EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0813

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat- 2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 239, 6.9.2013, p. 136–161 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/813/oj

6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/136


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 813/2013

tat-2 ta’ Awwissu 2013

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni [bojlers] tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti [bi fjuwils] likwidi jew gassużi (2) stabbiliet dispożizzjonijiet dwar l-effiċjenza tal-bojlers.

(3)

L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta’ implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal dawk għat-tagħmir tat-tisħin u t-tagħmir tat-tisħin tal-ilma.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija dwar l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati (il-ħiters tal-ilma u tal-post) li jintużaw is-soltu fl-Unjoni Ewropea. L-istudju tfassal flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(5)

L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-livelli ta’ qawwa tal-ħoss (għall-ħiters b’pompa tas-sħana). Barra minn hekk, għall-ħiters li jaħdmu bil-fjuwils fossili, l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu, tal-monossidu tal-karbonju, tal-materja partikulata u tal-idrokarburi wkoll ġew identifikati bħala aspetti ambjentali sinifikanti.

(6)

Mhuwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, tal-materja partikulata u tal-idrokarburi minħabba li għad m’hemm l-ebda metodu tal-kejl fil-livell Ewropew li huwa adattat għal dan. Bil-ħsieb li jiġu żviluppati metodi tal-kejl ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni qabbdet lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jqisu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawk l-emissjonijiet matul ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali għar-rekwiżiti tal-ekodisinn marbutin mal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, tal-materja partikulata u tal-idrokarburi tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati jistgħu jinżammu jew jiddaħħlu sa ma jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti tal-ekodisinn korrispondenti tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass (3), li tillimita l-prodotti tal-kombustjoni tat-tagħmir li juża l-gass b’rabta mas-saħħa u s-sikurezza, mhumiex affettwati.

(7)

L-istudju ta’ tħejjija juri li, għall-ħiters tal-post u l-ħiters ikkombinati, ir-rekwiżiti dwar il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa. B’mod partikulari, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti użati fil-ħiters b’pompa tas-sħana biex isaħħnu l-bini fl-Ewropa llum il-ġurnata mhumiex identifikati bħala sinifikanti. Meta jkun qed jiġi rrivedut dan ir-Regolament se jiġi vvalutat mill-ġdid kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

(8)

L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ħiters tal-post b’bojler, il-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni u l-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana li jipprovdu s-sħana lis-sistemi ta’ tisħin ċentrali bl-ilma għall-għanijiet tat-tisħin tal-post, u l-ħiters ikkombinati b’bojler u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jipprovdu s-sħana lis-sistemi ta’ tisħin ċentrali bl-ilma għall-għanijiet tat-tisħin tal-post u s-sħana biex jipprovdu ilma għax-xorb u sanitarju sħun. Dawn il-ħiters huma ddisinjati b’tali mod li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, inklużi dawk mill-bijomassa (sakemm ma jkunux jużawhom b’mod predominanti), l-elettriku u s-sħana ambjentali jew dik sekondarja.

(9)

Il-ħiters li jkunu ddisinjati biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti (jiġifieri f’iktar minn 50 % tagħhom) mill-bijomassa għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi li jeħtieġu iktar analiżi tekniċi, ekonomiċi u ambjentali. Skont dak li jirriżulta mill-analiżi, fi stadju aktar tard għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawk il-ħiters, jekk dan ikun xieraq.

(10)

Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post u mal-ħiters ikkombinati ġie stmat li kien ta’ 12 089 PJ (li huma madwar 289 Mtoe) fl-Unjoni fl-2005, li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta’ 698 miljun tunnellata ta’ CO2. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija mistenni jilħaq l-10 688 PJ sal-2020. Ġie stmat li l-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu marbutin mal-ħiters tal-post u mal-ħiters ikkombinati fl-Unjoni fl-2005 kienu ekwivalenti għal 821 kt ta’ ossidi tal-kubrit (SOx). Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, l-emissjonijiet annwali mistennija jilħqu ammont li jkun ekwivalenti għal 783 kt ta’ ossidi tal-kubrit (SOx) sal-2020. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

(11)

Il-konsum tal-enerġija tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati jista’ jitnaqqas billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji kosteffettivi eżistenti li jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(12)

Fl-Unjoni Ewropea hemm kważi ħames miljun abitazzjoni li jużaw sistemi ta’ ċmieni aperti kondiviżi. Minħabba raġunijiet tekniċi, mhux possibbli li f’abitazzjonijiet li jużaw sistema ta’ ċumnija aperta kondiviża, il-ħiters tal-post b’bojler eżistenti u l-ħiters ikkombinati b’bojler eżistenti jinbidlu b’bojlers effiċjenti li jużaw il-kondensazzjoni. Ir-rekwiżiti mogħtija f’dan ir-Regolament jippermettu li jibqgħu fis-suq il-bojlers li ma jużawx il-kondensazzjoni li huma ddisinjati b’mod speċifiku għat-tali konfigurazzjoni. Dan huwa sabiex il-konsumaturi ma jkollhomx iħallsu spejjeż mhux dovuti, sabiex il-manifatturi jingħataw iż-żmien jiżviluppaw bojlers apposta li jużaw teknoloġiji tat-tisħin li jkunu iktar effiċjenti u sabiex l-Istati Membri jingħataw iż-żmien jadattaw il-kodiċijiet nazzjonali tal-bini tagħhom.

(13)

L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti ta’ ħiter tal-post, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari (4) huwa mistenni li sal-2020 iwassal għal iffrankar stmat tal-enerġija ta’ madwar 1 900 PJ (jiġifieri ta’ madwar 45 Mtoe) fis-sena, li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta’ madwar 110 miljun tunnellata ta’ CO2, u għal tnaqqis fl-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu ta’ ammont li huwa ekwivalenti għal madwar 270 kt ta’ ossidi tal-kubrit, meta mqabbel ma’ dak li jiġri kieku ma tittieħed l-ebda miżura.

(14)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija, tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati fl-Unjoni Ewropea kollha, u b’hekk għandhom jgħinu biex is-suq intern jaħdem aħjar u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.

(15)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità tal-ħiters tal-post jew tal-ħiters ikkombinati jew kemm prezzhom ikun għall-but ta’ kulħadd mill-perspettiva tal-utent aħħari u m’għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.

(16)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu bil-mod il-mod, sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. L-iskeda taż-żmien għandha tkun tali li jitqies l-impatt tal-kost għall-manifatturi, b’mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f’waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(17)

Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta’ metodi li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (5).

(18)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw.

(19)

Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(20)

Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tagħhom.

(21)

Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati valuri indikattivi ta’ referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom ikun disponibbli b’mod wiesa’ u jkun aċċessibbli faċilment.

