EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0468

2012/468/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Awwissu 2012 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku

ĠU L 212, 9.8.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/468/oj

9.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 212/19


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Awwissu 2012

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE li temenda d-Deċiżjoni 2008/589/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku

(2012/468/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/589/KE (2) stabbilixxiet programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni applikabbli għal perjodu ta’ erba’ snin sabiex tiżgura l-implimentazzjoni armonizzata tal-pjan multiannwali stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3).

(2)

Biex tindirizza l-iżball klerikali li seħħ matul il-proċedura ta’ adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/262/UE (4), u konsegwentament biex id-Deċiżjoni tinġieb konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, it-test “jew għandhom il-probabbiltà li jkunu impenjati” għandu jitħassar mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 1 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/262/UE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

‘Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

“3.1.   Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jkopri l-kontroll u l-ispezzjoni ta’:

(a)

attivitajiet ta’ sajd minn bastimenti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u minn bastimenti tas-sajd ta’ kull tip ta’ tul impenjati fil-qbid tas-salamun;

(b)

l-attivitajiet relatati kollha, inklużi l-iżbark, l-użin, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd u r-reġistrazzjoni tal-ammonti mħatta l-art u mibjugħa.

2.   Il-programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu japplika għal ħames snin.’ ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 190, 18.7.2008, p. 11.

(3)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 130, 17.5.2012, p. 22.


Top