EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0549
Council Implementing Regulation (EU) 2015/549 of 7 April 2015 implementing Regulation (EU) No 267/2012 concerning restrictive measures against Iran
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/549 tas- 7 ta' April 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/549 tas- 7 ta' April 2015 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
OJ L 92, 8.4.2015, p. 12–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/549
tas-7 ta' April 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46 (2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(2) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-22 ta' Jannar 2015 fil-Kawżi Konġunti T-420/11 u T-56/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/299/PESK (2) u 2011/783/PESK (3) f'dak li jirrigwarda l-inklużjoni tal-entitajiet li ġejjin fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012: Ocean Capital Administration GmbH, First Ocean Administration GmbH, First Ocean GmbH & Co. KG, Second Ocean Administration GmbH, Second Ocean GmbH & Co. KG, Third Ocean Administration GmbH, Third Ocean GmbH & Co. KG, Fourth Ocean Administration GmbH, Fourth Ocean GmbH & Co. KG, Fifth Ocean Administration GmbH, Fifth Ocean GmbH & Co. KG, Sixth Ocean Administration GmbH, Sixth Ocean GmbH & Co. KG, Seventh Ocean Administration GmbH, Seventh Ocean GmbH & Co. KG, Eighth Ocean Administration GmbH, Eighth Ocean GmbH & Co. KG, Ninth Ocean Administration GmbH, Ninth Ocean GmbH & Co. KG, Tenth Ocean Administration GmbH, Tenth Ocean GmbH & Co. KG, Eleventh Ocean Administration GmbH, Eleventh Ocean GmbH & Co. KG, Twelfth Ocean Administration GmbH, Twelfth Ocean GmbH & Co. KG, Thirteenth Ocean Administration GmbH, Fourteenth Ocean Administration GmbH, Fifteenth Ocean Administration GmbH, Sixteenth Ocean Administration GmbH, Kerman Shipping Co. Ltd, Woking Shipping Investments Ltd, Shere Shipping Co. Ltd, Tongham Shipping Co. Ltd, Uppercourt Shipping Co. Ltd, Vobster Shipping Co. Ltd, Lancelin Shipping Co. Ltd., IRISL Maritime Training Institute, Kheibar Co. u Kish Shipping Line Manning Co.. |
(3) |
Abbażi ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet ġdida, 32 minn dawk l-entitajiet għandhom jiddaħħlu mill-ġdid fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(4) |
Permezz tas-sentenza tagħha tat-22 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-176/12, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK (4) li Bank Tejarat jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(5) |
Bank Tejarat għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK tat-23 ta' Mejju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, 24.5.2011, p. 65).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 71).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 22).
ANNESS
(1) |
L-entità elenkata hawn taħt għandha tiġi inkluża fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012: I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran B. Entitajiet
|
(2) |
L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiġu inklużi fil-lista li tinsab fil-Parti III tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012: III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) B. Entitajiet
|