EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0825

2011/825/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f’partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja u l-Isvezja (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9002) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 328, 10.12.2011, p. 53–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 060 P. 292 - 294

No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0260

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/825/oj

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/53


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Diċembru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi f’partijiet tal-Irlanda, il-Finlandja u l-Isvezja

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9002)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/825/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2), tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet fuq konsenji ta’ dawk l-annimali sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta’ ċertu mard fit-territorju tagħhom, sakemm l-Istati Membri jkunu wrew li t-territorju tagħhom, jew ċerti żoni demarkati tat-territorju tagħhom, huma ħeilsa minn mard bħal dan jew li jkunu stabbilixxew programm tal-eradikazzjoni jew sorveljanza biex ikun hemm ħelsien minn dan il-mard.

(2)

Il-partijiet kontinentali tat-territorji tal-Finlandja u l-Isvezja huma elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala territorji bi programm approvat ta’ eradikazzjoni fir-rigward ta’ mard batteriku tal-kliewi (BKD).

(3)

Il-partijiet kostali tat-territorji tal-Isvezja huma elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala territorji bi programm approvat ta’ eradikazzjoni fir-rigward tal-Vajrus Infettiv tan-Nekrożi Pankreatika (IPN).

(4)

B’dan il-mod, id-Deċiżjoni 2010/221/UE tapprova ċerti miżuri nazzjonali mill-Finlandja u l-Isvezja fuq konsenji ta’ annimali akkwatiċi ta’ speċi suxxettibbli f’dawk iż-żoni. Madanakollu, biex ikun hemm lok għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-konvenjenza ta’ dawk il-miżuri nazzjonali, l-awtorizzazzjoni biex ikunu applikati dawk il-miżuri hi limitata fiż-żmien sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(5)

Il-Finlandja ssottomettiet rapporti lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-programm nazzjonali tagħha tal-eradikazzjoni għall-BKD, u fihom issemmi li s’issal-eradikazzjoni tal-BKD ma kinitx suċċess. Filwaqt li sar progress f’bosta żoni, uħud miż-żoni xorta għadhom infettati bil-BKD. Għalhekk il-Finlandja talbet li d-demarkazzjoni ġeografika tal-programm tkun limitata għal żewġ żoni kontinwi li jkopru 19-il żona tal-ġbir tal-ilma. F’dawk iż-żewġ żoni, erba’ rziezet biss huma taħt restrizzjonijiet relatati mal-BKD u kollha kemm huma għaddejjin bil-proċess tal-qerda tal-ħut infettat, u tat-tindif u d-diżinfettazzjoni tal-faċilitajiet.

(6)

L-Isvezja ssottomettiet rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-programmi nazzjonali tal-eradikazzjoni tal-BKD u l-IPN. In-numru ta’ każijiet rapportati tnaqqas b’mod sinifikanti u ż-żewġ mardiet waslu biex jinqerdu miż-żoni tal-programm. Il-partijiet kontinentali tal-Isvezja huma diġà ħielsa mill-IPN u għalhekk il-programm nazzjonali tal-eradikazzjoni fl-ilmijiet kostali jaħdem ukoll bħala lqugħ li jipproteġi ż-żoni li diġà kienu ddikjarati ħielsa.

(7)

Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Finlandja u l-Isvezja, hu xieraq li dawk il-miżuri nazzjonali jissokktaw. Madanakollu, peress li s’issal-eradikazzjoni għadha ma nkisbitx minkejja li l-programm nazzjonali tal-eradikazzjoni ilu jiġi applikat is-snin, il-konvenjenza u l-ħtieġa tal-miżuri nazzjonali jeħtiġilhom jiġu evalwati mill-ġdid fiż-żmien opportun.Għalhekk, l-awtorizzazzjoni biex ikunu applikati dawk il-miżuri nazzjonali għandha tkun limitata għal sentejn oħra sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(8)

Bħalissal-Anness III għad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenka disa’ kompartamenti fit-territorji tal-Irlanda bi programm approvat ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar).

(9)

L-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni dwar l-iskoperta tal-OsHV-1 μνar fi tnejn minn dawk il-kompartamenti, jiġifieri fil-Bajja ta’ Gweendore fi ħdan il-kompartament 1 u fil-Bajja ta’ Ballinakill fi ħdan il-kompartament 4. Konsegwentement, id-demarkazzjoni ġeografika ta’ dawk iż-żewġ kompartamenti fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha tkun emendata.

(10)

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/221/UE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2) id-data “il-31 ta’ Diċembru 2011” għandha tinbidel bid-data “il-31 ta’ Diċembru 2013”.

(2)

L-Annessi II u III għandhom jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 98, 20.4.2010, p. 7.


ANNESS

ANNESS II

L-Istati Membri u partijiet minnhom bi programmi tal-eradikazzjoni fir-rigward ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali għall-kontroll ta’ dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

oil-Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b’miżuri nazzjonali approvati

il-Mard batteriku tal-kliewi (BKD)

il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma li ġejjin:

Kymijoki, Juustilanjoki, Hounijoki, Tervajoki, Vilajoki, Urpalanjoki, Vaalimaanjoki, Virojoki, Vehkajoki, Summajoki, Vuoksi, Jänisjoki, Kiteenjoki-Tohmajoki, Hiitolanjoki, Tenojoki, Näätämöjoki, Uutuanjoki, Paatsjoki, Tuulomajoki.

l-Isvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

il-Vajrus Infettiv tan-Nekrożi Pankreatika (IPN)

l-Isvezja

SE

Il-partijiet kostali tat-territorju

ANNESS III

L-Istati Membri u żoni bi programmi ta’ sorveljanza fir-rigward tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar), u li huma approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw din il-marda skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

il-Marda

Stat Membru

Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żoni b’miżuri nazzjonali approvati (Stati Membri, żoni u kompartamenti)

l-Ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar)

l-Irlanda

IE

Kompartament 1: il-Bajja ta’ Sheephaven.

Kompartament 2: il-Bajja ta’ Gweebara.

Kompartament 3: il-Bajjiet ta’ Drumcliff, Killala, Broadhaven u Blacksod.

Kompartament 4: il-Bajja ta’ Streamstown.

Kompartament 5: il-Bajjiet ta’ Bertraghboy u Galway.

Kompartament 6: ix-Shannon Estuary u l-Bajjiet ta’ Poulnasharry, Askeaton u Ballylongford.

Kompartament 7: il-Bajja ta’ Kenmare.

Kompartament 8: il-Bajja ta’ Dunmanus.

Kompartament 9: il-Bajjiet ta’ Kinsale u Oysterhaven.

ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Gran Brittanja ħlief il-Bajja ta’ Whitstable f’Kent.

It-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq, ħlief il-Bajjiet ta’ Killough, Lough Foyle u Carlingford Lough.

It-territorju ta’ Guernsey.


Top