EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1292
Regulation (EU) No 1292/2013 of the European Parliament and of the Council of 11 December 2013 amending Regulation (EC) No 294/2008 establishing the European Institute of Innovation and Technology Text with EEA relevance
Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija Test b’relevanza għaż-ŻEE
OJ L 347, 20.12.2013, p. 174–184
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/05/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0819
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/174 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1292/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Diċembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 173(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tassenja rwol minn ta' quddiem lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) li jikkontribwixxi għal għadd ta' inizjattivi ewlenin. |
(2) |
Matul il-perijodu mill-2014 sal-2020, l-EIT għandu jikkontribwixxi għall-objettivi ta' “Orizzont 2020 - Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("Orizzont 2020"), bl-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. |
(3) |
Sabiex ikun żgurat qafas koerenti għal dawk li jieħdu sehem f'Orizzont 2020, ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ("Regoli għall-Parteċipazzjoni") għandu japplika għall-EIT. |
(4) |
Ir-regoli dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma ddefiniti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni. |
(5) |
Ir-regoli dwar l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi huma ddefiniti f'Orizzont 2020. |
(6) |
L-EIT għandu jrawwem l-intraprenditorija fl-attivitajiet tiegħu tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. B'mod partikolari, għandu jippromwovi edukazzjoni intraprenditorjali eċċellenti u jappoġġa l-ħolqien ta' impriżi ġodda u li qabdu ritmu b'saħħtu. |
(7) |
L-EIT għandu jaħdem direttament mar-rappreżentanti nazzjonali u reġjonali u ma' partijiet interessati oħra minn naħa għal oħra tal-katina tal-innovazzjoni biex jiġġenera effetti ta' benefiċċju fuq iż-żewġ naħat. Sabiex dan id-djalogu u l-iskambju jkunu aktar sistematiċi għandu jiġi stabbilit Forum tal-Partijiet Interessati li jiġbor flimkien komunità usa' ta' partijiet interessati madwar kwistjonijiet orizzontali. L-EIT għandu jwettaq ukoll attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni mmirati lejn partijiet interessati rilevanti. |
(8) |
L-EIT għandu jippromwovi parteċipazzjoni bilanċjata b'mod adegwat bejn l-atturi differenti mit-trijangolu tal-għarfien involuti fil-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni ("KICs"). Barra minn hekk, għandu jippromwovi parteċipazzjoni b'saħħitha mis-settur privat, b'mod partikolari mill-impriżi mikro/żgħar u ta' daqs medju ("SMEs"). |
(9) |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-KICs għandu jkun iddefinit u l-oriġini tar-riżorsi finanzjarji tal-KICs għandha tkun iċċarata. |
(10) |
L-għamla tal-entitajiet tal-EIT għandha tkun issimplifikata. It-tħaddim tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkun issimplifikat u r-rwoli u l-ħidmiet rispettivi tal-Bord tat-Tmexxija u tad-Direttur għandhom jiġu ċċarati aktar. |
(11) |
KICs ġodda, inklużi l-oqsma ta' prijorità tagħhom u l-organizzazzjoni u l-waqt propizju tal-proċess ta' għażla, għandhom jitniedu abbażi ta' modalitajiet iddefiniti fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni wara proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv. |
(12) |
Il-KICs għandhom iwessgħu l-attivitajiet edukattivi tagħhom sabiex isaħħu l-bażi tal-ħiliet madwar l-Unjoni, billi jipprovdu korsijiet ta' taħriġ professjonali u oħrajn adegwati. |
(13) |
Il-kooperazzjoni fl-organizzazzjoni tal-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet tal-KICs bejn il-Kummissjoni u l-EIT huma meħtieġa sabiex tkun żgurata koerenza mas-sistema ġenerali ta' monitoraġġ u evalwazzjoni fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-prinċipji għall-monitoraġġ tal-KICs u l-EIT għandhom ikunu ċari. |
(14) |
Il-KICs għandhom ifittxu s-sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, dawk nazzjonali u reġjonali. |
(15) |
Sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni usa' ta' organizzazzjonijiet minn Stati Membri differenti fil-KICs, l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom ikunu stabbiliti f’tal-inqas tliet Stati Membri differenti. |
(16) |
L-EIT u l-KICs għandhom jiżviluppaw attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u jxerrdu l-aħjar prassi, inkluż permezz tal-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali. |
(17) |
Il-kriterji u l-proċeduri għall-finanzjament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs għandhom ikunu adotatti mill-EIT qabel it-tnedija tal-proċess ta' għażla tal-KIC. |
(18) |
Il-Programm Triennali ta' Ħidma tal-EIT għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-objettivi speċifiċi tal-EIT, kif iddefiniti fl-Orizzont 2020, u l-komplementarjetajiet mal-istrumenti u l-politiki tal-Unjoni. |
(19) |
L-EIT, billi jaqa’ taħt Orizzont 2020, se jkun parti mis-semplifikazzjoni tal-infiq minħabba t-tibdil tal-klima kif iddefinit f'Orizzont 2020. |
(20) |
L-evalwazzjoni tal-EIT għandha tipprovdi kontribut f'waqtu għall-evalwazzjoni ta' Orizzont 2020 fl-2017 u l-2023. |
(21) |
Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' aspetti speċifiċi tal-attivitajiet tal-EIT. |
(22) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu ta' Orizzont 2020 li għandu jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba (5), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-EIT għandha tkun ipprovduta minn Orizzont 2020. |
(23) |
Kuntrarju għall-aspettattivi inizjali, il-Fondazzjoni tal-EIT mhux se tirċievi kontribuzzjoni diretta mill-baġit tal-Unjoni, u l-proċedura ta' kwittanza tal-Unjoni ma għandhiex għaldaqstant tapplika għaliha. |
(24) |
Biex l-affarijiet ikunu aktar ċari, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jiġi sostitwit b'Anness ġdid. |
(25) |
Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 3 Missjoni u Objettivi Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jindirizza l-isfidi l-kbar li tiffaċċja s-soċjetà Ewropea. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi sinerġiji u kooperazzjoni fost l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-għolja standards u l-integrazzjoni tagħhom, inkluż permezz tat-trawwim tal-intraprenditorija. L-Objettivi Ġenerali, l-Objettivi Speċifiċi u l-indikaturi tar-riżultati tal-EIT għall-perijodu mill-2014 sal-2020 huma ddefiniti f'Orizzont 2020.". |
(3) |
L-Artikolu 4(1) jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 5(1) jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:
|
(7) |
Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 7a Prinċipji għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-KICs L-EIT għandu, fuq il-bażi tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti, fost l-oħrajn, fir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u l-ASI, u f'kooperazzjoni tal-Kummissjoni, jorganizza monitoraġġ kontinwu u evalwazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kontribut, ir-riżultati u l-impatt ta' kull KIC. Ir-riżultati ta' tali monitoraġġ u evalwazzjonijiet għandhom jiġu rappurtati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandhom jiġu magħmula pubbliċi. Artikolu 7b Tul ta’ żmien, kontinwazzjoni u tmiem ta’ KIC 1. Suġġett għall-eżitu tal-monitoraġġ kontinwu u tal-evalwazzjonijiet minn żmien għal żmien u għall-ispeċifiċitajiet ta' oqsma partikolari, KIC normalment għandu jkollu qafas ta' żmien ta' minn seba' sa ħmistax-il sena. 2. L-EIT jista' jistabbilixxi ftehim qafas ta' sħubija ma' KIC għal perijodu inizjali ta' seba' snin. 3. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddeċiedi li jestendi l-ftehim qafas ta' sħubija ma' KIC lil hinn mill-perijodu inizjali stabbilit, fil-limiti tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 19, jekk dan ikun l-aktar mod adatt biex jintlaħqu l-objettivi tal-EIT. 4. Fil-każ li evalwazzjonijiet ta' KIC juru riżultati inadegwati, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu l-miżuri adatti inklużi t-tnaqqis, il-modifika jew l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju jew it-tmiem tal-ftehim.". |
(8) |
Fl-Artikolu 8(2), jiddaħħal il-punt li ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 10 huwa mħassar. |
(10) |
