EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0037

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/37/PESK tat- 23 ta’ Jannar 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ĠU L 19, 24.1.2012, p. 33–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/37/oj

24.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/33


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/37/PESK

tat-23 ta’ Jannar 2012

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni u entitajiet addizzjonali għandhom jiġu inklużi mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

 

Isem

Tagħrif identifikattiv

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Il-Brigadier

Ġeneral Jawdat Ibrahim Safi

Kmandant tal-154 Riġment

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma.

23.1.2012

2.

Il-Ġeneral Maġġur

Muhammad Ali Durgham

Kmandant fir-4 Diviżjoni

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Damasku u l-inħawi ta' madwaru, inkluż f'Mo'adamiyeh, Douma, Abasiyeh u Duma.

23.1.2012

3.

Il-Maġġur Ġeneral

Ramadan Mahmoud Ramadan

Kmandant tal-35 Riġment ta' Forzi Speċjali

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Baniyas u Deraa

23.1.2012

4.

Il-Brigadier Ġeneral

Ahmed Yousef Jarad

Kmandant tal-132 Brigata

Ordna lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Deraa, inkluż bl-użu ta' mitraljatriċi u kanuni ta' kontra l-ajruplani

23.1.2012

5.

Il-Maġġur Ġeneral

Naim Jasem Suleiman

Kmandant tat-3 Diviżjoni

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma.

23.1.2012

6.

Il-Brigadier

Ġeneral Jihad Mohamed Sultan

Kmandant tal-65 Brigata

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Douma

23.1.2012

7.

Il-Maġġur Ġeneral

Fo'ad Hamoudeh

Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Idlib

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Idlib fil-bidu ta' Settembru 2011

23.1.2012

8.

Il-Maġġur Ġeneral

Bader Aqel

Kmandant tal-Forzi Speċjali

Ta ordnijiet lis-suldati biex jiġbru l-katavri u jagħtuhom lill-mukhabarat u responsabbli għall-vjolenza f'Bukamal.

23.1.2012

9.

Il-Brigadier Ġeneral

Ghassan Afif

Kmandant mill-45 Riġment

Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs, Baniyas u Idlib

23.1.2012

10.

Il-Brigadier Ġeneral

Mohamed Maaruf

Kmandant mill-45 Riġment

Kmandant tal-operazzjonijiet militari f'Homs. Ta ordnijiet għal sparar fuq dimostranti f'Homs.

23.1.2012

11.

Il-Brigadier Ġeneral

Yousef Ismail

Kmandant tal-134 Brigata

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw lejn djar u nies fuq il-bjut waqt funeral f'Talbiseh għal dimostranti maqtula l-jum ta' qabel.

23.1.2012

12.

Il-Brigadier Ġeneral

Jamal Yunes

Kmandant tal-555 Riġment

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Mo'adamiyeh.

23.1.2012

13.

Il-Brigadier Ġeneral

Mohsin Makhlouf

 

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak.

23.1.2012

14.

Il-Brigadier Ġeneral

Ali Dawwa

 

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti f'Al-Herak

23.1.2012

15.

Il-Brigadier Ġeneral

Mohamed Khaddor

Kmandant tal-106 Brigata, Gwardja Presidenzjali

Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi f'Douma.

23.1.2012

16.

Il-Maġġur Ġeneral

Suheil Salman Hassan

Kmandant tal-5 Diviżjoni

Ta ordnijiet lit-truppi biex jisparaw fuq dimostranti fil-Governorat ta' Deraa.

23.1.2012

17.

Wafiq Nasser

Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Suwayda (Dipartiment tal-Intelligence Militari)

Bħala Kap tal-fergħa ta' Suwayda tad-Dipartiment għall-Intelligence Militari, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Suwayda.

23.1.2012

18.

Ahmed Dibe

Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali)

Bħala Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta' detenuti f'Deraa.

23.1.2012

19.

Makhmoud al-Khattib

Kap tal-Fergħa Investigattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika)

Bħala l-Kap tal-Fergħa Investigattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

20.

Mohamed Heikmat Ibrahim

Kap tal-Fergħa Operattiva (Direttorat għas-Sigurtà Politika)

Bħala l-Kap tal-Fergħa Operattiva tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

21.

Nasser Al-Ali

Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Politika)

Bħala l-Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti.

23.1.2012

22.

Mehran (jew Mahran) Khwanda

Proprjetaru tal-kumpannija tat-trasport Qadmous Transport Co. imwieled fil-11.05.1938 Passaporti: nru 3298 858, li skada fid-09.05.2004, nru 001452904, li skada fid-29.11.2011, nru 006283523, li ser jiskadi fit-28.06.2017.

Jagħti appoġġ loġistiku għar-repressjoni vjolenti eżerċitata kontra l-popolazzjoni ċivili fiż-żoni ta' azzjoni tal-milizzja favur il-gvern involuti fil-vjolenza ("chabbihas").

23.1.2012

23.

Industrial Bank

Dar Al Muhanisen Building, 7th Floor, Maysaloun Street,

P.O. Box 7572 Damascus, Syria.

Tel: +963 11-222-8200. +963 11-222-7910

Fax: +963 11-222-8412

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

24.

Popular Credit Bank

Dar Al Muhanisen Building, 6th Floor, Maysaloun Street, Damascus, Syria.

Tel: +963 11-222-7604. +963 11-221-8376

Fax: +963 11-221-0124

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

25.

Saving Bank

Syria-Damascus – Merjah – Al-Furat St.

P.O. Box: 5467

Fax: 224 4909 – 245 3471

Tel: 222 8403

posta elettronika: s.bank@scs-net.org post-gm@net.sy

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

26.

Agricultural Cooperative Bank

Agricultural Cooperative Bank Building, Damascus Tajhez,

P.O. Box 4325, Damascus, Syria.

Tel: +963 11-221-3462; +963 11-222-1393

Fax: +963 11-224-1261

Sit elettroniku: www.agrobank.org

Bank proprjetà tal-Istat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

27.

Syrian Lebanese Commercial Bank

Syrian Lebanese Commercial Bank Building, 6th Floor, Makdessi Street, Hamra,

P.O. Box 11-8701, Beirut, Lebanaon.

Tel: +961 1-741666

Fax: +961 1-738228; +961 1-753215; +961 1-736629

Sit elettroniku: www.slcb.com.lb

Sussidjarju tal-Commercial Bank of Syria, diġà elenkat.

Ipparteċipa fil-finanzjament tar-regim.

23.1.2012

28.

Deir ez-Zur Petroleum Company

Dar Al Saadi Building 1st, 5th, and 6th Floor Zillat Street Mazza Area

P.O. Box 9120 Damascus Syria

Tel: +963 11-662-1175; +963 11-662-1400

Fax: +963 11-662-1848

Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

23.1.2012

29.

Ebla Petroleum Company

Head Office Mazzeh Villat Ghabia Dar Es Saada 16 Damascus, Syria

Tel: +963 116691100

P.O. Box 9120

Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

23.1.2012

30.

Dijla Petroleum Company

Building No. 653 – 1st Floor, Daraa Highway,

P.O. Box 81, Damascus, Syria

Impriża konġunta tal-GPC. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

23.1.2012


Top