EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42011X0909(01)

Ir-Regolament Nru 16 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta': I. Iċ-ċinturini tas-sigurtà, is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal u s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX għall-okkupanti ta’ vetturi motorizzati — II. Il-vetturi mgħammra biċ-ċinturini tas-sigurtà, tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà, is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal u s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX

OJ L 233, 9.9.2011, p. 1–94 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 053 P. 155 - 248

In force

9.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 233/1


It-testi oriġinali UN/ECE biss għandhom effett legali skont id-dritt pubbliku internazzjonali L-istat u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 16 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta':

I.

Iċ-ċinturini tas-sigurtà, is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal u s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX għall-okkupanti ta’ vetturi motorizzati

II.

Il-vetturi mgħammra biċ-ċinturini tas-sigurtà, tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà, is-sistemi ta’ trażżin, is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal u s-sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 1 għas-sensiela 06 tal-emendi — Data tad-dħul fis-seħħ: it-23 ta’ Ġunju 2011

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-immarkar

5.

L-approvazzjoni

6.

L-ispeċifikazzjonijiet

7.

It-testijiet

8.

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-installazzjoni fil-vettura

9.

Il-konformità tal-produzzjoni

10.

Il-penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

11.

Il-modifiki u l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jew għat-tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin

12.

Il-produzzjoni mwaqqfa għal kollox

13.

L-istruzzjonijiet

14.

Ismijiet u indirizzi ta’ Servizzi Tekniċi responsabbli mit-tmexxija ta’ testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

15.

Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

Anness 1A —

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura rigward iċ-ċinturin tas-sigurtà skont ir-Regolament Nru 16

Anness 1B —

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema tat-trażżin għall-okkupanti adulti ta’ vetturi motorizzati skont ir-Regolament Nru 16

Anness 2 —

L-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni

Anness 3 —

Id-dijagramma ta’ apparat biex tkun ittestjata kemm idum iservi l-mekkaniżmu tal-apparat li jiġbed lura

Anness 4 —

Dijagramma ta’ apparat biex tkun ittestjata s-sokra tal-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f’emerġenza

Anness 5 —

Dijagramma ta’ apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

Anness 6 —

Deskrizzjoni tat-troli, tas-sit, tal-ankraġġi u tal-apparat li jwaqqaf

Anness 7 —

Deskrizzjoni tal-manikin

Anness 8 —

Deskrizzjoni tal-kurva tad-deċellerazzjoni jew l-aċċellerazzjoni tat-troli bħala funzjoni tal-ħin

Anness 9 —

L-istruzzjonijiet

Anness 10 —

It-test tal-bokkla doppja

Anness 11 —

It-test tal-brix u tal-microslip

Anness 12 —

It-test tal-korrużjoni

Anness 13 —

L-ordni tat-testijiet

Anness 14 —

Il-kontroll tal-koformità tal-produzzjoni

Anness 15 —

Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati

Appendiċi 1 —

Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali tal-punt “H”

Appendiċi 2 —

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza

Appendiċi 3 —

Id-data ta’ referenza li tikkonċerna l-pożizzjonijiet bilqiegħda

Anness 16 —

Rekwiżiti minimi għaċ-ċinturini tas-sigurtà u l-apparati li jiġbdu lura

Anness 17 —

Ir-rekwiżiti għall-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u tas-sistemi ta’ trażżin għall-okkupanti adulti tal-vetturi motorizzati fuq is-sits li jħarsu ’l quddiem u għall-installazzjoni ta’ sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal

Appendiċi 1 —

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali” installati bl-apparat taċ-ċinturin tas-sigurtà tal-vettura

Appendiċi 2 —

Dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni fil-manwal tal-installazzjoni tal-vettura dwar l-adattabilità tat-trażżin tat-tfal ISOFIX li jħarsu ’l quddiem u lura tal-kategoriji universali u semiuniversali installati f’pożizzjonijiet ISOFIX

Appendiċi 3 —

Tabella 1 — It-tabella tal-informazzjoni tal-manwal tal-vettura dwar l-adattabilità tal-installazzjoni tas-sistemi ta’ trażżin għat-tfal għal diversi pożizzjonijiet bilqiegħda

Tabella 2 — It-tabella tal-informazzjoni tal-manwal tal-vettura dwar l-adattabilità tal-installazzjoni tas-sistemi ISOFIX ta’ trażżin għat-tfal għal diversi pożizzjonijiet ISOFIX

Appendiċi 4 —

Installazzjoni ta’ manikin ta’ 10 snin

Anness 18 —

Testijiet tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għal:

1.1.

