This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1218
Regulation (EU) No 1218/2012 of the European Parliament and of the Council of 12 December 2012 concerning the implementation of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and Brazil pursuant to Article XXVIII of the General Agreement on Tariffs and Trade (GATT) 1994 relating to the modification of concessions with respect to processed poultry meat provided for in the EU Schedule annexed to GATT 1994, and of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and Thailand pursuant to Article XXVIII of the General Agreement on Tariffs and Trade (GATT) 1994 relating to the modification of concessions with respect to processed poultry meat provided for in the EU Schedule annexed to GATT 1994, and amending and supplementing Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament (UE) Nru 1218/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana
Regolament (UE) Nru 1218/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana
ĠU L 351, 20.12.2012, p. 36–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
20.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 351/36 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1218/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Diċembru 2012
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) stabbilixxa nomenklatura ta’ merkanzija, (in-“Nomenklatura Magħquda”), u stipula r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
Bid-Deċiżjoni 2012/792/UE tas-6 ta' Diċembru 2012 tiegħu dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994 (3) (“il-Ftehimiet”), il-Kunsill approva l-Ftehimiet f’isem l-Unjoni, bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati li nbdew skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT. |
(3) |
Il-Ftehimiet ġew innegozjati abbażi tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda li kienu fis-seħħ dak iż-żmien. |
(4) |
Fl-iktar verżjoni riċenti tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (4), il-linji tariffarji bin-numri 16 023 940 u 16 023 980 iddaħħlu f’linja tariffarja waħda ġdida bin-numru 16 023 985. L-Anness għal dan ir-Regolament jirrifletti din is-sitwazzjoni l-ġdida. |
(5) |
Dal-ħin, ir-rati awtonomi tad-dazji doganali għal-linji tariffarji koperti min-negozjati qegħdin f’livelli iktar baxxi mir-rati konvenzjonali tad-dazju l-ġodda li ġejjin mit-tibdil fil-konċessjonijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT. Madankollu, skont ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, id-dazji doganali awtonomi japplikaw meta jkunu f’livelli iktar baxxi mid-dazji konvenzjonali. |
(6) |
Għalhekk, ir-rata awtonoma tad-dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tiżdied għal-livell tad-dazju konvenzjonali. |
(7) |
L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u ssupplimentat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, it-tieni parti tal-Anness I (“l-Iskeda tad-Dazji Doganali”) għandha tiġi emendata bid-dazji mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Id-dazji awtonomi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tad-dazji konvenzjonali.
Artikolu 2
Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Anness I tat-Taqsima III tat-Tielet Parti, anness 7 (il-kwoti tariffarji tal-WTO li għandhom jinfetħu mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Komunità) għandu jiġi emendat bil-kwoti tariffarji u ssupplimentat bil-volumi u d-dazji mogħtija fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehimiet.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-12 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2012 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012.
(3) Ara paġna 47 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala kliem li għandu valur indikattiv biss, u l-konċessjonijiet fil-kuntest ta’ dan l-Anness qed jiġu stabbiliti permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.
It-tieni parti
L-iskeda tad-dazji doganali
Il-kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Rata tad-dazju (awtonoma u konvenzjonali) |
1602 32 11 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
EUR 2 765 għal kull tunnellata |
1602 32 30 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
EUR 2 765 għal kull tunnellata |
1602 32 90 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
EUR 2 765 għal kull tunnellata |
1602 39 21 |
Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
EUR 2 765 għal kull tunnellata |
1602 39 29 |
Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, imsajjar, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
EUR 2 765 għal kull tunnellata |
1602 39 85 |
Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, li fih inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
EUR 2 765 għal kull tunnellata |
It-tielet parti
Annessi tat-tariffi
Il-kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Rata tad-dazju |
1602 32 11 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 16 140 tunnellata, li 15 800 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil Ir-rata fil-kwota: EUR 630 għal kull tunnellata |
1602 32 30 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 79 705 tunnellata, li 62 905 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil u 14 000 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10,9 % |
1602 32 90 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 2 865 tunnellata, li 295 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għall-Brażil u 2 100 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10,9 % |
1602 39 21 |
Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, nej, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 10 tunnellati allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: EUR 630 għal kull tunnellata |
1602 39 29 |
Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, imsajjar, li fih 57 % jew iktar tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 13 720 tunnellata, li 13 500 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10,9 % |
Dak li qabel kien il-kodiċi 1602 39 85 |
Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, li fih 25 % jew iktar tal-piż iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 748 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10,9 % |
Dak li qabel kien il-kodiċi 1602 39 85 |
Laħam tal-papri, tal-wiżż u tal-farawn ipproċessat, li fih inqas minn 25 % tal-piż laħam jew ġewwieni tat-tjur |
Ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 725 tunnellata, li 600 tunnellata minnhom għandhom jiġu allokati għat-Tajlandja Ir-rata fil-kwota: 10,9 % |
Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffi tal-Iskeda tal-WTO tal-UE għandha tapplika għal-linji tariffarji kollha u għall-kwoti tariffarji kollha mogħtija hawn fuq.