(22)

Id-Direttiva 92/42/KEE għandha titħassar, ħlief għall-Artikoli 7(2) u 8 tagħha u għall-Annessi III sa V tagħha, u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġodda f’dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-kamp ta’ applikazzjoni jitwessa’ biex ikun jinkludi ħiters oħrajn, mhux biss il-bojlers, sabiex tkompli tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati u sabiex jittejbu aspetti ambjentali sinifikanti oħrajn tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati.

(23)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u/jew għad-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-post u ta’ ħiters ikkombinati li jkollhom potenza termika nominali ta’ 400 kW jew inqas, inklużi dawk li jkunu integrati f’pakketti ta’ ħiter tal-post, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

(a)

għall-ħiters iddisinjati b’mod speċifiku biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;

(b)

għall-ħiters li jużaw il-fjuwils solidi;

(c)

għall-ħiters li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(d)

għall-ħiters li jipproduċu s-sħana biss biex jipprovdu ilma għax-xorb u sanitarju sħun;

(e)

għall-ħiters użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta’ mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;

(f)

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkollhom kapaċità elettrika massima ta’ 50 kW jew iktar;

(g)

għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters u l-oqfsa għall-ħiters maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2018 sabiex jieħdu post ġeneraturi tas-sħana identiċi u oqfsa identiċi għall-ħiters. Il-prodott ta’ sostituzzjoni jew il-pakkett tiegħu għandhom jindikaw biċ-ċar għal liema ħiter huwa maħsub.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħiter” tfisser ħiter tal-post jew ħiter ikkombinat;

(2)

“ħiter tal-post” tfisser apparat:

(a)

li jipprovdi s-sħana lil sistema ta’ tisħin ċentrali bl-ilma sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta’ ġewwa fil-livell mixtieq f’post magħluq bħal bini, abitazzjoni jew kamra; u

(b)

li jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana;

(3)

“ħiter ikkombinat” tfisser ħiter tal-post li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;

(4)

“sistema ta’ tisħin ċentrali bl-ilma” tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex is-sħana prodotta ċentralment tiġi ddistribwita lill-emitturi tas-sħana għat-tisħin tal-post tal-bini jew ta’ partijiet minnu;

(5)

“ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta’ ħiter li tipproduċi s-sħana billi tuża proċess wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;

(b)

l-użu tal-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(c)

il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;

fejn ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter u għal qafas għall-ħiter maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana wkoll għandu jitqies bħala ħiter;

(6)

“qafas għall-ħiter” tfisser il-parti ta’ ħiter li tkun iddisinjata b’tali mod biex ġo fiha jiġi mmuntat ġeneratur tas-sħana;

(7)

“potenza termika nominali” (Prated) tfisser il-potenza termika ddikjarata ta’ ħiter meta dan ikun qed isaħħan post u, jekk ikun applikabbli, meta dan ikun qed isaħħan l-ilma bil-kundizzjonijiet nominali standard, mogħtija f’kW; għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-kundizzjonijiet nominali standard biex tiġi stabbilita l-potenza termika nominali huma l-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn kif inhuma stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness III;

(8)

“kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi tal-ħiters f’kundizzjonijiet klimatiċi medji sabiex jiġu stabbiliti l-potenza termika nominali, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;

(9)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

(10)

“fjuwil tal-bijomassa” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu prodott mill-bijomassa;

(11)

“fjuwil fossili” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu ta’ oriġini fossili;

(12)

“ħiter tal-post b’bojler” tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana billi juża l-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(13)

“ħiter ikkombinat b’bojler” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;

(14)

“ħiter tal-post b’bojler elettriku” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(15)

“ħiter ikkombinat b’bojler elettriku” tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(16)

“ħiter tal-post b’koġenerazzjoni” tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana u l-elettriku fl-istess ħin permezz ta’ proċess wieħed;

(17)

“ħiter tal-post b’pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-post li juża s-sħana ambjentali li tkun ġejja minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew is-sħana sekondarja biex jipproduċi s-sħana; ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jista’ jkun mgħammar b’ħiter supplimentari wieħed jew iktar li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika jew il-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;

(18)

“ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-post b’pompa tas-sħana li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;

(19)

“ħiter supplimentari” tfisser ħiter mhux preferenzjali li jipproduċi s-sħana f’każijiet fejn id-domanda għat-tisħin tkun ikbar mill-potenza termika nominali tal-ħiter preferenzjali;

(20)

“l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs ) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post għal staġun tat-tisħin speċifikat, li għaliha jintuża ħiter partikulari, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;

(21)

“l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma” (ηwh ) tfisser il-proporzjon tal-enerġija utli fl-ilma għax-xorb jew sanitarju li l-ħiter ikkombinat jipprovdi meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dik l-enerġija, mogħti bħala perċentwali;

(22)

“il-livell ta’ qawwa tal-ħoss” (LWA ) tfisser il-livell ta’ qawwa tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A, fuq ġewwa u/jew fuq barra, mogħti f’dB;

(23)

“il-koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa ta’: CC = 2,5.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa V.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters.

2.   Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu jibda japplika skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:

(a)

mis-26 ta’ Settembru 2015:

(i)

il-ħiters għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a), 3 u 5 tal-Anness II;

(ii)

il-ħiters ikkombinati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(a) tal-Anness II;

(b)

mis-26 ta’ Settembru 2017:

(i)

il-ħiters tal-post elettriċi, il-ħiters ikkombinati elettriċi, il-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness II;

(ii)

il-ħiters ikkombinati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(b) tal-Anness II;

(c)

mis-26 ta’ Settembru 2018, il-ħiters għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4(a) tal-Anness II.

3.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, mingħajr ħsara għall-Artikoli 7(2) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u tal-Annessi III sa V tagħha.

2.   Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif dwar il-prodotti stabbilit fil-punt 5(b) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Valuri indikattivi ta’ referenza

L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-ħiters li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b’rabta mal-ħiters u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, b’mod partikulari, valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:

(a)

kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti;

(b)

abbażi tal-metodi tal-kejl li qed jiġu żviluppati, il-livell tar-rekwiżiti tal-ekodisinn li jistgħu jiddaħħlu għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, tal-idrokarburi u tal-materja partikulata;

(c)

kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler, għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;

(d)

kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters iddisinjati b’mod speċifiku biex jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;

(e)

il-validità tal-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni;

(f)

kemm hi adegwata ċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Sas-26 ta’ Settembru 2015, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-livell ta’ qawwa tal-ħoss li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

2.   Sas-26 ta’ Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.

Artikolu 9

Tħassir

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE qed titħassar, ħlief għall-Artikoli 7(2) u 8 tagħha u għall-Annessi III sa V tagħha, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-applikazzjoni tagħha sa ma jibdew japplikaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn mogħtija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 10.

(4)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(6)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(7)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.


ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters

(1)

“modalità Stennija” tfisser kundizzjoni li fiha l-ħiter ikun imqabbad mal-mejnijiet, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta’ riattivazzjoni jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istat;

(2)

“konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija” (PSB ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter li jkun fil-modalità Stennija, mogħti f’kW;

(3)

“kundizzjonijiet klimatiċi medji” tfisser il-kundizzjonijiet tat-temperatura li huma tipiċi għall-belt ta’ Strasburgu;

(4)

“apparat għall-kontroll tat-temperatura” tfisser l-apparat li jservi ta’ interfaċċja mal-utent aħħari b’rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta’ ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti lil interfaċċja tal-ħiter bħall-proċessur ċentrali, biex b’hekk tkun tista’ tiġi rregolata t-temperatura ta’ ġewwa;

(5)

“valur kalorifiku gross” (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxat minn unità ta’ fjuwil meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe fwar tal-ilma li jkun hemm fil-fjuwil u tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(6)

“mudell ekwivalenti” tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1 jew 2 tal-punt 5 tal-Anness II (skont liema minnhom tkun tapplika), bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur;

Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’bojler, mal-ħiters ikkombinati b’bojler u mal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

(7)

“ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jipproduċi s-sħana billi jaħraq il-fjuwils fossili u/jew il-fjuwils tal-bijomassa u li jista’ jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew iktar addizzjonali tas-sħana li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(8)

“ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil” tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jipproduċi s-sħana billi jaħraq il-fjuwils fossili u/jew il-fjuwils tal-bijomassa u li jista’ jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew iktar addizzjonali tas-sħana li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(9)

“bojler tat-tip B1” tfisser ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkun fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja li jkun maħsub biex jitqabbad ma’ ċumnija b’kurrent tal-arja naturali li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u li jkun jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra; bojler tat-tip B1 jiġi kkummerċjalizzat bħala bojler tat-tip B1 biss;

(10)

“bojler ikkombinat tat-tip B1” tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkun fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja li jkun maħsub biex jitqabbad ma’ ċumnija b’kurrent tal-arja naturali li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u li jkun jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra; bojler ikkombinat tat-tip B1 jiġi kkummerċjalizzat bħala bojler ikkombinat tat-tip B1 biss;

(11)

“l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva” (ηson ) tfisser:

għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u tal-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;

għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li ma jkunux mgħammra b’ħiters supplimentari, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’ħiters supplimentari, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat u tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali meta l-ħiter supplimentari jkun attivat, mogħtija bħala perċentwali;

(12)

“l-effiċjenza utli” (η) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, mogħti bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f’termini tal-GCV u/jew f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;

(13)

“il-produzzjoni tas-sħana utli” (P) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni trażmessa lill-fluwidu trasportatur tas-sħana, mogħtija f’kW;

(14)

“l-effiċjenza elettrika” (ηel ) tfisser il-proporzjon tal-elettriku li jkun qed jiġi prodott meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, mogħti bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f’termini tal-GCV u/jew f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;

(15)

“konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid” (Pign ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ berner li jkun maħsub biex iqabbad il-berner prinċipali, mogħti f’W f’termini tal-GCV;

(16)

“bojler li juża l-kondensazzjoni” tfisser ħiter tal-post b’bojler jew ħiter ikkombinat b’bojler li fih, fil-kundizzjonijiet operattivi normali u f’temperaturi tal-ilma partikulari tal-operat, parti mill-fwar tal-ilma fil-prodotti tal-kombustjoni jispiċċa kkondensat, sabiex is-sħana latenti ta’ dan il-fwar tal-ilma tintuża għall-għanijiet tat-tisħin;

(17)

“konsum tal-elettriku awżiljarju” tfisser l-ammont annwali ta’ elettriku meħtieġ għat-tħaddim ippjanat ta’ ħiter tal-post b’bojler, ħiter ikkombinat b’bojler jew ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, ikkalkulat mill-konsum tal-elettriku meta jkun hemm tagħbija sħiħa (elmax) u tagħbija parzjali (elmin), fil-modalità Stennija u waqt il-ħinijiet normali tal-operat f’kull modalità, u mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

(18)

“telf ta’ sħana fil-modalità Stennija” (Pstby ) tfisser it-telf tas-sħana ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni f’modalitajiet ta’ operazzjoni mingħajr domanda għat-tisħin, mogħti f’kW;

Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u mal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

(19)

“temperatura ta’ barra” (Tj ) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ barra b’termometru niexef, mogħtija fi gradi Celsius; l-umdità relattiva tista’ tintwera billi tingħata t-temperatura korrispondenti b’termometru umdu;

(20)

“koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni” (COPrated ) jew “proporzjon nominali tal-enerġija primarja” (PERrated ) tfisser il-kapaċità tat-tisħin iddikjarata, mogħtija f’kW, diviża bil-kontribut tal-enerġija, mogħti f’kW f’termini tal-GCV u/jew f’kW f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC, għat-tisħin ipprovdut f’kundizzjonijiet nominali standard;

(21)

“kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn” tfisser il-kombinazzjoni tat-temperatura ta’ referenza tad-disinn, tat-temperatura bivalenti massima u tat-temperatura massima tal-limitu tat-tħaddim, kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III;

(22)

“temperatura ta’ referenza tad-disinn” (Tdesignh) tfisser it-temperatura ta’ barra, mogħtija fi gradi Celsius, kif stabbilita fit-Tabella 4 tal-Anness III, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali jkun ta’ 1;

(23)

“il-proporzjon tat-tagħbija parzjali” (pl(Tj )) tfisser it-temperatura ta’ barra mnaqqsa b’16 °C u diviża bit-temperatura ta’ referenza tad-disinn imnaqqsa b’16 °C;

(24)

“staġun tat-tisħin” tfisser sett ta’ kundizzjonijiet operattivi li jiddeskrivu, għal kull intervall ta’ temperaturi, il-kombinazzjoni ta’ temperaturi ta’ barra mal-għadd ta’ sigħat li matulhom ikun hemm dawk it-temperaturi waqt kull staġun;

(25)

“intervall ta’ temperaturi” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta’ temperatura ta’ barra mas-sigħat tal-intervall ta’ temperaturi, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

(26)

“sigħat tal-intervall ta’ temperaturi” (Hj ) tfisser is-sigħat għal kull staġun tat-tisħin, mogħtija f’sigħat fis-sena, li matulhom ikun hemm temperatura ta’ barra partikulari għal kull intervall ta’ temperaturi, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III;

(27)

“tagħbija parzjali għat-tisħin” (Ph(Tj )) tfisser it-tagħbija tat-tisħin f’temperatura speċifika ta’ barra, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn immultiplikata bil-proporzjon tat-tagħbija parzjali u mogħtija f’kW;

