Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0090

2013/90/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Frar 2013 li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza ta’ dawn il-ħnieżer f’ċerti żoni fil-Latvja (notifikata bid-dokument numru C(2013) 720)

ĠU L 47, 20.2.2013, p. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2021; Imħassar b' 32020R0687

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/90/oj

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/70

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Frar 2013

li tapprova l-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim ta’ emerġenza ta’ dawn il-ħnieżer f’ċerti żoni fil-Latvja

(notifikata bid-dokument numru C(2013) 720)

(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)

(2013/90/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 16(1) u r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 20(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/89/KE tintroduċi l-miżuri minimi tal-Unjoni għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer, inklużi dawk li għandhom jiġu applikati jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ.

(2)

Il-Latvja kkonfermat il-preżenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ f’Novembru 2012, fin-naħa tal-Lvant tat-territorju tagħha, mal-fruntiera tagħha mar-Russja u l-Belarus.

(3)

Wara li nstabu xi każi ta’ din il-marda fost iċ-ċingjali f’Novembru 2012, fl-istess żona ġew ikkonfermati wkoll tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’xi rziezet żgħar.

(4)

Il-Latvja adottat il-miżuri biex il-marda tiġi kkontrollata kif stipulat fid-Direttiva 2001/89/KE, u dawn wasslu għall-eradikazzjoni tal-marda minn dawn l-irziezet.

(5)

Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika, fil-15 ta’ Jannar 2013, b’konformità mad-Direttiva 2001/89/KE, il-Latvja bagħtet pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żona kkonċernata ta’ dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-Latvja biħsiebha tintroduċi t-tilqim għall-ħnieżer slavaġ, fl-istess data ressqet pjan ta’ tilqim quddiem il-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha.

(6)

Dawn il-pjanijiet imressqa mill-Latvja ġew eżaminati mill-Kummissjoni u nstab li huma konformi mad-Direttiva 2001/89/KE.

(7)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, jixraq li f’din id-Deċiżjoni jiġu stabbiliti ż-żoni ġeografiċi tal-Latvja fejn għandu jiġi implimentat il-pjan ta’ qerda u fejn għandu jsir it-tilqim tal-ħnieżer slavaġ.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan imressaq mil-Latvja fil-15 ta’ Jannar 2013 għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żoni msemmija fil-Parti 1 tal-Anness huwa approvat.

Artikolu 2

Il-pjan imressaq mil-Latvja fil-15 ta’ Jannar 2013 għat-tilqim b’emerġenza tal-ħnieżer slavaġ fiż-żoni msemmija fil-Parti 2 tal-Anness huwa approvat.

Artikolu 3

Il-Latvja trid iddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet imsemmijin fl-Artikoli 1 u 2.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

ANNESS

PARTI 1

Iż-żoni koperti mill-pjan ta’ qerda

Fil-komun ta’ Alūksnes, id-distretti ta’ Pededzes u ta’ Liepnas. Fil-komun ta’ Rēzeknes, id-distretti ta’ Pušas, ta’ Mākoņkalna u ta’ Kaunatas. Fil-komun ta’ Daugavpils, id-distretti ta’ Dubnas, ta’ Višķu, ta’ Ambeļu, ta’ Biķernieku, ta’ Maļinovas, ta’ Naujenes, ta’ Tabores, ta’ Vecsalienas, ta’ Salienas, ta’ Skrudalienas, ta’ Demenes u ta’ Laucesas. Fil-komun ta’ Balvu, id-distretti ta’ Vīksnas, ta’ Kubuļu, ta’ Balvu, ta’ Bērzkalnes, ta’ Lazdulejas, ta’ Briežuciema, ta’ Vectilžas, ta’ Tilžas, ta’ Krišjāņu u ta’ Bērzpils. Fil-komun ta’ Rugāju, id-distretti ta’ Rugāju u ta’ Lazdukalna. Fil-komun ta’ Viļakas, id-distretti ta’ Žiguru, ta’ Vecumu, ta’ Kupravas, ta’ Susāju, ta’ Medņevas u ta’ Šķilbēnu. Fil-komun ta’ Baltinavas, id-distrett ta’ Baltinavas. Fil-komun ta’ Kārsavas, id-distretti ta’ Salnavas, ta’ Malnavas, ta’ Goliševas, ta’ Mērdzenes u ta’ Mežvidu. Fil-komun ta’ Ciblas, id-distretti ta’ Pušmucovas, ta’ Līdumnieku, ta’ Ciblas, ta’ Zvirgzdenes u ta’ Blontu. Fil-komun ta’ Ludzas, id-distretti ta’ Ņukšu, ta’ Briģu, ta’ Isnaudas, ta’ Nirzas, ta’ Pildas, ta’ Rundēnu u ta’ Istras. Fil-komun ta’ Zilupes, id-distretti ta’ Zaļesjes, ta’ Lauderu u ta’ Pasienes. Fil-komun ta’ Dagdas, id-distretti ta’ Andzeļu, ta’ Ezernieku, ta’ Šķaunes, ta’ Svariņu, ta’ Bērziņu, ta’ Ķepovas, ta’ Asūnes, ta’ Dagdas, ta’ Konstantinovas u ta’ Andrupenes. Fil-komun ta’ Aglonas, id-distretti ta’ Kastuļinas, ta’ Grāveru, ta’ Šķeltovas u ta’ Aglonas. Fil-komun ta’ Krāslavas, id-distretti ta’ Aulejas, ta’ Kombuļu, ta’ Skaistas, ta’ Robežnieku, ta’ Indras, ta’ Piedrujas, ta’ Kalniešu, ta’ Krāslavas, ta’ Kaplavas, ta’ Ūdrīšu u ta’ Izvaltas.

PARTI 2

Iż-żoni koperti mill-pjan tilqim ta’ emerġenza

Top