Vetturi tal-kategoriji M, N, O, L2, L4, L5, L6, L7 u T (1), dwar l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistema tat-trażżin li huma maħsuba għal użu separat, jiġifieri, bħala fittings individwali, minn persuni b’daqs ta’ adulti li jokkupaw is-sits ta’ li jħarsu 'l quddiem jew lura;

1.2.

Ċinturi tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin li huma maħsuba għal użu separat, jiġifieri, bħala fittings individwali, minn persuni b'daqs ta’ adulti li jokkupaw is-sits ta’ li jħarsu 'l quddiem jew lura, u li huma ddiżinjati għall-installazzjoni f'vetturi tal-kategoriji M, N, O, L2, L4, L5, L6, L7 u T (1);

1.3.

Vetturi tal-kategorija M1B u N1 (1) fir-rigward tal-installazzjoni tas-sistemi tat-trażżin tat-tfal u s-sistemi tat-trażżin tat-tfal ISOFIX.

1.4.

Vetturi tal-kategoriji M1 fir-rigward ta’ tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà (2).

1.5.

Fuq it-talba tal-manifattur, tapplika wkoll għall-installazzjoni tas-sistemi tat-trażżin tat-tfal u s-sistemi tat-trażżin tat-tfal ISOFIX maħsuba għall-installazzjoni f'vetturi tal-kategoriji M2 u M3 (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Ċinturin tas-sigurtà (ċinturin tas-sit, ċinturin)

Arranġament ta’ ċineg b'bokkla li torbot, b'apparati għall-aġġustament u bi żjidiet li huwa kapaċi jkun ankrat ma’ ġewwa ta’ vettura motorizzati u huwa mfassal biex inaqqas ir-riskju għal min jilbsu, fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ deċellerazzjoni f'daqqa tal-vettura, billi jillimita l-mobilità tal-ġisem ta’ min jilbsu. Arranġament ta’ din ix-xorta ġeneralment jissejjaħ “montatura ta’ ċinturin”, liema terminu jinkludi wkoll kwalunkwe apparat biex tkun assorbita l-enerġija jew biex jinġibed lura ċ-ċinturin.

L-arranġament jista' jiġi ttestjat u approvat bħala arranġament ta’ ċinturin tas-sigurtà jew bħala sistema tat-trażżin.

2.1.1.   Iċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor

Ċinturin b'żewġ ponot li jgħaddi min-naħa għall-oħra ta’ quddiem ir-reġjun tal-pelvi ta’ min jilbsu.

2.1.2.   Iċ-ċinturin dijagonali

Ċinturin li jgħaddi b'mod dijagonali min-naħa għall-oħra ta’ quddiem is-sider mill-ġenb għall-ispalla opposta.

2.1.3.   Iċ-ċinturin bi tliet ponot

Ċinturin li huwa essenzjalment kombinazzjoni ta’ ċinga ta’ fuq il-ħoġor u ta’ ċinga dijagonali.

2.1.4.   Iċ-ċinturin tat-tip S

Arranġament ta’ ċinturin li mhux ċinturin bi tliet ponot jew ċinturin ta’ fuq il-ħoġor.

2.1.5.   Iċ-ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq

Arranġament ta’ ċinturin tat-tip S li jinkludi ċinturin ta’ fuq il-ħoġor u ċineg tal-ispalla; ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq jista' jkun provdut b'montatura addizzjonali ta’ ċineg ta’ bejn il-koxox.

2.2.   It-tip ta’ ċinturin

Ċinturini ta’ “tipi” differenti huma ċinturini li jvarjvaw sostanzjalment wieħed mill-ieħor; id-differenzi jistgħu jirrelataw b'mod partikolari għal:

2.2.1.

il-partijiet riġidi (bokkla, żjidiet, apparat li jiġbed lura, eċċ.);

2.2.2.

il-materjal, in-nisġa, id-dimensjonijiet u l-kulur taċ-ċineg; jew

2.2.3.

il-ġeometrija tal-montatura taċ-ċinturin.

2.3.   Iċ-ċinga

Komponent flessibbli maħsub biex iżomm il-ġisem u biex jitrażmetti l-forzi lill-ankraġġi taċ-ċinturin.

2.4.   Bokkla

Apparat li jinħall malajr li jippermetti li min jilbsu jinżamm miċ-ċinturin. Il-bokkla tista' tinkorpora l-apparat għall-aġġustament, ħlief fil-każ ta’ bokkla ta’ ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq.