L-Artikolu 13(2) jinbidel b’dan li ġej: "2. L-EIT għandu jippubblika r-regoli ta’ proċedura tiegħu, ir-regoli finanzjarji speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 21(1) u l-kriterji dettaljati għall-għażla tal-KICs imsemmija fl-Artikolu 7 qabel ma jinħarġu s-sejħiet għal proposti għall-għażla tal-KICs.". |
(11) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
L-Artikolu 15 jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 15 Programmazzjoni u rappurtar 1. L-EIT għandu jadotta programm triennali progressiv ta' ħidma, ibbażat fuq l-ASI, ladarba tiġi adottata, li fih stqarrija tal-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi ppjanati tal-EIT u tal-KICs, inkluża stima ta' ħtiġijiet u sorsi finanzjarji. Għandu jkun fih ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-KICs u l-EIT, bl-użu ta’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati. Il-programm triennali progressiv preliminari ta' ħidma għandu jintbagħat mill-EIT lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru tas-sena li tispiċċa sentejn qabel id-dħul fis-seħħ tal-programm ta' ħidma triennali in kwistjoni (is-sena N- 2). Fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ppreżentat il-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-objettivi speċifiċi tal-EIT kif iddefiniti f'Orizzont 2020 u l-komplementaritajiet mal-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni. L-EIT għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u, f'każ ta' nuqqas ta' qbil, jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma finali għandu jiġi trasmess mill-EIT lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għall-finijiet ta' informazzjoni. Fuq talba, id-Direttur għandu jippreżenta l-programm ta' ħidma finali lill-kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew. 2. L-EIT għandu jadotta rapport annwali sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jagħti fil-qosor l-attivitajiet immexxija mill-EIT u l-KICs matul is-sena kalendarja ta' qabel u jeżamina r-riżultati fir-rigward tal-objettivi, l-indikaturi u l-iskeda taż-żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet imwettqa, l-użu ta' riżorsi u l-operat ġenerali tal-EIT. L-EIT għandu jibgħat ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u jinformahom tal-anqas darba fis-sena dwar l-attivitajiet tal-EIT, il-kontribut tagħhom għal Orizzont 2020 u għall-politiki u l-objettivi ta' innovazzjoni, riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni." |
(13) |
L-Artikolu 16 jiġi emendat kif ġej:
|
(14) |
L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:
|
(15) |
L-Artikolu 19 jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 19 Impenji Baġitarji 1. Il-pakkett finanzjarju minn Orizzont 2020 għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 huwa stabbilit għal EUR 2 711,4 miljun fi prezzijiet attwali. 2. L-ammont għandu jikkostitwixxi r-referenza ewlenija għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' 2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba] (***). 3. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lejn il-KICs għandha tkun ipprovduta minn dan il-pakkett finanzjarju. |
(16) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
L-Artikolu 21 jiġi emendat kif ġej:
|
(18) |
L-Artikolu 22(4) huwa mħassar. |
(19) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 22a Xoljiment tal-EIT Fil-każ tax-xoljiment tal-EIT, il-likwidazzjoni tiegħu għandha sseħħ taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni skont il-liġijiet applikabbli. Il-ftehimiet mal-KICs u l-att li jistabbilixxi l-Fondazzjoni tal-EIT għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet adegwati f'tali sitwazzjoni.". |
Artikolu 2
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 294/2008 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
V. LEŠKEVIČIUS
(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 122.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU)
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (Ara paġna 104 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid f'"Orizzont 2020" - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), (Ara paġna 81 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1).
