EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2012_351_R_0047_01

2012/792/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994
Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994
Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994

ĠU L 351, 20.12.2012, p. 47–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 351/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2012

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994

(2012/792/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 bil-għan li jiġu nnegozjati mill-ġdid il-konċessjonijiet dwar il-linji tariffarji għal-laħam tat-tjur taħt il-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) (“NM”).

(2)

Dawk in-negozjati wasslu għal Ftehimiet fil-forma ta’ skambji ta’ ittri inizjalati mat-Tajlandja fit-22 ta’ Novembru 2011 u mal-Brażil fis-7 ta’ Diċembru 2011 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehimiet”).

(3)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/231/UE tat-23 ta’ April 2012 (2), il-Ftehimiet ġew iffirmati f’isem l-Unjoni fis-26 ta' Ġunju 2012 mal-Brażil u fit-18 ta' Ġunju mat-Tajlandja.

(4)

Il-Ftehimiet għandhom jiġu approvati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994 huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni.

It-testi tal-Ftehimiet huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifiki previsti fil-Ftehimiet.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. CHARALAMBOUS


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 117, 1.5.2012, p. 1.


FTEHIM

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994

A.   Ittra min-naħa tal-Unjoni Ewropea

Ġinevra, 26 ta’ Ġunju 2012

Sinjur,

Wara negozjati li saru taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

1.

L-Unjoni Ewropea għandha ddaħħal fl-Iskeda tagħha t-tibdil li ġej:

 

Ir-rata konsolidata tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3211, 1602 3230 u 1602 3290 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3211 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 16 140 tunnellata, li 15 800 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lill-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 62 905 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lill-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 295 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lill-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

2.

L-importazzjonijiet taħt il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil.

3.

Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, fi kwalunkwe mument fir-rigward ta’ kwalunkwe materja msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil.

L-Unjoni Ewropea u l-Brażil għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-aħħar notifika.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Geneve, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Γενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje,

Kelt Genfben,

Magħmul f’Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie dnia

Feito em Genebra,

Întocmit la Geneva, la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä,

Utfärdat i Genève den

Image

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Гια την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l’Union européenne

Per l’Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

B.   Ittra min-naħa tal-Brażil

Ġinevra, 26 ta’ Ġunju 2012

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tas-26 ta’ Ġunju 2012, li tinqara kif ġej:

“Wara negozjati li saru taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

1.

L-Unjoni Ewropea għandha ddaħħal fl-Iskeda tagħha t-tibdil li ġej:

 

Ir-rata konsolidata tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3211, 1602 3230 u 1602 3290 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3211 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 16 140 tunnellata, li 15 800 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lill-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 62 905 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lill-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 295 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lill-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

2.

L-importazzjonijiet taħt il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil.

3.

Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, fi kwalunkwe mument fir-rigward ta’ kwalunkwe materja msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil.

L-Unjoni Ewropea u l-Brażil għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-aħħar notifika.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra.

Feito em Genebra,

Съставено в Женева на

Hecho en Ginebra, el

V Ženevě dne

Udfærdiget i Geneve, den

Geschehen zu Genf am

Genf,

Έγινε στη Γενεύη, στις

Done at Geneva,

Fait à Genève, le

Fatto a Ginevra, addì

Ženēvā,

Priimta Ženevoje,

Kelt Genfben,

Magħmul f’Ġinevra,

Gedaan te Genève,

Sporządzono w Genewie dnia

Întocmit la Geneva, la

V Ženeve

V Ženevi,

Tehty Genevessä,

Utfärdat i Genève den

Image

Pelo Brasil

За Бразилия

Por Brasil

Za Brazílii

For Brasilien

Für Brasilien

Brasiilia nimel

Για τη Βραζιλία

For Brazil

Pour le Brésil

Per il Brasile

Brazīlijas vārdā –

Brazilijos vardu

Brazília részéről

Għall-Brażil

Voor Brazilië

W imieniu Brazylii

Pentru Brazilia

Za Brazíliu

Za Brazilijo

Brasilian puolesta

För Brasilien

Image


TRADUZZJONI

FTEHIM

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994

A.   Ittra min-naħa tal-Unjoni Ewropea

Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012

Sinjur,

Wara negozjati li saru taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

1.

L-Unjoni Ewropea għandha ddaħħal fl-Iskeda tagħha t-tibdil li ġej:

 

Ir-rata konsolidata tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290 u 1602 39 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 14 000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 2 100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3921 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3929 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3940 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3980 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

2.

L-importazzjonijiet taħt il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja.

3.

Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, fi kwalunkwe mument fir-rigward ta’ kwalunkwe materja msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja.

L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il (erbatax-il) jum wara d-data tal-aħħar notifika.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea

B.   Ittra min-naħa tat-Tajlandja

Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tat-18 ta’ Ġunju 2012, li tinqara kif ġej:

“Wara negozjati li saru taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet tal-UE fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

1.

L-Unjoni Ewropea għandha ddaħħal fl-Iskeda tagħha t-tibdil li ġej:

 

Ir-rata konsolidata tad-dazju għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linji bin-numru 1602 3230, 1602 3290 u 1602 39 għandha tkun ta’ EUR 2 765 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3230 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 14 000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3290 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 2 100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3921 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ EUR 630 għal kull tunnellata.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3929 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3940 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

 

Għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-linja bin-numru 1602 3980 tinfetaħ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati lit-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 10,9 %.

2.

L-importazzjonijiet taħt il-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru fuq il-bażi ta’ ċertifikati tal-oriġini maħruġin b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti tat-Tajlandja.

3.

Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, fi kwalunkwe mument fir-rigward ta’ kwalunkwe materja msemmija hawn fuq.

Napprezza jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan huwa l-każ, din l-ittra u l-konferma tiegħek flimkien għandhom jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja.

L-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14 (erbatax-il) jum wara d-data tal-aħħar notifika.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi ma’ din l-ittra.

Għar-Renju tat-Tajlandja


Top