This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0803
2014/803/EU: Decision No 1/2014 of the EU-Switzerland Joint Committee of 10 October 2014 determining the cases of exemption from transmitting the data referred to in the first subparagraph of Article 3(3) of Annex I to the Agreement of 25 June 2009 between the European Community and the Swiss Confederation on the simplification of inspections and formalities in respect of the carriage of goods and on customs security measures
2014/803/UE: Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera tal- 10 ta' Ottubru 2014 li tiddetermina l-każijiet ta' eżenzjoni mit-trasmissjoni tad- data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tal- 25 ta' Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta' sigurtà
2014/803/UE: Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kumitat Konġunt UE-Svizzera tal- 10 ta' Ottubru 2014 li tiddetermina l-każijiet ta' eżenzjoni mit-trasmissjoni tad- data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tal- 25 ta' Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta' sigurtà
ĠU L 331, 18.11.2014, pp. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
18.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/38 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-SVIZZERA
tal-10 ta' Ottubru 2014
li tiddetermina l-każijiet ta' eżenzjoni mit-trasmissjoni tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta' sigurtà
(2014/803/UE)
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim tal-25 ta' Ġunju 2009 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta' sigurtà (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim għandu l-għan li jżomm, kif inhuma, is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti ta' merkanzija mill-fruntieri u l-fluss bla xkiel tal-kummerċ bejn iż-żewġ Partijiet Kontraenti, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' sigurtà fil-katina tal-provvista. |
|
(2) |
Il-Partijiet Kontraenti impenjaw ruħhom li jiggarantixxu fit-territorju rispettiv tagħhom livell ta' sigurtà ekwivalenti permezz ta' miżuri bbażati fuq il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Meta oġġetti ta' merkanzija ddestinati għal pajjiż terz jitilqu mit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti billi jaqsmu t-territorju doganali tal-Parti Kontraenti l-oħra, id-data ta' sigurtà kontenuta fid-dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ ippreżentata lill-awtorità kompetenti tal-ewwel Parti Kontraenti għandha tiġi trasmessa minn din tal-aħħar lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra. |
|
(4) |
Il-Kumitat Konġunt jista' jiddetermina l-każijiet li fihom ma tkunx meħtieġa din it-trasmissjoni ta' informazzjoni sakemm ma jkunx affettwat il-livell ta' sigurtà garantit mill-Ftehim. |
|
(5) |
L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; taħt l-Anness 17 tal-Konvenzjoni, bil-għan li l-avjazzjoni internazzjonali tkun protetta minn atti ta' interferenza illegali, it-trasportaturi tal-ajru jassoġġettaw il-merkanzija kollha ta' inġenju tal-ajru għall-kontrolli tas-sigurtà qabel ma din titgħabba abbord. |
|
(6) |
Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera huma marbuta bil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru tal-21 ta' Ġunju 1999, li jirregola b'mod partikolari s-sigurtà u s-sikurezza tal-avjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
F'dak li jikkonċerna l-esportazzjonijiet ta' oġġetti taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I tal-Ftehim, it-trasmissjoni tad-data ma tkunx meħtieġa sakemm:
|
(a) |
fir-rigward tal-oġġetti jkun hemm l-aċċettazzjoni minn kumpannija tal-ajru biex tittrasportahom 'il barra mit-territorju doganali tal-Partijiet Kontraenti; |
|
(b) |
il-ħruġ tal-oġġetti permezz tal-uffiċċju tad-dwana tat-tieni Parti Kontraenti jsir bl-ajru; |
|
(c) |
tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni sommarja ta' ħruġ jew dikjarazzjoni doganali ta' esportazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti għal dikjarazzjoni sommarja lill-uffiċċju tad-dwana responsabbli għall-post li minnu jiġu esportati l-oġġetti; |
|
(d) |
meta l-oġġetti jaslu fl-uffiċċju tad-dwana fil-post tal-ħruġ tat-territorju doganali tat-tieni Parti Kontraenti, it-trasportatur jipprovdi lil dak l-uffiċċju doganali, fuq it-talba tiegħu, kopja tad-dokument ta' akkumpanjament ta' esportazzjoni tal-Unjoni jew kwalunkwe dokument simili maħruġ mill-awtoritajiet doganali Svizzeri u li jkollu fih id-data ta' sigurta għall-oġġetti esportati. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Vacallo, l-10 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt UE-Svizzera,
Il-President
Michaela SCHÄRER-RICKENBACHER