ANNESS
Statuti tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
TAQSIMA 1
KOMPOŻIZZJONI TAL-BORD TAT-TMEXXIJA
1. |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul kemm minn membri maħtura kif ukoll minn rappreżentanti. |
2. |
Għandu jkun hemm 12-il membru maħtur, b'ħatra mill-Kummissjoni, li fosthom ikun hemm bilanċ bejn dawk b'esperjenza fin-negozju, fl-edukazzjoni għolja u fir-riċerka. Dawn għandu jkollhom mandat ta’ erba' snin li ma jiġġeddidx. Fejn meħtieġ, il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat lill-Kummissjoni proposta għall-ħatra ta' membru(i) ġdid(ġodda). Il-kandidat(i) għandu jintgħażel (għandhom jintgħażlu) abbażi tar-riżultat ta' proċedura trasparenti u miftuħa li tinvolvi l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati. Il-Kummissjoni għandha żżomm kont tal-bilanċ bejn l-esperjenza fl-edukazzjoni għolja, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju kif ukoll tal-bilanċ bejn is-sessi u dak ġeografiku u għandha tapprezza l-ambjenti tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membru(i) u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċess tal-għażla u tal-ħatra finali ta’ dawk il-membri tal-Bord tat-Tmexxija. F'każ li membru maħtur ma jkunx jista' jibqa' sat-tmiem tal-mandat tiegħu/tagħha, għandu jinħatar membru sostitut permezz tal-istess proċedura bħal dik tal-membru li ma jistax ikompli l-mandat sabiex iwettaq sat-tmiem il-mandat ta' dan tal-aħħar. Membru sostitut li jkun serva għal perijodu ta' inqas minn sentejn jista' jinħatar mill-ġdid mill-Kummissjoni għal perijodu addizzjonali ta' erba' snin fuq talba tal-Bord tat-Tmexxija. Matul perijodu tranżitorju, il-membri tal-Bord maħtura inizjalment għal perijodu ta' sitt snin għandhom jaslu sa tmiem il-mandat tagħhom. Sa dak in-nhar għandu jkun hemm 18-il membru maħtur. Fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, terz mit-tnax-il membru maħtur fl-2012 għandu jintgħażel mill-Bord tat-Tmexxija bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni biex iservi għal perijodu ta' sentejn, terz għal perijodu ta' erba' snin u terz għal perijodu ta' sitt snin. Il-Kummissjoni tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati kif dovut, bil-ħsieb li tippreserva l-integrità tal-Bord tat-Tmexxija, twaqqaf il-mandat ta' membru tal-Bord fuq inizjattiva tagħha stess. |
3. |
Għandu jkun hemm tliet membri rappreżentattivi eletti mill-KICs minn fost l-organizzazzjonijiet imsieħba. Dawn għandu jkollhom mandat ta’ sentejn, li jista’ jiġġedded darba. Il-mandat tagħhom jintemm jekk ma jibqgħux mal-KIC. Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-elezzjoni u s-sostituzzjoni tal-membri rappreżentattivi għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija abbażi ta' proposta mid-Direttur. Dan il-mekkaniżmu għandu jiżgura rappreżentanza xierqa tad-diversità u għandu jżomm kont tal-evoluzzjoni tal-KICs. Matul perijodu tranżitorju, il-membri rappreżentanti inizjalment eletti għal perijodu ta' tliet snin għandhom jaslu sa tmiem il-mandat tagħhom. Sa dakinhar għandu jkun hemm erba' membri rappreżentanti. |
4. |
Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jaġixxu fl-interess tal-EIT, jissalvagwardjaw il-miri u l-missjoni, l-identità, l-awtonomija u l-koerenza tiegħu b'mod indipendenti u trasparenti. |
TAQSIMA 2
RESPONSABBILTAJIET TAL-BORD TAT-TMEXXIJA
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet strateġiċi meħtieġa, b'mod partikolari:
(a) |
jadotta l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI) tal-EIT, il-programm progressiv triennali ta' ħidma, il-baġit, il-kontijiet annwali u l-karta tal-bilanċ u r-rapport annwali tal-attivitajiet abbażi ta' proposta mid-Direttur; |
(b) |
jadotta kriterji u proċeduri għall-finanzjament, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs, abbażi ta' proposta mid-Direttur; |
(c) |
jadotta l-proċedura ta' għażla tal-KICs; |
(d) |
jagħżel u jaħtar sħubija bħala KIC jew jirtira l-ħatra fejn opportun; |
(e) |
jiżgura evalwazzjoni kontinwa tal-attivitajiet tal-KICs; |
(f) |
jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, dawk għall-Kumitat Eżekuttiv, kif ukoll ir-regoli finanzjarji speċifiċi tal-EIT; |
(g) |
jiddefinixxi, bil-qbil tal-Kummissjoni, l-onorarji xierqa għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Kumitat Eżekuttiv; dawn l-onorarji għandhom jitqabblu ma' remunerazzjoni simili fl-Istati Membri; |