2.5.   L-apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin

Apparat li jippermetti li ċ-ċinturin jiġi aġġustat skont ir-rekwiżiti tal-indivdwu li jilbsu u skont il-pożizzjoni tas-sit. L-apparat ta’ aġġustament jista' jkun parti mill-bokkla, jew minn apparat li jiġbed lura, jew minn kwalunkwe parti oħra taċ-ċinturin tas-sigurtà.

2.6.   L-apparat ta’ qabel it-tagħbija

Apparat addizzjonali jew integrat li jissikka l-istrixxi taċ-ċinturin tas-sit sabiex iċ-ċinturin ikun anqas laxk waqt is-sekwenza tal-kraxx.

2.7.   “Iż-żona ta’ referenza” tfisser l-ispazju bejn żewġ pjani lonġitudinali vertikali, 400 mm 'il bogħod minn xulxin u simmetriċi fejn għandu x'jaqsam il-punt H, u ddefinita mir-rotazzjoni mill-vertikali għall-orizzontali tal-apparat tal-forma tar-ras, deskritt fl-Anness 1 mar-Regolament Nru 21. L-apparat għandu jitqiegħed kif deskritt f'dak l-anness għar-Regolament Nru 21 u ffissat għat-tul massimu ta’ 840 mm.

2.8.   “Il-montatura tal-airbag” tfisser apparat installat biex jissuplimenta liċ-ċinturini tas-sigurtà u lis-sistemi ta’ trażżin f'vetturi motorizzati, jiġifieri sistema li, fil-każ ta’ impatt qawwi li jaffetwa lill-vettura, awtomatikament tuża struttura flessibbli maħsuba biex tillimita, permezz tal-kompressjoni tal-gass li jinsab fiha, is-serjetà tal-kuntatti ta’ parti waħda jew aktar mill-ġisem ta’ okkupant tal-vettura ma’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri.

2.9.   “L-airbag tal-passiġġier” tfisser montatura ta’ airbag maħsuba biex jitħares(jitħarsu) l-okkupant(i) fis-sits li mhumiex dawk tas-sewwieq fil-każ ta’ kolliżjoni frontali.

2.10.   “It-trażżin għat-tfal” tfisser apparat tas-sigurtà kif iddefinit fir-Regolament Nru 44.

2.11.   “Li jħares lura” tfisser li jħares fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali tal-ivvjaġġar tal-vettura.

2.12.   Iż-żidiet

Partijiet mill-montatura taċ-ċinturin inklużi l-komponenti neċessarji biex jorbtu, li jippermettu li tkun marbuta mal-ankraġġi taċ-ċinturin.

2.13.   L-apparat li jassorbi l-enerġija

Apparat maħsub biex iferrex l-enerġija b'mod indipenenti minn jew b'mod konġunt maċ-ċinga u li jifforma parti mill-montatura taċ-ċinturin.

2.14.   L-apparat li jiġbed lura

Apparat li jakkomoda parti miċ-ċinga jew liċ-ċinga sħiħa ta’ ċinturin tas-sigurtà.

2.14.1.   L-apparat li jiġbed lura li ma jissakkarx (it-tip 1)

Apparat li jiġbed lura minfejn iċ-ċinga tinħareġ għat-tul kollu tagħha permezz ta’ forza esterna ċkejkna u li ma jipprovdi l-ebda aġġustament għat-tul taċ-ċinga maħruġa.

2.14.2.   L-apparat li jiġbed lura li jinfetaħ b'mod manwali (it-tip 2)

Apparat li jiġbed lura li jeħtieġ it-tħaddim manwali ta’ apparat mill-utent biex jinfetaħ l-apparat li jiġbed lura sabiex tinkiseb l-estrazzjoni mixtieqa taċ-ċinga u li jissakkar awtomatikament meta l-ħidma msemmija tieqaf.

2.14.3.   L-apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament (it-tip 3)

Apparat li jiġbed lura li jippermetti l-estrazzjoni taċ-ċinga sat-tul mixtieq u li, meta tingħalaq il-bokkla, awtomatikament jaġġusta ċ-ċinga għal min jilbisha. Iċ-ċinga ma titħalliex toħroġ aktar mingħajr l-intervent volontarju ta’ min jilbisha.

