EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0518

2012/518/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2012 li taħtar żewġ membri Ċiprijotti u tliet membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 258, 26.9.2012, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/518/oj

26.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li taħtar żewġ membri Ċiprijotti u tliet membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/518/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċiprijott,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Savvas ELIOFOTOU u tas-Sur Evyenios MICHAIL saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Andreas MOUSEOS tas-Sur Andreas HADZILOIZOU u tas-Sur Christofis ANTONIOU, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

is-Sinjura Louisa MAVROMMÁTI, Αντιδήμαρχος 'Εγκωμης

is-Sur Louis KOUMENIDES, Πρόεδρος Κ.Σ. Κάτω Λευκάρων

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Sávvas VÉRGΑS, Δήμαρχος Πάφου

is-Sur Glavkos KARIÓLOU, Δήμαρχος Κερύνειας

is-Sur Georgios IAKOVOU, Πρόεδρος Κ.Σ. Αγίων Τριμιθιάς.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top