(28)

“koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni” (SCOP) jew “proporzjon staġonali tal-enerġija primarja” (SPER) jirreferu għall-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku jew għall-proporzjon kumplessiv tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil, li jkun rappreżentattiv għall-istaġun tat-tisħin speċifikat u jkun ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin diviża bil-konsum annwali tal-enerġija;

(29)

“domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin” (QH ) tfisser id-domanda ta’ referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat li għandha tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valuri ta’ SCOP jew SPER u li tiġi kkalkulata billi t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin tiġi mmultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva, mogħtija f’kWh;

(30)

“konsum annwali tal-enerġija” (QHE ) tfisser il-konsum tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV u/jew f’kWh f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;

(31)

“sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva” (HHE ) tfisser l-għadd annwali presuppost ta’ sigħat li ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew li ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jrid jipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tisħin biex jissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, mogħti f’sigħat;

(32)

“koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva” (SCOPon ) jew “proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva” (SPERon ) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku fil-modalità attiva, jew il-proporzjon medju tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil fil-modalità attiva għall-istaġun tat-tisħin speċifikat;

(33)

“kapaċità supplimentari tat-tisħin” (sup(Tj )) tfisser il-potenza termika nominali (Psup), mogħtija f’kW, ta’ ħiter supplimentari li jissupplimenta l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin, f’każ li l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun inqas mit-tagħbija parzjali għat-tisħin;

(34)

“koeffiċjent tal-prestazzjoni għal intervall ta’ temperaturi partikulari” (COPbin(Tj )) jew “proporzjon tal-enerġija primarja għal intervall ta’ temperaturi partikulari” (PERbin(Tj )) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku, jew il-proporzjon tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil għal kull intervall ta’ temperaturi fi staġun, li jiġi mit-tagħbija parzjali għat-tisħin, mill-kapaċità tat-tisħin iddikjarata u mill-koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni għal intervalli ta’ temperaturi partikulari u jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni jew tal-estrapolazzjoni għal intervalli ta’ temperaturi oħrajn, u kkoreġut, f’każ li jkun hemm bżonn, permezz tal-koeffiċjent ta’ degradazzjoni;

(35)

“kapaċità tat-tisħin iddikjarata” (Pdh(Tj )) tfisser il-kapaċità tat-tisħin, mogħtija f’kW, li ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jista’ jipprovdi f’temperatura partikulari ta’ barra;

(36)

“kontroll tal-kapaċità” tfisser il-ħila ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jibdel il-kapaċità tiegħu billi jbiddel ir-rata tal-fluss volumetriku ta’ mill-inqas wieħed mil-likwidi meħtieġa biex jitħaddem iċ-ċiklu ta’ refriġerazzjoni. Dan għandu jiġi mmarkat bħala “fiss” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku ma tistax tinbidel jew bħala “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ żewġ stadji jew iktar;

(37)

“tagħbija tad-disinn għat-tisħin” (Pdesignh) tfisser il-potenza termika nominali (Prated), mogħtija f’kW, ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana fit-temperatura ta’ referenza tad-disinn, fejn it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin hija daqs it-tagħbija parzjali għat-tisħin u t-temperatura ta’ barra tkun daqs it-temperatura ta’ referenza tad-disinn;

(38)

“koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni” (COPd(Tj )) jew “proporzjon iddikjarat tal-enerġija primarja” (PERd(Tj )) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni jew il-proporzjon tal-enerġija primarja f’għadd limitat ta’ intervalli ta’ temperaturi partikulari;

(39)

“temperatura bivalenti” (Tbiv ) tfisser it-temperatura ta’ barra ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun daqs it-tagħbija parzjali għat-tisħin u li f’temperaturi inqas minnha l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun teħtieġ kapaċità supplimentari tat-tisħin sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin;

(40)

“temperatura tal-limitu tat-tħaddim” (TOL) tfisser it-temperatura ta’ barra ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li f’temperaturi inqas minnha ħiter tal-post b’pompa tas-sħana arja-ilma jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana arja-ilma ma jkun jista’ jwassal l-ebda kapaċità tat-tisħin u l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun ta’ żero;

(41)

“temperatura limitu tat-tħaddim għall-ilma tat-tisħin” (WTOL) tfisser it-temperatura tal-ħruġ tal-ilma ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li f’temperaturi ogħla minnha ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana ma jkun jista’ jwassal l-ebda kapaċità tat-tisħin u l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun ta’ żero;

(42)

“kapaċità tal-intervall ċikliku għat-tisħin” (Pcych) tfisser il-kapaċità tat-tisħin integrata tul l-intervall ċikliku tat-test għat-tisħin, mogħtija f’kW;

(43)

“l-effiċjenza tal-intervall ċikliku” (COPcyc jew PERcyc) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni jew il-proporzjon medju tal-enerġija primarja tul l-intervall ċikliku tat-test, ikkalkulat billi l-kapaċità tat-tisħin integrata tul l-intervall, mogħtija f’kWh, tiġi diviża bil-kontribut tal-enerġija integrat tul dak l-istess intervall, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV u/jew f’kWh f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC;

(44)

“koeffiċjent ta’ degradazzjoni” (Cdh) tfisser il-kejl tal-effiċjenza mitlufa minħabba ċ-ċikli tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana jew tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana; jekk dan il-koeffiċjent ma jiġix stabbilit bil-kejl, b’mod awtomatiku jitqies li huwa ta’ Cdh = 0,9;

(45)

“modalità attiva” tfisser il-kundizzjoni li tikkorrispondi għas-sigħat b’tagħbija tat-tisħin għall-post magħluq u b’funzjoni attivata tat-tisħin; din il-kundizzjoni tista’ tinvolvi ċikli tal-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew tal-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana sabiex tintlaħaq jew tinżamm it-temperatura tal-arja ta’ ġewwa meħtieġa;

(46)

“modalità Mitfi” tfisser kundizzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jkun imqabbad mal-mejnijiet imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, inklużi kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità Mitfi, kif ukoll kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonijiet maħsuba biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(47)

“modalità bit-termostat mitfi” tfisser il-kundizzjoni li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tagħbija tat-tisħin u b’funzjoni attivata tat-tisħin, fejn il-funzjoni tat-tisħin tkun mixgħula imma l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana ma jkunx qed jaħdem; iċ-ċikli fil-modalità attiva mhumiex meqjusa bħala modalità bit-termostat mitfi;

(48)

“modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank” tfisser kundizzjoni li fiha jiġi attivat apparat għat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur biex tiġi llimitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jitqabbad il-kompressur;

(49)

“konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi” (POFF ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jkun fil-modalità Mitfi, mogħti f’kW;

(50)