2.14.4.   L-apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza (it-tip 4)

Apparat li jiġbed lura li matul il-kondizzjonijiet normali tas-sewqan ma jirrestrinġix il-ħelsien tal-moviment ta’ min ikun liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà. Apparat ta’ din ix-xorta għandu komponenti li jaġġustaw it-tul li awtomatikament jaġġustaw iċ-ċinga għal min jilbisha u mekkaniżmu li jissakkar li jiġi azzjonat f'emerġenza permezz ta':

2.14.4.1.

id-deċellerazzjoni tal-vettura (sensittività unika).

2.14.4.2.

Il-kombinazzjoni tad-deċellerazzjoni tal-vettura, il-moviment tal-istrixxi jew kwalunwke mezz awtomatiku ieħor (sensittività multipla).

2.14.5.   L-apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza b'limitu ogħla ta’ reazzjoni (it-tip 4N)

Apparat li jiġbed lura tat-tip iddefinit fil-paragrafu 2.14.4, imma li għandu proprjetajiet speċjali rigward l-użu tiegħu f'vetturi tal-kategoriji M2, M3, N1, N2 u N3 (3).

2.14.6.   L-apparat tal-aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli

Apparat li jippermetti li tiġi aġġustata l-pożizzjoni fl-għoli tal-ingassa ta’ mal-kolonna ta’ fuq ta’ ċinturin skont ir-rekwiżiti tal-individwu li jilbsu u skont il-pożizzjoni tas-sit. Apparat ta’ din ix-xorta jista' jitqies bħala parti miċ-ċinturin jew bħala parti mill-ankraġġ taċ-ċinturin.

2.15.   L-ankraġġi taċ-ċinturin

Partijiet mill-istruttura tal-vettura jew mill-istruttura tas-sit jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħha għandhom jitwaħħlu l-montaturi taċ-ċinturin tas-sigurtà.

2.16.   It-tip tal-vettura rigward iċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin.

Kategorija ta’ vetturi motorizzati li ma jvarjawx f'tali aspetti essenzjali bħad-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-komponenti tal-istruttura tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit jew ta’ kwalunkwe parti oħra tal-vettura li magħha huma mwaħħla ċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin.

2.17.   Is-sistema ta’ trażżin

Sistema għat-tip speċifiku ta’ vettura jew għal tip iddefinit mill-manifattur tal-vettura u miftiehma mis-Servizz Tekniku li tikkonsisti f'sit u f'ċinturin iffissat mal-vettura permezz ta’ mezzi adattati u li tikkonsisti barra minn hekk mill-elementi kollha li huma provduti biex jitnaqqas ir-riskju ta’ feriment għal min jilbisha, fil-każ ta’ deċellerazzjoni f'daqqa tal-vettura, billi tiġi limitata l-mobilità tal-ġisem ta’ min jilbisha.

2.18.   Sit

Struttura li tista' tkun jew tista' ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura kompluta bit-tappezzerija,maħsuba biex toqgħod bilqiegħda persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali jew parti minn sit għal tnejn min-nies jew aktar maħsub biex tpoġġi persuna waħda.

2.18.1.   “Is-sit ta’ quddiem għall-passiġġieri” tfisser kwalunkwe sit fejn il-“punt H l-aktar 'il quddiem” tas-sit ikkonċernat jinsab fi jew quddiem il-pjan trasversali vertikali mill-punt R tas-sewwieq.

2.19.   Grupp ta’ sits

Jew sit tat-tip maħsub għal tnejn min-nies jew aktar jew sits li huma separati imma ħdejn xulxin (jiġifieri ffissati b'mod li l-ankraġġi tas-sit ta’ quddiem ta’ wieħed minn dawn is-sits qegħdin f'linja mal-parti ta’ quddiem tal-ankraġġi ta’ wara tal-ieħor jew bejn l-ankraġġi tas-sit l-ieħor) u jakkomodaw persuna adulta bilqiegħda waħda jew aktar.

2.20.   Is-sit għal tnejn min-nies jew aktar

Struttura kompluta bit-tappezzerija, maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda.

2.21.   Is-sistema ta’ aġġustament tas-sit

L-apparat komplut li permezz tiegħu s-sit jew il-partijiet tiegħu jista' jiġi aġġustat għal pożizzjoni adattata għall-morfoloġija tal-okkupant bilqiegħda; b'mod partikolari, dan l-apparat jista' jippermetti:

2.21.1.

spostament lonġitudinali;

2.21.2.

spostament vertikali;

2.21.3.

spostament angolari.

2.22.   L-ankraġġ tas-sit

Is-sistema li permezz tagħha l-montatura tas-sit titwaħħal mal-istruttura tal-vettura, inklużi l-partijiet affetwati tal-istruttura tal-vettura.

