This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2011_313_R_0027_01
2011/758/EU: Decision of the European Parliament of 25 October 2011 on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Medicines Agency for the financial year 2009#Resolution of the European Parliament of 25 October 2011 with observations forming an integral part of its Decision on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Medicines Agency for the financial year 2009
2011/758/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Ottubru 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009
2011/758/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta’ Ottubru 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009
ĠU L 313, 26.11.2011, p. 27–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/27 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-25 ta’ Ottubru 2011
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009
(2011/758/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (2) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini,
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar il-qafas ta’ Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2011 (EMA/441533/2011),
wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Aġenzija għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Mejju 2011 (6) li takkumpanja d-deċiżjoni msemmija hawn fuq dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009,
wara li kkunsidra r-Rapporti ta’ Verifika Interna Annwali għall-2009, l-2008 u l-2007 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Aġenzija,
wara li kkunsidra r-rapport ta’ segwitu finali dwar l-awditjar tal-2009, 2008 u 2006 tal-IAS dwar l-Aġenzija,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0329/2011),
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 28.
(2) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 173.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 174.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-25 ta’ Ottubru 2011
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (2) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini,
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u b’mod partikolari l-Artikolu 68 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar il-qafas ta’ Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2011 (EMA/441533/2011),
wara li kkunsidra t-tweġibiet tal-Aġenzija għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Mejju 2011 (6) li takkumpanja d-deċiżjoni msemmija hawn fuq dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009,
wara li kkunsidra r-Rapporti ta’ Verifika Interna Annwali għall-2009, l-2008 u l-2007 tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Aġenzija,
wara li kkunsidra r-rapport ta’ segwitu finali dwar l-awditjar tal-2009, 2008 u 2006 tal-IAS dwar l-Aġenzija,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0329/2011),
A. |
billi fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri esprimiet riżervi fl-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, |
B. |
billi fid-Deċiżjoni hawn fuq imsemmija tal-10 ta’ Mejju 2011 il-Parlament iddeċieda li jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009, |
C. |
billi l-baġit tal-Aġenzija għall-2009 kien ta’ EUR 194 000 000, li kien żieda ta’ 6.28 % fuq is-sena finanzjarja 2008, |
D. |
billi l-baġit tal-Aġenzija hu ffinanzjat kemm mill-baġit annwali tal-Unjoni, li jirrappreżenta 18.52 % mid-dħul totali tal-2009, u aktar u aktar, minn imposti mħallsa minn kumpaniji farmaċewtiċi għal servizzi li jistgħu jkunu mifruxa fuq aktar minn sena finanzjarja waħda, u billi konsegwentement, il-kontribut ġenerali tal-Unjoni naqas b’9.2 % bejn l-2008 u l-2009, |
E. |
billi l-awtorità ta’ kwittanza rċeviet tweġibiet mill-Aġenzija wara r-riżoluzzjoni tal-10 ta’ Mejju 2011 hawn fuq imsemmija tal-Parlament, |
F. |
billi fit-tweġibiet tagħha lill-Parlament, l-Aġenzija aġġornat lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-livell ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS, filwaqt li ddikjarat li:
|
Valutazzjoni Ġenerali
1. |