“konsum tal-enerġija fil-modalità bit-termostat mitfi” (PTO ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana waqt li jkun fil-modalità bit-termostat mitfi, mogħti f’kW;

(51)

“konsum tal-enerġija fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank” (PCK ) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana waqt li jkun fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank, mogħti f’kW;

(52)

“pompa tas-sħana b’temperatura baxxa” tfisser ħiter tal-post b’pompa tas-sħana li jkun iddisinjat b’mod speċifiku għal applikazzjoni b’temperatura baxxa, u li ma jistax jipprovdi ilma għat-tisħin b’temperatura tal-ħruġ ta’ 52 °C f’temperatura tad-dħul b’termometru niexef ta’ – 7 °C (jew ta’ – 8 °C b’termometru umdu) fil-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn għal klima medja;

(53)

“applikazzjoni b’temperatura baxxa” tfisser applikazzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jipprovdi l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tiegħu f’temperatura tal-ħruġ ta’ skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa ta’ 35 °C;

(54)

“applikazzjoni b’temperatura medja” tfisser applikazzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jipprovdi l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tiegħu f’temperatura tal-ħruġ ta’ skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa ta’ 55 °C;

Definizzjonijiet marbutin mat-tisħin tal-ilma fil-ħiters ikkombinati

(55)

“profil tat-tagħbija” tfisser sekwenza partikulari ta’ estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; kull ħiter ikkombinat jissodisfa tal-inqas profil wieħed tat-tagħbija;

(56)

“estrazzjoni mill-ilma” tfisser kombinazzjoni partikulari ta’ rata tal-fluss tal-ilma utli, ta’ temperatura utli tal-ilma, ta’ kontenut ta’ enerġija utli u tal-ogħla temperatura, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;

(57)

“rata tal-fluss tal-ilma utli” (f) tfisser ir-rata minima ta’ fluss, mogħtija f’litri għal kull minuta, li għaliha l-misħun ikun qed jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;

(58)

“temperatura utli tal-ilma” (Tm ) tfisser it-temperatura tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-misħun jibda jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;

(59)

“kontenut ta’ enerġija utli” (Qtap ) tfisser il-kontenut tal-enerġija tal-misħun, mogħti f’kWh, ipprovdut f’temperatura li tkun daqs it-temperatura utli tal-ilma jew ogħla minnha, u f’rati ta’ fluss tal-ilma li jkunu daqs ir-rata tal-fluss tal-ilma utli jew ogħla minnha, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;

(60)

“kontenut tal-enerġija tal-misħun” tfisser il-prodott tal-kapaċità termika speċifika tal-ilma, id-differenza medja fit-temperatura bejn dik tal-misħun li jkun qed jiġi prodott u dik tal-ilma kiesaħ li jkun dieħel, u l-massa totali tal-misħun prodott;

(61)

“l-ogħla temperatura” (Tp ) tfisser it-temperatura minima tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li għandha tinkiseb waqt l-estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;

(62)

“enerġija ta’ referenza” (Qref ) tfisser is-somma tal-kontenut ta’ enerġija utli tal-estrazzjonijiet mill-ilma, mogħti f’kWh, fi profil tat-tagħbija partikulari, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III;

(63)

“il-profil massimu tat-tagħbija” tfisser il-profil tat-tagħbija li jkollu l-enerġija massima ta’ referenza li ħiter ikkombinat ikun jista’ jipprovdi filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tar-rata ta’ fluss ta’ dan il-profil tat-tagħbija;

(64)

“il-profil tat-tagħbija ddikjarat” tfisser il-profil tat-tagħbija li jiġi applikat meta tkun qed tiġi vvalutata l-konformità;

(65)

“konsum ta’ kuljum tal-elettriku” (Qelec ) tfisser il-konsum tal-elettriku għat-tisħin tal-ilma matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat;

(66)

“konsum ta’ kuljum tal-fjuwil” (Qfuel ) tfisser il-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-ilma matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat.


(1)  ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   IR-REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA STAĠONALI TAT-TISĦIN TAL-POST

(a)

Mis-26 ta’ Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u l-effiċjenzi utli tal-ħiters m’għandhomx ikunu inqas mill-valuri li ġejjin:

 

Għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ 70 kW jew inqas u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ 70 kW jew inqas, minbarra l-bojlers tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 10 kW jew inqas u l-bojlers ikkombinati tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 30 kW jew inqas:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 %.

 

Għall-bojlers tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 10 kW jew inqas u għall-bojlers ikkombinati tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 30 kW jew inqas:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 75 %.

 

Għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ iktar minn 70 kW iżda ta’ mhux iktar minn 400 kW u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ iktar minn 70 kW iżda ta’ mhux iktar minn 400 kW:

l-effiċjenza utli f’100 % tal-potenza termika nominali m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 % u l-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 94 %.

 

Għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 30 %.

 

Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 %.

 

Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 %.

 

Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 115 %.

(b)

Mis-26 ta’ Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler elettriku, tal-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku, tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:

 

Għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 36 %.

 

Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 %.

 

Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 110 %.

 

Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa:

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 125 %.

2.   IR-REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TISĦIN TAL-ILMA

(a)

Mis-26 ta’ Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

22  %

23  %

26  %

26  %

30  %

30  %

30  %

32  %

32  %

32  %

(b)

Mis-26 ta’ Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

32  %

32  %

32  %

32  %

36  %

37  %

38  %

60  %

64  %

64  %

3.   IR-REKWIŻITI GĦAL-LIVELL TA’ QAWWA TAL-ĦOSS

Mis-26 ta’ Settembru 2015, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana m’għandux ikun ogħla mill-valuri li ġejjin:

Potenza termika nominali 6 kW jew inqas

Potenza termika nominali iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas

Potenza termika nominali iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas

Potenza termika nominali iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq ġewwa

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra

60  dB

65  dB

65  dB

70  dB

70  dB

78  dB

80  dB

88  dB

4.   IR-REKWIŻITI GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDI TAN-NITROĠENU

(a)

Mis-26 ta’ Settembru 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, m’għandhomx ikunu ogħla mill-valuri li ġejjin:

għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jużaw il-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 56 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jużaw il-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV.

