EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0979

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 979/2013 tal- 11 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, rigward il-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il- mandolin u s-satsumas, il-klementini, il-qaqoċċ, il-larinġ, il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini

OJ L 272, 12.10.2013, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/979/oj

12.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/35


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 979/2013

tal-11 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, rigward il-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il- mandolin u s-satsumas, il-klementini, il-qaqoċċ, il-larinġ, il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2010, l-2011 u l-2012, għandhom jiġu adattati l-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali għall- mandolin u s-satsumas, il-klementini, u l-qaqoċċ mill-1 ta’ Novembru 2013, għal-larinġ mill-1 ta’ Diċembru 2013, u għal-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3)

Għaldaqstant jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVIII

DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Mingħajr ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan- NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Numru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-applikazzjoni

Volumi tal-iskattar (f’tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

462 389

78.0020

Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

30 766

78.0065

0707 00 05

Ħjar

Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

13 080

78.0075

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

15 100

78.0085

0709 91 00

Qaqoċċ

Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

12 663

78.0100

0709 93 10

Zukkini

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

112 241

78.0110

0805 10 20

Larinġ

Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

252 542

78 0120

0805 20 10

Klementini

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

82 192

78 0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

81 570

78.0155

0805 50 10

Lumi

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

310 090

78.0160

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

51 670

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

124 303

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

553 379

78.0180

Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

72 914

78.0220

0808 30 90

Lanġas

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

183 233

78.0235

Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

25 489

78.0250

0809 10 00

Berquq

Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

4 930

78.0265

0809 29 00

Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa

Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

33 967

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

2 712

78.0280

0809 40 05

Pruni

Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

10 441 ”


Top