Jirrikonoxxi li rċieva ittra mill-President tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija bid-data tas-17 ta’ Ġunju 2011 li fiha jingħad li l-Aġenzija ħadet azzjonijiet biex tindirizza n-nuqqasijiet tal-2009; jieħu nota wkoll tad-dokumenti u l-annessi li rċieva mill-Aġenzija bi tweġiba għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Mejju 2011 hawn fuq imsemmija; jirrikonoxxi wkoll li rċieva ittra tal-Aġent Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-10 ta’ Awwissu 2011, wara l-mistoqsijiet li tqajmu waqt id-dibattitu dwar il-kwittanza lill-Aġenzija għall-2009 fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit tat-13 ta’ Lulju 2011; jiddispjaċih, madankollu, li mhux l-informazzjoni mitluba kollha kienet ippreżentata; |
2. |
Jinnota, madankollu, li l-Aġenzija għandha tkompli tinforma kull tliet xhur lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet mitluba mill-awtorità ta’ kwittanza; |
3. |
Jenfasizza li l-awtorità ta’ kwittanza għandha tkompli tissorvelja b’attenzjoni waqt il-proċeduri ta’ kwittanza li ġejjin il-livell ta’ implimentazzjoni tal-miżuri meħuda biex jindirizzaw id-dgħufijiet serji tal-Aġenzija żvelati mir-rapporti kemm mill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll mill-IAS; jistenna, għalhekk, li l-Aġenzija għandha tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet implimentanti u r-riżultati tagħhom u tippreżenta d-dokumenti mitluba, speċjalment rigward il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
Kummenti Speċifiċi
Proċeduri ta’ akkwist
4. |
Jinnota l-informazzjoni li waslet rigward is-sistema ta’ kontroll li għandha l-għan li tevita jew li tidentifika fil-waqt l-iżbalji persistenti fil-proċeduri ta’ akkwist; jistenna li jirċievi l-pjan ta’ akkwist multiannwali; għalhekk, ifakkar lill-Aġenzija tkompli ttejjeb il-kwalità tas-sistema tagħha ta’ akkwist u biex tkun strettament konformi mar-rekwiżiti tar-regolamenti relevanti dwar l-akkwist pubbliku, sabiex tirretifika n-nuqqasijiet li indikathom il-Qorti tal-Awdituri; |
5. |
Jinnota l-bidu tal-azzjonijiet biex jiġi żviluppat pjan ta’ azzjoni dwar it-titjib tal-proċeduri ta’ akkwist; jistieden lill-Aġenzija tkompli għaddejja minnufih bl-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex issib rimedju għan-nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ akkwist, partikolarment l-iżbalji fil-ġestjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti, billi tipprovdi aktar kontrolli rigorużi tekniċi u proċedurali, u biex konsegwentament tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza; |
6. |
Ifakkar li fir-rapport annwali tagħha tal-2009, il-Qorti tal-Awdituri kienet iddikjarat li l-aġenzija ma wettqitx biżżejjed kontrolli biex timmitiga r-riskji ta’ żbalji f’numru ta’ proċeduri għall-akkwist ta’ kuntratti ta’ qafas kbar tal-IT; ifakkar ukoll li l-verifika wriet żbalji li affetwaw ir-regolarità ta’ dawn l-operazzjonijiet u li ffurmaw il-bażi għall-opinjoni mill-Qorti tal-Awdituri b’riżervi dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom kienu bbażati l-kontijiet tal-Aġenzija; |
Approprjazzjonijiet ittrasferiti
7. |
Jirrimarka li fir-rapport annwali tagħha dwar l-Aġenzija għall-2009, il-Qorti tal-Awdituri rrappurtat li madwar EUR 14 800 000 minn riport ta’ EUR 19 500 000 (38 % tal-impenji tal-Aġenzija għall-2009) kienu għal attivitajiet li kienu għadhom ma ġewx implimentati (jew, f’xi każijiet, beni li ma ngħatawx għal servizzi li jistgħu jkunu mifruxa fuq iktar minn sena finanzjarja waħda) fl-aħħar tas-sena; ifakkar għalhekk lill-Aġenzija biex tieħu azzjoni f’dan ir-rigward u jistenna b’ħerqa li jirċievi assigurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar dan; |
Dħul minn ħlasijiet
8. |
Jieħu nota tal-informazzjoni mill-Aġenzija li mill-1 ta’ Jannar 2011, l-Aġenzija introduċiet Sistema ta’ Ppjanar tar-Riżorsi tal-Impriża (ERP), fornita minn SAP, biex issib rimedju għad-dewmien kbir fl-ordnijiet ta’ rkupru; jieħu nota li b’din is-sistema l-ġdida l-Aġenzija ddaħħal id-data mis-sistemi operazzjonali attwali tagħha (pereżempju SIAMED) permezz ta’ pannell direttament fil-modulu finanzjarju SAP; |
Kuntratti ta’ kambju esteru
9. |
Jirrikonoxxi l-impenn tal-Aġenzija li tillimita r-riskji tagħha dovuti għal varjazzjoni tar-rata tal-kambju u li mill-11 ta’ Ġunju 2010 rrevediet il-Politika tat-Teżor tagħha billi: stabbiliet kumitat ta’ konsultazzjoni intern biex jagħti pariri lill-uffiċjal kontabilist dwar strateġiji ta’ ħħeġġjar; llimitat l-iħħeġġjar għal 50 % tar-rekwiżit stmat; u billi żgurat li r-rati li jkunu jistgħu jinkisbu fis-suq ikunu l-istess bħar-rata tal-kosting tal-baġit jew jaqbżuhom; |