5.   IR-REKWIŻITI GĦAT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTTI

Mis-26 ta’ Settembru 2015, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b’rabta mal-ħiters:

(a)

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

għall-ħiters tal-post b’bojler, il-ħiters ikkombinati b’bojler u l-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-parametri tekniċi mogħtija fit-Tabella 1, imkejlin u kkalkulati skont l-Anness III;

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-parametri tekniċi mogħtija fit-Tabella 2, imkejlin u kkalkulati skont l-Anness III;

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

għall-bojlers tat-tip B1 u għall-bojlers ikkombinati tat-tip B1, il-karatteristiċi tagħhom u t-test standard li ġej: “Dan il-bojler b’kurrent tal-arja naturali huwa maħsub biex jitqabbad biss ma’ ċumnija li tkun komuni għal diversi abitazzjonijiet f’bini eżistenti li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-bojler. Huwa jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra u fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja. Minħabba l-effiċjenza mnaqqsa, kwalunkwe użu ieħor ta’ dan il-bojler għandu jiġi evitat u dan it-tip ta’ użu jwassal għal iktar konsum tal-enerġija u għal iktar spejjez tat-tħaddim.”;

għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters u l-oqfsa għall-ħiters maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom, sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters, u, fejn ikun xieraq, il-lista ta’ kombinazzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur;

tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom;

(b)

id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, meta t-tagħrif dwar mudell speċifiku li jkun magħmul minn unitajiet għal użu fuq ġewwa u fuq barra jkun inkiseb permezz ta’ kalkolu abbażi tad-disinn u/jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn kumbinazzjonijiet oħrajn, id-dettalji ta’ dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjonijiet u ta’ kwalunkwe test li jitwettaq biex tiġi vverifikata l-eżattezza tal-kalkoli, inklużi d-dettalji tal-mudell matematiku użat għall-kalkolu tal-prestazzjoni ta’ dawn il-kumbinazzjonijiet u d-dettalji tal-kejl meħud sabiex jiġi vverifikat dan il-mudell;

(c)

it-tagħrif li ġej għandu jkun immarkat fuq il-ħiter b’mod li ma jistax jitħassar:

il-kliem “bojler tat-tip B1” jew “bojler ikkombinat tat-tip B1”, jekk dan ikun applikabbli;

għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-kapaċità elettrika.

Tabella 1

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’bojler, għall-ħiters ikkombinati b’bojler u għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

Mudell(i): [tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif]

Bojler li juża l-kondensazzjoni: [iva/le]

Bojler b’temperatura baxxa (**): [iva/le]

Bojler tat-tip B1: [iva/le]

Ħiter tal-post b’koġenerazzjoni: [iva/le]

Jekk iva, mgħammar b’ħiter supplimentari: [iva/le]

Ħiter ikkombinat: [iva/le]

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika nominali

Prated

x

kW

Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

ηs

x

%

Għall-ħiters tal-post b’bojler u għall-ħiters ikkombinati b’bojler: il-produzzjoni tas-sħana utli

Għall-ħiters tal-post b’bojler u għall-ħiters ikkombinati b’bojler: l-effiċjenza utli

Fil-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi għoljin (*)

P4

x,x

kW

Fil-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi għoljin (*)

η4

x,x

%

Fi 30 % tal-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi baxxi (**)

P1

x,x

kW

Fi 30 % tal-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi baxxi (**)

η1

x,x

%

Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: il-produzzjoni tas-sħana utli

Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza utli

Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat

PCHP100 + Sup0

x,x

kW

Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat

ηCHP100 + Sup0

x,x

%

Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat

PCHP100 + Sup100

x,x

kW

Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat

ηCHP100 + Sup100

x,x

%

Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza elettrika

Ħiter supplimentari

Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat

ηel,CHP100 + Sup0

x,x

%

Potenza termika nominali

Psup

x,x

kW

Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat

ηel,CHP100 + Sup100

x,x

%

Tip ta’ kontribut tal-enerġija

 

Il-konsum tal-elettriku awżiljarju

Fatturi oħrajn

Meta jkun hemm tagħbija sħiħa

elmax

x,xxx

kW

Telf ta’ sħana fil-modalità Stennija

Pstby

x,xxx

kW

Meta jkun hemm tagħbija parzjali

elmin

x,xxx

kW

Konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid

Pign

x,xxx

kW

Fil-modalità Stennija

PSB

x,xxx

kW

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

NOx

x

mg/kWh

Għall-ħiters ikkombinati:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

 

 

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

ηwh

x

%

Konsum ta’ kuljum tal-elettriku

Qelec

x,xxx

kWh

Konsum ta’ kuljum tal-fjuwil

Qfuel

x,xxx

kWh

Dettalji ta’ kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


Tabella 2

Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

Mudell(i): [tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif]

Pompa tas-sħana arja-ilma: [iva/le]

Pompa tas-sħana ilma-ilma: [iva/le]

Pompa tas-sħana salmura-ilma: [iva/le]

Pompa tas-sħana b’temperatura baxxa: [iva/le]

Mgħammar b’ħiter supplimentari: [iva/le]

Ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana: [iva/le]

Il-parametri għandhom jingħataw għal applikazzjoni b’temperatura medja, ħlief għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa. Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa, il-parametri għandhom jingħataw għal applikazzjoni b’temperatura baxxa.

Il-parametri għandhom jingħataw għall-kundizzjonijiet klimatiċi medji.

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

 

Fattur

Simbolu

Valur

Unità

Potenza termika nominali  (***)

Prated

x

kW

Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

ηs

x

%

Kapaċità tat-tisħin iddikjarata għal tagħbija parzjali b’temperatura ta’ ġewwa ta’ 20 °C u temperatura ta’ barra ta’ Tj

Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni jew proporzjon iddikjarat tal-enerġija primarja għal tagħbija parzjali b’temperatura ta’ ġewwa ta’ 20 °C u temperatura ta’ barra ta’ Tj

Tj = – 7 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = – 7 °C

COPd jew PERd

x,xx jew x,x

– jew %

Tj = + 2 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = + 2 °C

COPd jew PERd

x,xx jew x,x

– jew %

Tj = + 7 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = + 7 °C

COPd jew PERd

x,xx jew x,x

– jew %

Tj = + 12 °C

Pdh

x,x

kW

Tj = + 12 °C

COPd jew PERd

x,xx jew x,x

– jew %

Tj = temperatura bivalenti

Pdh

x,x

kW

Tj = temperatura bivalenti

COPd jew PERd

x,xx jew x,x

– jew %

Tj = temperatura tal-limitu tat-tħaddim

Pdh

x,x

kW

Tj = temperatura tal-limitu tat-tħaddim

COPd jew PERd

x,xx jew x,x

– jew %

Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C)

Pdh

x,x

kW

Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C)

COPd jew PERd

x,xx jew x,x

– jew %

Temperatura bivalenti

Tbiv

x

°C

Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Temperatura tal-limitu tat-tħaddim

TOL

x

°C

Kapaċità tal-intervall ċikliku għat-tisħin

Pcych

x,x

kW

Effiċjenza tal-intervall ċikliku

COPcyc jew PERcyc

x,xx jew x,x

– jew %

Koeffiċjent ta’ degradazzjoni (****)

Cdh

x,x

Temperatura limitu tat-tħaddim għall-ilma tat-tisħin

WTOL

x

°C

Konsum tal-enerġija fil-modalitajiet minbarra dik attiva

Ħiter supplimentari

Modalità Mitfi

POFF

x,xxx

kW

Potenza termika nominali (***)

