EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0826

2011/826/UE: Deċiżjoni Nru 41/2011 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta’ Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika tal- 14 ta’ Novembru 2011 relatat mal-elenkar ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Annessi Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika u t-Tagħmir għat-Telekomunikazzjoni

OJ L 328, 10.12.2011, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/826/oj

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/56


DEĊIŻJONI Nru 41/2011 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA’ GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

tal-14 ta’ Novembru 2011

relatat mal-elenkar ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Annessi Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika u t-Tagħmir għat-Telekomunikazzjoni

(2011/826/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdiedu mal-lista ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-Istati Uniti għas-suq tal-KE” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika u dwar l-Anness Settorjali għat-Tagħmir għat-Terminali tat-Telekomunikazzjonijiet u tar-Radju.

2.

Il-Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża B qed jiżdied mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika.

3.

Il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta’ prodotti u proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemżiet A u B, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f’isem il-Partijiet għall-għanijiet li jemendaw il-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ minn dakinhar li ssir l-aħħar firma.

F’isem l-Istati Uniti tal-Amerika

James SANFORD

Iffirmata f’Washington, it-8 ta’ Novembru 2011

F’isem l-Unjoni Ewropea

Fernando PERREAU DE PINNINCK

Iffirmata fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011


Hemża A

Il-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-Istati Uniti li qed jiżdiedu mal-lista ta’ Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-Istati Uniti għas-suq tal-KE” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika u tal-Anness Settorjali dwar it-Tagħmir għat-Terminali tat-Telekomunikazzjonijiet u tar-Radju.

MiCOM Labs

440 Boulder Court, Suite 200

Pleasanton, CA 94566

L-Istati Uniti

Nemko USA, Inc

802 N. Kealy Avenue

Lewisville, Texas 75057-3136

L-Istati Uniti


Hemża B

Korp ta’ Valutazzjoni tal-Konformità tal-UE miżjud mal-lista ta’ Korpi ta’ Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika

Intertek Semko AB

Kaxxa Postali 1103

SE-164 22 KISTA

l-Isvezja


Top