(h) |
jadotta proċedura għall-għażla tal-Kumitat Eżekuttiv u tad-Direttur; |
(i) |
jaħtar u jekk meħtieġ ineħħi mill-kariga lid-Direttur, u jeżerċita awtorità dixxiplinari fuqu/fuqha; |
(j) |
jaħtar l-Uffiċjal tal-Kontabilità u l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv; |
(k) |
jadotta kodiċi ta’ mġiba tajba dwar il-kunflitti ta’ interess; |
(l) |
jistabbilixxi, fejn xieraq, gruppi konsultattivi li jista’ jkollhom mandat definit; |
(m) |
jistabbilixxi Funzjoni ta' Awditjar Intern skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (1); |
(n) |
ikollu s-setgħa li jistabbilixxi Fondazzjoni bl-objettiv speċifiku tal-promozzjoni u l-appoġġ tal-attivitajiet tal-EIT; |
(o) |
jiddeċiedi dwar il-politika lingwistika tal-EIT filwaqt li jqis il-prinċipji eżistenti dwar il-multilingwiżmu u r-rekwiżiti prattiċi tal-operat tiegħu; |
(p) |
jippromwovi l-EIT globalment, sabiex iżid l-attrattività tiegħu u jagħmlu entità ta' klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni. |
TAQSIMA 3
FUNZJONAMENT TAL-BORD TAT-TMEXXIJA
1. |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri maħtura. Il-mandat tal-President għandu jkun għal sentejn, li jista’ jiġġedded darba. |
2. |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi tal-membri li għandhom id-dritt tal-vot. Madankollu, id-deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-punti (a), (b), (c), (i) u (o) tat-Taqsima 2, u taħt il-paragrafu 1 ta' din it-Taqsima għandhom jeħtieġu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li għandhom id-dritt li jivvutaw. |
3. |
Il-membri rappreżentanti ma jistgħux jivvotaw dwar id-deċiżjonijiet taħt il-punti (b), (c), (d), (e), (f), (g) (i), (j), (k), (o) u (p) tat-Taqsima 2. |
4. |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa' f'sessjoni ordinarja mill-anqas tliet darbiet fis-sena u f'sessjoni straordinarja meta jitlaqqa' mill-President tiegħu jew fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri kollha tiegħu. |
5. |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun megħjun mill-Kumitat Eżekuttiv. Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn tliet membri maħtura u l-President tal-Bord tat-Tmexxija, li għandu jippresiedi wkoll il-Kumitat Eżekuttiv. It-tliet membri apparti l-President għandhom jintgħażlu mill-Bord tat-Tmexxija minn fost il-membri maħtura tal-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega kompiti speċifiċi lill-Kumitat Eżekuttiv. |
TAQSIMA 4
ID-DIRETTUR
1. |
Id-Direttur għandu jkun persuna ta' kompetenza u reputazzjoni għolja fl-oqsma li fihom jopera l-EIT. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija għal mandat ta’ erba’ snin. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi dak il-mandat darba b’perijodu ta' erba’ snin meta jqis li l-interessi tal-EIT jinqdew aħjar jekk isir hekk. |
2. |
Id-Direttur għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet u l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-EIT u għandu jkun ir-rappreżentant ġuridiku tiegħu. Id-Direttur għandu jagħti rendikont lill-Bord tat-Tmexxija u jirrapporta lilu fuq bażi kontinwa dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-EIT. |
3. |
Id-Direttur għandu b'mod partikolari:
|
TAQSIMA 5
IL-PERSUNAL TAL-EIT
1. |
Il-persunal tal-EIT għandu jkun magħmul minn persuni impjegati direttament mill-EIT taħt kuntratti b'terminu fiss. Il-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għad-Direttur u għall-persunal tal-EIT. |
2. |
Jistgħu jiġu ssekondati esperti, għal perijodu limitat, mal-EIT. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta dispożizzjonijiet li jippermettu lill-esperti ssekondati jaħdmu mal-EIT u jiddefinixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. |
3. |
L-EIT għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tiegħu, is-setgħat mogħtija lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti mal-persunal tiegħu. |
4. |
Jista' jiġi meħtieġ minn membru tal-persunal li jagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara, kompletament jew parzjalment, imġarrba mill-EIT bħala riżultat ta' kondotta serjament skorretta min-naħa tiegħu/tagħha matul il-qadi ta' dmirijietu/ha jew b’rabta mal-qadi ta' dmirijietu/ha. |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).