Psup

x,x

kW

Modalità bit-termostat mitfi

PTO

x,xxx

kW

 

 

Modalità Stennija

PSB

x,xxx

kW

Tip ta’ kontribut tal-enerġija

Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank

PCK

x,xxx

kW

 

Fatturi oħrajn

 

Kontroll tal-kapaċità

fiss/varjabbli

Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Rata nominali ta’ fluss tal-arja fuq barra

x

m3/h

Livell ta’ qawwa tal-ħoss, fuq barra/fuq ġewwa

LWA

x/x

dB

Għall-pompi tas-sħana ilma-/salmura-ilma: Rata nominali ta’ fluss tal-ilma jew tas-salmura, skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

x

m3/h

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

NOx

x

mg/kWh

Għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

x

 

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

ηwh

x

%

Konsum ta’ kuljum tal-elettriku

Qelec

x,xxx

kWh

Konsum ta’ kuljum tal-fjuwil

Qfuel

x,xxx

kWh

Dettalji ta’ kuntatt

L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


(*)  Reġim ta’ temperaturi għoljin tfisser temperatura ta’ ritorn ta’ 60 °C fil-post tad-dħul ta’ ħiter u temperatura ta’ alimentazzjoni ta’ 80 °C fil-post tal-ħruġ ta’ ħiter.

(**)  Temperatura baxxa tfisser temperatura ta’ ritorn ta’ 30 °C għall-bojlers li jużaw il-kondensazzjoni, ta’ 37 °C għall-bojlers b’temperatura baxxa u ta’ 50 °C għall-ħiters l-oħra (fil-post tad-dħul ta’ ħiter).

(***)  Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-potenza termika nominali, Prated, hija daqs it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin, Pdesignh, u l-potenza termika nominali ta’ ħiter supplimentari, Psup, hija daqs il-kapaċità supplimentari tat-tisħin, sup(Tj).

(****)  Jekk il-koeffiċjent ta’ degradazzjoni, Cdh, ma jiġix stabbilit bil-kejl, b’mod awtomatiku jitqies li huwa ta’ Cdh = 0,9.


ANNESS III

Kejl u kalkoli

1.

Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 5.

2.

Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli

(a)

Għall-għanijiet tal-kejl mogħti fil-punti 2 sa 5, it-temperatura ambjentali ta’ ġewwa għandha tkun ta’ 20 °C ± 1 °C.

(b)

Għall-għanijiet tal-kalkoli mogħtija fil-punti 3 sa 5, il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b’koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, ta’ 2,5.

(c)

L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-dijossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu.

(d)

Għall-ħiters li jkunu mgħammra b’ħiters supplimentari, il-kejl u l-kalkolu tal-potenza termika nominali, tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom iqisu l-ħiter supplimentari.

(e)

Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali, għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.

(f)

Kwalunkwe ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter u kwalunkwe qafas għall-ħiter maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat b’qafas għall-ħiter u ġeneratur tas-sħana adattat rispettivament.

3.

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler, tal-ħiters ikkombinati b’bojler u tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva, ηson , ikkoreġuta b’fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju, it-telf ta’ sħana fil-modalità Stennija, il-konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid (jekk dan ikun japplika) u, għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, ikkoreġuta billi tiżdied l-effiċjenza elettrika mmultiplikata b’koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, ta’ 2.5.

4.

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

(a)

Sabiex jiġu stabbiliti l-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni, COPrated , jew il-proporzjon nominali tal-enerġija primarja, PERrated , il-livell ta’ qawwa tal-ħoss jew l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, il-kundizzjonijiet operattivi għandhom ikunu l-kundizzjonijiet nominali standard mogħtija fit-Tabella 3 u għandha tintuża l-istess kapaċità tat-tisħin iddikjarata.

(b)

Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva, SCOPon , jew il-proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva, SPERon , għandhom jiġu kkalkulati abbażi tat-tagħbija parzjali għat-tisħin, Ph(Tj), tal-kapaċità supplimentari tat-tisħin, sup(Tj) (jekk din tkun tapplika), u tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni għal intervall ta’ temperaturi partikulari, COPbin(Tj), jew tal-proporzjon tal-enerġija primarja għal intervall ta’ temperaturi partikulari, PERbin(Tj), ippeżati bis-sigħat tal-intervall ta’ temperaturi li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-intervall ta’ temperaturi, billi jintużaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn mogħtija fit-Tabella 4;

l-istaġun tat-tisħin ta’ referenza għall-Ewropa fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji mogħti fit-Tabella 5;

jekk ikun applikabbli, l-effetti ta’ kwalunkwe degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta’ kontroll tal-kapaċità tat-tisħin.

(c)

Id-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH , għandha tkun it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin, Pdesignh, immultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva, HHE , jiġifieri b’2 066 siegħa.

(d)

Il-konsum annwali tal-enerġija, QHE , għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien:

il-proporzjon tad-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH , meta mqabbla mal-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva, SCOPon , jew mal-proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva, SPERon , u

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi, il-modalità bit-termostat mitfi, il-modalità Stennija u l-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank matul l-istaġun tat-tisħin.

(e)

Il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni, SCOP, jew il-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja, SPER, għandhom jiġu kkalkulati bħala l-proporzjon tad-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH , meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija, QHE .

(f)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , għandha tiġi kkalkulata bħala l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni, SCOP, diviż bil-koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, jew bħala l-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja, SPER, ikkoreġut b’fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, u, għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana ilma-/salmura-ilma u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-konsum tal-elettriku ta’ pompa waħda tal-ilma ta’ taħt l-art jew iktar.

5.

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh , ta’ ħiter ikkombinat għandha tiġi kkalkulata bħala l-proporzjon tal-enerġija ta’ referenza, Qref , tal-profil tat-tagħbija ddikjarat meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dak il-profil, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kejl għandu jsir billi jintużaw il-profili tat-tagħbija mogħtija fit-Tabella 7;

(b)

il-kejl għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ 24 siegħa, imqassam kif ġej:

min-00:00 sas-06:59: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

mis-07:00: estrazzjoni mill-ilma skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat;

minn tmiem l-aħħar estrazzjoni mill-ilma sa 24:00: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

(c)

il-profil tat-tagħbija ddikjarat għandu jkun il-profil massimu tat-tagħbija jew il-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara dak massimu;

(d)

għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, japplikaw ukoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 3;

il-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jużaw l-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni bħala s-sors tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 6.