Il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess
10. |
Jieħu nota tat-tweġibiet tal-Aġenzija dwar il-konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta tagħha, permezz tal-istabbiliment ta’ prinċipji u gwida dwar l-indipendenza u l-kunfidenzjalità applikabbli għall-Bord Amministrattiv u għall-membri tal-kumitati, għall-esperti u għall-persunal tal-Aġenzija; konsegwentament jippretendi mill-Aġenzija li tivvaluta fid-dettall, qabel l-allokazzjoni ta’ mexxejja tat-timijiet tal-proġetti għall-prodotti, jekk l-interessi ddikjarati mill-membri tal-persunal jistgħux jinfluwenzaw l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom; jistenna li d-dokumenti tal-Aġenzija dwar il-kunflitti ta’ interess għandhom ikunu aġġornati; |
11. |
Jieħu nota tal-intenzjoni tal-Aġenzija li tapplika r-rakkomandazzjoni tal-IAS mill-verifika ta’ segwitu tiegħu tal-2010 billi tadotta approċċ ibbażat fuq ir-riskji u tiffoka l-kontrolli fuq persunal li jiddikjara l-interessi; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-iskeda ta’ żmien u dwar il-pjan biex tiġi applikata din ir-rakkomandazzjoni tal-IAS qabel tmiem l-2011; |
12. |
Jirrikonoxxi, madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija li fiha jingħad li m’hemm ebda oneru fuqha li titlob jew tissorvelja d-dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji ta’ esperti responsabbli għall-valutazzjoni ta’ prodotti mediċinali, peress li dan huwa responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri (Artikolu 126b tad-Direttiva 2001/83/KE (7) kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE (8)); jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tfakkar l-awtoritajiet rispettivi fl-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom f’din il-kwistjoni; |
13. |
Jenfasizza li mhix biss ir-reputazzjoni tal-Aġenzija li tista’ tiġi affettwata f’każijiet fejn il-valutazzjonijiet jistgħu jiġu kkontestati fuq il-bażi tal-possibilità ta’ kunflitti ta’ interess imma wkoll li kunflitti simili ta’ interess ma jiggarantixxux il-protezzjoni ottimali tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej; |
14. |
Jinnota li, mill-1 ta’ Lulju 2011, il-formola ġdida u elettronika tad-Dikjarazzjoni tal-Interessi (e-DOI) saret topera u l-esperti kollha ntalbu jimlew l-e-DOI l-ġdida u li l-e-DOIs tal-esperti kollha inklużi fil-bażi ta’ data tal-Esperti saru disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija mit-30 ta’ Settembru 2011; jinnota wkoll li l-Memorandum ta’ Fehim bejn l-Aġenzija u kull Awtorità Kompetenti Nazzjonali dwar is-sorveljanza tal-livell xjentifiku u l-indipendenza tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Awtorità Kompetenti Nazzjonali għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti lill-Aġenzija sar effettiv mill-4 ta’ Lulju 2011; |
15. |
Jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar azzjonijiet meħuda rigward kwistjonijiet relatati mal-konformità effettiva mal-Kodiċi ta’ Kondotta tagħha fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess; |
16. |
Jinsisti, imma jwissi wkoll lill-Aġenzija, li l-azzjonijiet kollha msemmija fir-rapporti rispettivi tal-awditjar, inkluż dak għas-sena 2010, għandhom ikunu implimentati għalkollox qabel il-bidu tal-proċedura ta’ kwittanza li jmiss; |
Il-ġestjoni tar-riżorsi umani
17. |
Jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li fiha jingħad li sewwiet in-nuqqasijiet identifikati mill-IAS għall-għażla tal-aġenti kuntrattwali u li bdew jitħaddmu istruzzjonijiet ta’ ħidma u mudelli riveduti u li l-persunal ingħata taħriġ speċifiku; konsegwentament jistieden lill-Aġenzija żżomm lill-awtorità ta’ kwittanza aġġornata dwar il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet; jistenna b’ħerqa li r-rapport 2010 tal-Qorti tal-Awdituri jistabbilixxi jekk l-assigurazzjoni mill-Aġenzija hijiex fondata tajjeb; |
18. |
Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li qed jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (9) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 28.
(2) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 173.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 174.
(7) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem(ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).