This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0295
Commission Implementing Decision (EU) 2015/295 of 24 February 2015 on the approval of the MELCO GXi efficient alternator as an innovative technology for reducing CO 2 emissions from passenger cars pursuant to Regulation (EC) No 443/2009 of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal- 24 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO 2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/295 tal- 24 ta' Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO 2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 53, 25.2.2015, pp. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020D1806
|
25.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/295
tal-24 ta' Frar 2015
dwar l-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-fornitur Mitsubishi Electric Corporation (MELCO), irrappreżentat fl-Unjoni minn Mitsubishi Electric Automotive Europe B.V, (l-“Applikant”) issottometta applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-alternatur effiċjenti ta' MELCO GXi bħala teknoloġija innovattiva fl-24 ta' Ġunju 2014. Il-kompletezza tal-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2). Il-Kummissjoni sabet li fl-applikazzjoni oriġinali tħalliet barra ċerta informazzjoni rilevanti u talbet lill-Applikant jipprovdiha. Il-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni kompluta fl-10 ta' Lulju 2014 u bdiet tevalwa l-applikazzjoni l-għada. |
|
(2) |
L-applikazzjoni, li ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-“Linji Gwida Tekniċi”) (3), instabet li kienet kompluta. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għall-alternatur effiċjenti MELCO GXi, għall-klassijiet ta' kurrent minn 130 A sa 250 A. L-alternatur għandu effiċjenza għolja kif iddeterminat skont l-approċċ VDA deskritt fil-punt 5.1.2 fl-Anness I tal-Linji Gwida Tekniċi. Dak l-approċċ jirreferi għall-metodoloġija tal-ittestjar speċifikata fl-Istandard internazzjonali ISO 8854:2012 (4). L-alternatur tal-Applikant għandu effiċjenza ogħla meta mqabbel mal-alternatur ta' referenza, peress li jnaqqas dawn it-tliet tipi ta' telf: telf tar-rettifika bis-saħħa ta' dijodu ġdid b'telf baxx ta' enerġija; telf ta' ħadid fl-istatur bl-użu ta' qalba tal-azzar elettromanjetiku rqiq u ta' grad għoli, u telf ta' ram fl-istatur bl-użu ta' statur b'fattur għoli ta' mili u bl-applikazzjoni ta' struttura assjali ta' tberrid. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-informazzjoni pprovduta mill-applikant turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(5) |
L-Applikant wera li l-użu ta' alternatur ta' effiċjenza għolja tat-tip deskritt f'din l-applikazzjoni ma kienx jaqbeż 3 % tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena ta' referenza 2009. |
|
(6) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta' CO2 li t-teknoloġija innovattiva se tagħti meta vettura tiġi armata biha, huwa meħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura ta' referenza li magħha se titqabbel l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif ipprovdut fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Il-Kummissjoni tara li huwa xieraq li jitqies alternatur b'effiċjenza ta' 67 % bħala teknoloġija xierqa ta' referenza fil-każ li t-teknoloġija innovattiva tiġi installata fuq tip ta' vettura ġdida. Meta l-alternatur effiċjenti MELCO GXi jiġi installat fuq tip ta' vettura eżistenti, it-teknoloġija ta' referenza għandha tkun l-alternatur tal-verżjoni l-aktar reċenti ta' dak it-tip imqiegħed fis-suq. |
|
(7) |
L-Applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis ta' CO2 li tinkludi formoli li huma konsistenti mal-formoli deskritti fil-Linji Gwida Tekniċi għall-metodu ssimplifikat fir-rigward tal-alternaturi effiċjenti. Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija tal-ittestjar se tipprovdi riżultati tal-ittestjar li huma verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li kapaċi turi b'mod realistiku l-benefiċċji rigward l-emissjonijiet ta' CO2 tat-teknoloġija innovattiva b'sinifikat statistiku qawwi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(8) |
L-Applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis ta' CO2 li tinkludi formoli li huma bbażati fuq il-Linji Gwida Tekniċi fir-rigward tal-alternaturi effiċjenti. Il-Kummissjoni tinnota li l-metodoloġija tal-ittestjar u l-formoli użati mill-Applikant għall-kalkolu tal-iffrankar ta' CO2 fiż-żewġ każijiet huma identiċi fl-aspetti kollha mal-metodoloġija speċifikata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE (5). Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija speċifikata fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni Nru 2013/341/UE għandha tintuża biex jiġi ddeterminat it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 dovut għall-użu tal-alternatur effiċjenti MELCO GXi. |
|
(9) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b'mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa tal-anqas ta' 1 g CO2/km. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-iffrankar tat-teknoloġija innovattiva jista' jintwera parzjalment permezz taċ-ċiklu tat-test standard, u li l-iffrankar totali finali li jrid jiġi ċċertifikat għalhekk għandu jkun iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni ssib li r-rapport ta' verifika tħejja mill-UTAC (Groupe UTAC CERAM) u li r-rapport jappoġġja s-sejbiet stipulati fl-applikazzjoni. |
|
(12) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ssib li ma għandha tagħmel ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni. |
|
(13) |
Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandu jiġi speċifikat il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni, |
|
(14) |
Kwalunkwe manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi ta' CO2 tiegħu sabiex jilħaq il-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu permezz tal-iffrankar ta' CO2 li jiġi mill-użu tat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jirreferi għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-vetturi kkonċernati, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-alternatur effiċjenti Mitsubishi Electric Corporation GXi li għandu effiċjenza akbar billi jnaqqas tliet tipi differenti ta' telf u li huwa maħsub għall-użu f'vetturi M1 huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
2. It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 bl-użu tal-alternatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun iddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni Nru 2013/341/UE.
3. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 iddeterminat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jista' jiġi ċċertifikat u jiddaħħal fiċ-ċertifikat ta' konformità u d-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip speċifikati fl-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE biss meta t-tnaqqis ikun daqs jew aktar mil-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
4. Il-kodiċi individwali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li għandha tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun “12”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19).
(3) http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/docs/guidelines_en.pdf.
(4) ISO 8854. Road vehicles — Alternators with regulators — Test methods and general requirements. Numru ta' referenza ISO 8854:2012(E).
(5) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/341/UE tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta' Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 98)
(6) Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).