ta' individwi, taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli;”

;

(12)

fl-Artikolu 68(5), jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

fejn xieraq, il-kwantitajiet f'kilogrammi espressi f'piż nett jew l-għadd ta' individwi taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni applikabbli;”

;

(13)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 73a

Osservaturi ta' kontroll għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 73(1) ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jużaw osservaturi ta' kontroll abbord bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom għall-monitoraġġ tas-sajd soġġetti għall-obbligu tal-ħatt kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. L-Artikolu 73(2) sa (9) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawk l-osservaturi ta' kontroll.”

;

(14)

fl-Artikolu 90(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

in-nuqqas li jinġiebu u jinżammu abbord il-bastiment tas-sajd u li jinħattu qabdiet jew speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sakemm qabdiet bħal dawn li jinġiebu u jinżammu abbord u l-ħatt ta' dawn il-qabdiet ma jmurx kontra l-obbligi jew ikunu soġġetti għal eżenzjonijiet previsti fir-regoli tal-politika komuni tas-sajd f'sajd jew f'żoni tas-sajd fejn japplikaw regoli bħal dawn.”

;

(15)

fl-Artikolu 92, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta' punti għal ksur serju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u għall-ksur tal-obbligu tal-ħatt imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 90(1) ta' dan ir-Regolament, li abbażi tagħhom detentur ta' liċenzja tas-sajd jiġi assenjat in-numru adatt ta' punti bħala riżultat ta' ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.”

;

(16)

l-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tabella hija sostitwita b'din li ġejja:

“Livell ta' sajd eċċessiv imqabbel mal-ħatt permess

Fattur ta' multiplikazzjoni

Sa 10 %

Sajd eċċessiv *1,0

'Il fuq minn 10 % sa 20 %

Sajd eċċessiv *1,2

'Il fuq minn 20 % sa 40 %

Sajd eċċessiv *1,4

'Il fuq minn 40 % sa 50 %

Sajd eċċessiv *1,8

Kwalunkwe sajd eċċessiv aktar minn 50 %

Sajd eċċessiv *2,0”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Flimkien mal-fatturi ta' multiplikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u sakemm il-livell ta' sajd eċċessiv, imqabbel mal-ħatt permess ma jaqbiżx l-10 %, għandu japplika l-fattur ta' multiplikazzjoni ta' 1,5 jekk:

(a)

Stat Membru jkun ripetutament stad iżjed mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta' stokkijiet matul is-sentejn preċedenti u tali sajd eċċessiv sar soġġett għal tnaqqis kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)

il-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b'mod partikolari, ir-rapporti mħejjija mill-STECF ikunu stabbilixxew li sajd eċċessiv jikkostitwixxi theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk ikkonċernat; jew

(c)

l-istokk ikun soġġett għal pjan pluriennali.”

;

(c)

il-paragrafu 3a huwa mħassar.

(17)

fl-Artikolu 106(2), it-tabella hija sostitwita b'din li ġejja:

“Firxa tal-eċċess tal-isforz tas-sajd disponibbli

Fattur ta' multiplikazzjoni

Sa 10 %

(Eċċess * 1,0)

'Il fuq minn 10 % sa 20 %

(Eċċess * 1,2)

'Il fuq minn 20 % sa 40 %

(Eċċess * 1,4)

'Il fuq minn 40 % sa 50 %

(Eċċess * 1,8)

Kwalunkwe eċċess ieħor aktar minn 50 %

(Eċċess * 2,0)”

.

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 28, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   F'konformità mal-objettiv stipulat fil-punt (b) tal- Artikolu 7(1), l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiżguraw, fil-pjani ta' produzzjoni u ta' tqegħid fis-suq li jippreżentaw skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, li l-ħatt ta' organiżmi tal-baħar taħt id-daqs ta' referenza minimu ta' konservazzjoni ma għandux iwassal għall-iżvilupp ta' attivitajiet immirati speċifikament għall-qbid ta' dawk l-organiżmi tal-baħar.

