EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0457
Commission Implementing Regulation (EU) No 457/2013 of 16 May 2013 derogating from Regulations (EC) No 412/2008 and (EC) No 431/2008 as regards beef import quotas for the period running from 1 July 2013 to 30 June 2014
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 457/2013 tas- 16 ta’ Mejju 2013 jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008 fejn jidħlu l-kwoti tal-laħam taċ-ċanga għall-perjodu mill- 1 ta’ Lulju 2013 sat- 30 ta’ Ġunju 2014
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 457/2013 tas- 16 ta’ Mejju 2013 jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008 fejn jidħlu l-kwoti tal-laħam taċ-ċanga għall-perjodu mill- 1 ta’ Lulju 2013 sat- 30 ta’ Ġunju 2014
OJ L 133, 17.5.2013, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 024 P. 145 - 146
In force
17.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 457/2013
tas-16 ta’ Mejju 2013
jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008 fejn jidħlu l-kwoti tal-laħam taċ-ċanga għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (2) fetaħ kwota tariffarja annwali ta’ 63 703 tunnellati ekwivalenti għal-laħam bl-għadam, ta’ ċanga ffriżata maħsuba għall-ipproċessar fl-Unjoni, għal perjodu kull sena li jibda fl-1 ta’ Lulju u jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, u li jinqasam f’erba’ sottoperjodi. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għal dan il-perjodu ta’ kwota tariffarja jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull sottoperjodu. Iżda l-volum annwali totali huwa disponibbli mill-ewwel sottoperjodu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 53 000 tunnellata ċanga ffriżata għal perjodu kull sena li jibda fl-1 ta’ Lulju u jagħlaq fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. L-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għal dan il-perjodu ta’ kwota tariffarja jistgħu jitressqu fl-1 ta’ Ġunju ta’ qabel jibda l-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. |
(3) |
Billi se ssir l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju 2013, jixraq li l-importaturi mill-Kroazja jitħallew jieħdu sehem f’dawn il-kwoti tal-importazzjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li jkunu previsti derogi mir-Regolamenti (KE) Nru 412/2008 u (KE) Nru 431/2008 rigward il-perjodi taż-żmien għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. Madankollu, dawn id-derogi ma għandux ikollhom impatt negattiv, la fuq l-operaturi tal-Istati Membri u lanqas fuq l-effiċjenza li biha jiġu amministrati l-kwoti. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 412/2008
B’deroga mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 412/2008, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni marbutin mas-sottoperjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Settembru 2013, għandhom jitressqu bejn l-1 u l-5 ta’ Lulju 2013, u f’kull każ, mhux aktar tard mis-13.00, fil-ħin ta’ Brussell fil-5 ta’ Lulju 2013.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 431/2008
1. B’deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 431/2008, l-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni għall-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda fl-1 ta’ Lulju 2013, għandhom jitressqu bejn l-24 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju, u f’kull każ, mhux aktar tard mis-13.00, fil-ħin ta’ Brussell fil-5 ta’ Lulju 2013.
2. B’deroga mill-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 431/2008, għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni li tibda fl-1 ta’ Lulju 2013, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali li jkunu koperti mill-applikazzjonijiet għad-drittijiet tal-importazzjoni, mhux aktar tard mis-13.00, fil-ħin ta’ Brussell fit-12 ta’ Lulju 2013.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3.