This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013L0026
Commission Directive 2013/26/EU of 8 February 2013 adapting certain directives in the field of food safety, veterinary and phytosanitary policy, by reason of the accession of Croatia
Direttiva tal-Kummissjoni 2013/26/UE tat- 8 ta’ Frar 2013 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika tas-sikurezza tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
Direttiva tal-Kummissjoni 2013/26/UE tat- 8 ta’ Frar 2013 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika tas-sikurezza tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
ĠU L 158, 10.6.2013, p. 376–378
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/02/2020: This act has been changed. Current consolidated version: 22/02/2019
10.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/376 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/26/UE
tat-8 ta’ Frar 2013
li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika tas-sikurezza tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 50 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta’ Adeżjoni, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrekjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kinux previsti fl-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali kien adottat mill-Kummissjoni, għal dan il-għan, tadotta l-atti meħtieġa. |
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta’ Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta’ adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex jitqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni. |
(3) |
Id-Direttivi tal-Kummissjoni 1999/21/KE (1) u 2006/141/KE (2) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi tal-Kummissjoni 1999/21/KE u 2006/141/KE huma emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma mill-ewwel jibagħtu t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummisjoni.
Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.
Artikolu 4
Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 401, 30.12.2006 p. 1.
ANNESS
POLITIKA DWAR IS-SIKUREZZA TAL-IKEL, VETERINARJA U FITOSANITARJA
IL-LEĠIŻLAZZJONI DWAR IS-SIKUREZZA TAL-IKEL
1. |
31999 L 0021: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta’ Marzu 1999 fuq ikel dijetetiku għal skopijiet mediċi speċifiċi (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29): Fl-Artikolu 4(1), il-lista li tibda “bil-Bulgaru” u li tintemm bil-kliem “medicinska ändamål”se tiġi sostitwita bil-lista li ġejja:
|
2. |
32006 L 0141: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formulae tat-trabi u formulae ta’ prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1):
|