2.23.   It-tip ta’ sit

Kategorija ta’ sits li ma jvarjawx f'tali aspetti essenzjali bħal:

2.23.1.

is-sura, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit;

2.23.2.

it-tipi u d-dimensjonijiet tas-sistemi ta’ aġġustament u li jsakkru tas-sokra tas-sit;

2.23.3.

it-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit u tal-partijiet affetwati tal-istruttura tal-vettura.

2.24.   Is-sistema ta’ spostament tas-sit

Apparat li jippermetti li s-sit jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġi spostat b'mod angolari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni fissa intermedja (biex ikun iffaċilitat l-aċċess mill-passiġġieri).

2.25.   Is-sistema li ssakkar tas-sit

Apparat li jiżgura li s-sit u l-partijiet tiegħu jinżammu fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ użu.

2.26.   Il-buttuna magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla

Buttuna biex tinfetaħ il-bokkla b'tali mod li ma jridx ikun possibbli li tinfetaħ il-bokkla billi tintuża sfera li għandha dijametru ta’ 40 mm.

2.27.   Il-buttuna mhux magħluqa biex tinfetaħ il-bokkla

Buttuna biex tinfetaħ il-bokkla b'tali mod li ma jridx ikun possibbli li tinfetaħ il-bokkla billi tintuża sfera li għandha dijametru ta’ 40 mm.

2.28.   L-apparat li jnaqqas it-tensjoni

Apparat li huwa inkorporat fl-apparat li jiġbed lura u li jnaqqas it-tensjoni taċ-ċinga awtomatikament meta jinqafel iċ-ċinturin tas-sigurtà. Meta jinħall, apparat ta’ dan ix-xorta jintefa awtomatikament.

2.29.   “ISOFIX” hija sistema għall-konnessjoni ta’ sistemi ta’ trażżin għat-tfal ġo vetturi li għandhom ankraġġi riġidi tal-vettura, żewġ żjidiet riġidi korrispondenti fuq is-sistema tat-trażżin tat-tfal, u mezz biex tiġi limatata l-pitch rotation tas-sistema ta’ trażżin tat-tfal.

2.30.   “Sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal” tfisser sistema għat-trażżin tat-tfal, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 44, li għandha tiġi marbuta ma’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14.

2.31.   “Pożizzjoni ISOFIX” tfisser sistema li tippermetti l-installazzjoni ta':

(a)

jew sistema universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares 'il quddiem kif definita fir-Regolament Nru 44,

(b)

jew sistema semiuniversali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares 'il quddiem kif definita fir-Regolament Nru 44,

(c)

jew sistema semiuniversali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares lura kif definita fir-Regolament Nru 44,

(d)

jew sistema semiuniversali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tħares laġenba kif definita fir-Regolament Nru 44,

(e)

jew sistema ta’ vettura speċifika ISOFIX għat-trażżin tat-tfal kif definita fir-Regolament Nru 44.

2.32.   “Sistema ta’ ankraġġi ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi baxxi ISOFIX, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, u li hija ddisinjata għall-irbit ta’ sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal flimklien ma’ apparat anti-rotazzjoni.

2.33.   “Ankraġġ baxx ISOFIX” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b'dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-vettura jew l-istruttura tas-sit biex taċċetta u tirrestrinġi sistema ISOFIX tat-trażżin tat-tfal ma’ żjidiet ISOFIX.

2.34.   “Apparat anti-rotazzjoni”

(a)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema universali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tikkonsisti mill-irbit ta’ fuq ISOFIX,

(b)

Apparat anti-rotazzjoni għal sistema semiuniversali ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li tikkonsisti minn top-tether, id-daxxbord tal-vettura jew appoġġ għas-saqajn maħsuba biex jillimitaw it-tidwir tat-trażżin waqt impatt frontali,

(c)

Għal sistemi ISOFIX, universali u semiuniversali, għat-trażżin tat-tfal, is-sit tal-vettura nnifsu ma jikkostitwix apparat anti-rotazzjoni.

2.35.   “Ankraġġ ISOFIX top-tether” tfisser karatteristika, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14, bħal żbarra, li tkun tinsab f'żona definita, iddisinjata biex taċċetta ISOFIX top tether strap connector u tittrasferixxi l-forza ta’ trażżin tagħha lill-istruttura tal-vettura.