Tabella 3

Il-kundizzjonijiet nominali standard għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

Sors tas-sħana

Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra

Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa

Temperatura tad-dħul b’termometru niexef (jew b’termometru umdu)

Ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa

Pompi tas-sħana b’temperatura baxxa

Temperatura tad-dħul

Temperatura tal-ħruġ

Temperatura tad-dħul

Temperatura tal-ħruġ

L-arja ta’ barra

+ 7 °C (+ 6 °C)

+ 47 °C

+ 55 °C

+ 30 °C

+ 35 °C

L-arja tal-egżost

+ 20 °C (+ 12 °C)

 

Temperatura tad-dħul/tal-ħruġ

Ilma

+ 10 °C/+ 7 °C

Salmura

0 °C/– 3 °C


Tabella 4

Il-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, b’temperaturi tal-arja b’termometru niexef (it-temperaturi tal-arja b’termometru umdu huma mogħtija fil-parenteżi)

Temperatura ta’ referenza tad-disinn

Temperatura bivalenti

Temperatura tal-limitu tat-tħaddim

Tdesignh

Tbiv

TOL

– 10 (– 11) °C

massimu ta’ + 2 °C

massimu ta’ – 7 °C


Tabella 5

L-istaġun tat-tisħin ta’ referenza għall-Ewropa fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana

binj

Tj [fi °C]

Hj [f’sigħat fis-sena]

1 sa 20

– 30 sa – 11

0

21

–10

1

22

–9

25

23

–8

23

24

–7

24

25

–6

27

26

–5

68

27

–4

91

28

–3

89

29

–2

165

30

–1

173

31

0

240

32

1

280

33

2

320

34

3

357

35

4

356

36

5

303

37

6

330

38

7

326

39

8

348

40

9

335

41

10

315

42

11

215

43

12

169

44

13

151

45

14

105

46

15

74

Sigħat totali:

4 910


Tabella 6

L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni [f’metri kubi għal kull siegħa], f’umdità ta’ 5,5 grammi għal kull metru kubu

Profil tat-tagħbija ddikjarat

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni

109

128

128

159

190

870

1 021

2 943

8 830

Tabella 7

Il-profili tat-tagħbija tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati

ħin

3XS

XXS

XS

S

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

07:05

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:15

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:26

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:30

0,015

2

25

0,105

2

25

0,525

3

35

0,105

3

25

 

07:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:30

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

08:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

10:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

11:45

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

12:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

12:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,015

2

25

0,105

2

25

0,525

3

35

0,315

4

10

55

14:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

18:15

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

40

 

18:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

19:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

19:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:30

 

 

 

 

 

 

1,05

3

35

0,42

4

10

55

20:45

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:46

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:15

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

0,525

5

45

 

21:35

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:45

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

Qref

0,345

 

 

2,100

 

 

2,100

 

 

2,100

 

 

 


ħin

M

L

XL

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/mn

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

07:05

1,4

6

40

 

1,4

6

40

 

 

 

 

 

07:15

 

 

 

 

 

 

 

 

1,82

6

40

 

07:26

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

07:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

 

 

 

 

07:45

 

 

 

 

0,105

3

25

 

4,42

10

10

40

08:01

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

08:05

 

 

 

 

3,605

10

10

40

 

 

 

 

08:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

08:25

 

 

 

 

0,105

3

25

 

 

 

 

 

08:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

08:45

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

09:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

09:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

10:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

10:30

0,105

3

10

40

0,105

3

10

40

0,105

3

10

40

11:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

11:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

11:45

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

12:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,315

4

10

55

0,315

4

10

55

0,735

4

10

55

14:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

15:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

15:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

16:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

16:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

17:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

18:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

18:15

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

18:30

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

19:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

19:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:30

0,735

4

10

55

0,735

4

10

55

0,735

4

10

55

20:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:46

 

 

 

 

 

 

 

 

4,42

10

10

40

21:00

 

 

 

 

3,605

10

10

40

 

 

 

 

21:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

21:30

1,4

6

40

 

0,105

3

25

 

4,42

10

10

40

21:35

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qref

5,845

 

 

 

11,655

 

 

 

19,07

 

 

 


ħin

XXL

3XL

4XL

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,105

3

25

 

11,2

48

40

 

22,4

96

40

 

07:05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:15

1,82

6

40

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:26

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:45

6,24

16

10

40

 

 

 

 

 

 

 

 

08:01

0,105

3

25

 

5,04

24

25

 

10,08

48

25

 

08:05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:45

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:00

0,105

3

25

 

1,68

24

25

 

3,36

48

25

 

09:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10:30

0,105

3

10

40

0,84

24

10

40

1,68

48

10

40

11:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:45

0,105

3

25

 

1,68

24

25

 

3,36

48

25

 

12:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,735

4

10

55

2,52

32

10

55

5,04

64

10

55

14:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:30

0,105

3

25

 

2,52

24

25

 

5,04

48

25

 

16:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:30

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:15

0,105

3

40

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:30

0,105

3

40

 

3,36

24

25

 

6,72

48

25

 

19:00

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:30

0,735

4

10

55

5,88

32

10

55

11,76

64

10

55

20:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:46

6,24

16

10

40

 

 

 

 

 

 

 

 

21:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:30

6,24

16

10

40

12,04

48

40

 

24,08

96

40

 

21:35

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qref

24,53

 

 

 

46,76

 

 

 

93,52

 

 

 


ANNESS IV

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell.

2.

Il-mudell tal-ħiter għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;

(c)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh , ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;

(d)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , ma jkunx ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 2 dB; u

(e)

l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, ma jkunux ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 20 %.

3.

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(b) sa (e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b’mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati.

4.

Il-mudell tal-ħiter għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk:

(a)

il-valuri ddikjarati ta’ kull wieħed mit-tliet apparati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;

(b)

il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs , tat-tliet apparati ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;

(c)

il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh , tat-tliet apparati ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;

(d)

il-valur medju tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , tat-tliet apparati ma jkunx ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 2 dB; u

(e)

il-valur medju tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tat-tliet apparati, mogħti bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, ma jkunx ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 20 %.

5.

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.


ANNESS V

Il-valuri indikattivi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 6

Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, mal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej:

1.

Valur ta’ referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post f’applikazzjoni b’temperatura medja: 145 %;

2.

Valuri ta’ referenza għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati:

Profil tat-tagħbija ddikjarat

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

3XL

4XL

Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma

35  %

35  %

38  %

38  %

75  %

110  %

115  %

120  %

130  %

130  %

3.

Valuri ta’ referenza għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA ), fuq barra, tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkollhom potenza termika nominali:

(a)

ta’ 6 kW jew inqas: 39 dB;

(b)

ta’ iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas: 40 dB;

(c)

ta’ iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas: 41 dB;

(d)

ta’ iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas: 67 dB.

4.

Valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu:

(a)

tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 14-il mg/kWh f’termini tal-GCV;

(b)

tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 50 mg/kWh f’termini tal-GCV.

Il-valuri ta’ referenza speċifikati fil-punti 1 sa 4 mhux bil-fors ifissru li ħiter partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta’ dawn il-valuri.


Top