EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0897

2011/897/UE: Decizjoni tal-Kunsill Ewropew tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

OJ L 345, 29.12.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/897/oj

29.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/21


DECIZJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tad-19 ta’ Diċembru 2011

li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2011/897/UE)

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Billi:

(1)

B’ittra datata l-10 ta’ Novembru 2011, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-Sur Mario DRAGHI ħabbar id-deċiżjoni tas-Sur Lorenzo BINI SMAGHI li jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu fil-Bord Eżekuttiv b’effett minn tmiem il-31 ta’ Diċembru 2011. Għaldaqstant jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)

Il-Kunsill Ewropew jixtieq jaħtar lis-Sur Benoît COEURÉ li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Benoît COEURÉ huwa b’dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta’ tmien snin mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

H. VAN ROMPUY


(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  L-Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  L-Opinjoni mogħtija fit-8 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


Top