Meta jwettqu l-ispezzjonijiet mitluba mill-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jissodisfaw l-obbligu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”

.

(2)

L-Artikolu 47 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 47

Regoli li jistabbilixxu standards komuni tat-tqegħid fis-suq

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-regoli li jistabbilixxu standards komuni tat-tqegħid fis-suq, b'mod partikolari dawk stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 (*********), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 (**********), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 (***********), kif ukoll regoli oħra adottati għall-applikazzjoni ta' standards komuni tat-tqegħid fis-suq, bħal dawk stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 (************), għandhom jibqgħu japplikaw.

2.   Fejn id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jkunu stabbiliti, għandhom jikkostitwixxu d-daqsijiet minimi għat-tqegħid fis-suq.

(*********)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jistipula standards komuni tat-tqegħid fis-suq għas-sardin priservat u deskrizzjonijiet tan-negozju għas-sardin priżervat u prodotti tat-tip ta' sardin (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79)."

(**********)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 tad-9 ta' Ġunju 1992 li jippreskrivi l-istuards ta' marketing komuni għat-tonn u għall-plamtu/tumbrell priservat (ĠU L 163, 17.6.1992, p. 1)."

(***********)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jistabbilixxi stuards komuni għall-marketing għal ċerti prodotti tal-industrija tas-sajd (ĠU L 334, 23.12.1996, p. 1)."

(************)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85 tat-23 ta' Diċembru 1985 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' livelli komuni fis-suq għal ċertu ħut frisk u mkessaħ (ĠU L 351, 28.12.1985, p. 63).”"

.

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

ħut li juri ħsara kkawżata minn predaturi.”

.

(b)

fil-paragrafu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

dispożizzjonijiet speċifiċi rigward sajd jew speċijiet koperti mill-obbligu tal-ħatt imsemmi fil-paragrafu 1, bħalll-miżuri tekniċi msemmija fl- Artikolu 7(2), bil-għan li tiżdied is-selettività tal-irkaptu jew jitnaqqsu jew, kemm jista' jkun, jiġu eliminati l-qabdiet mhux mixtieqa;”

;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“14.   Sal-31 ta' Mejju 2016, u sal-31 ta' Mejju ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ibbażat fuq l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri, il-Kunsilli Konsultattivi u sorsi oħra rilevanti lill-Kummissjoni.

Ir-rapporti annwali għandhom jinkludu:

passi li ttieħdu mill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jikkonformaw mal-obbligu tal-ħatt;

passi li ttieħdu mill-Istati Membri rigward il-kontroll ta' konformità mal-obbligu tal-ħatt;

informazzjoni dwar l-impatt soċjoekonomiku tal-obbligu tal-ħatt;

informazzjoni dwar l-effett tal-obbligu tal-ħatt fuq is-sikurezza abbord bastimenti tas-sajd;

informazzjoni dwar l-użu u s-swieq tal-qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni ta' speċi soġġetti għall-obbligu tal-ħatt;

informazzjoni dwar l-infrastrutturi tal-port u l-armar tal-bastimenti fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt;

għal kull industrija ta' sajd ikkonċernata, informazzjoni dwar id-diffikultajiet li nqalgħu fl-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt u rakkomandazzjonijiet li jindirizzawhom.”

.

Artikolu 10

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1434/98 huwa imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (14) u (15) tal-Artikolu 7 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-20 ta' Mejju 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 311, 12.9.2014, p. 68.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2015.

(3)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz (bakkaljaw) fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 tat-12 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi miżuri li għandhom ikunu applikabbli fl-2002 għall-irkupru tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (id-diviżjoni VIIa tal-ICES) (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 1).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kondizzjonijiet relatati applikabbli għas-sajd ta' stokkijiet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6).

(10)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(11)  Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 tad-29 ta' Ġunju 1998 li jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali għajr il-konsum dirett tal-bniedem (ĠU L 191, 7.7.1998, p. 10).


Top