2.36.   “Apparat ta’ gwida” huwa maħsuba biex jgħin lill-persuna li tinstalla s-sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal billi fiżikament tiggwida ż-żjidiet ISOFIX fuq is-sistema ISOFIX ta’ trażżin tat-tfal fl-alinjament korrett mal-ankraġġi baxxi ISOFIX biex jiffaċilita l-ingaġġar.

2.37.   “Marking fixture tal-ISOFIX” tfisser xi ħaġa li tinforma lil xi ħadd li jixtieq jinstalla sistema ISOFIX għat-trażżin tat-tfal bil-pożizzjonijiet ISOFIX fil-vettura u l-pożizzjoni ta’ kull sistema ta’ ankraġġ ISOFIX korrispondenti.

2.38.   “Fixture għat-trażżin tat-tfal” (CRF - Child restraint fixture) tfisser fixture skont waħda mis-seba' klassijiet ta’ daqsijiet ISOFIX definiti fil-paragrafu 4 tal-Anness 17 - Appendiċi 2 ta’ dan ir-Regolament, u partikolarment li d-dimensjonijiet tiegħu jingħataw mill-figura 1 sal-figura 7 fil-paragrafu 4 msemmi qabel. Dawk il-fixtures għat-trażżin tat-tfal jintużaw, f'dan ir-Regolament, biex jiċċekkjaw liema huma l-klassijiet ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li jistgħu jiġu akkomodati fil-pożizzonijiet ISOFIX tal-vettura. Ukoll wieħed mis-CRF, l-hekk imsejjaħ ISO/F2 (B), li huwa deskritt fil-figura 2 tal-paragrafu 4 msemmi qabel, jintuża fir-Regolament Nru 14 biex jiċċekkja l-lok u l-possibbiltà ta’ aċċess għal kwalunkwe sistema ta’ ankraġġ ISOFIX.

2.39.   “Tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà”, tfisser sistema dedikata biex twissi lis-sewwieq meta ma jkunx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà. Is-sistema magħmula minn mekkaniżmu li jinduna jekk iċ-ċinturin tas-sigurtà ma jkunx maqful u żewġ livelli ta’ twissija lis-sewwieq: Twissija tal-ewwel livell u twissija tat-tieni livell.”

2.40.   “Twissija viżiva” tfisser twissija b'sinjal viżiv (dawl, teptip jew wirja viżiva ta’ simbolu jew messaġġ).

2.41.   “Twissija akustika” tfisser twissija b'sinjal akustiku.

2.42.   “Twissija tal-ewwel livell” tfisser twissija viżiva attivata meta s-swiċċ tal-ignixin ikun mixgħul (bil-magna mixgħula jew mhux mixgħul) u ċ-ċinturin tas-sigurtà tas-sewwieq ma jkunx maqful. Tista' tiżdied twissija akustika bħala opzjoni.

2.43.   “Twissija tat-tieni livell” tfisser twissija viżiva u akustika attivata meta s-sewwieq iħaddem il-vettura mingħajr ma jaqfel iċ-ċinturin tas-sigurtà.

2.44.   “Iċ-ċinturin tas-sigurtà mhux maqful” tfisser li, skont l-għażla tal-manifattur, il-bokkla taċ-ċinturin tas-sigurtà tas-sewwieq ma tkunx ingaġġata jew it-tul tal-istrixxa miġbuda mir-retractor tkun 100 mm jew inqas.

2.45.   “Il-vettura tkun f'operazzjoni normali” tfisser li l-vettura tkun qed timxi 'l quddiem f'veloċità ta’ iktar minn 10 km/h.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   It-tip tal-vettura

3.1.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-intallazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u tas-sistemi ta’ trażżin tiegħu għandhom jitressqu mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b'mod xieraq.

3.1.2.   Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew aktar 'l isfel fi tliet kopji u bid-dettalji li ġejjin:

3.1.2.1.

Disinji tal-istruttura ġenerali tal-vettura skont skala adattata, li juru l-pożizzjonijiet taċ-ċinturini tas-sigurtà, u disinji dettaljati taċ-ċinturini tas-sigurtà u tal-punti li magħhom huma mwaħħla;

3.1.2.2.

Speċifikazzjoni tal-materjali użati li jistgħu jaffetwaw is-saħħa taċ-ċinturini tas-sigurtà;

3.1.2.3.

Deskrizzjoni teknika taċ-ċinturini tas-sigurtà;

3.1.2.4.

Fil-każ ta’ ċinturini tas-sigurtà mwaħħla mal-istruttura tas-sit;

3.1.2.5.

Deskrizzjoni detaljata tat-tip ta’ vettura rigward id-disinn tas-sits, tal-ankraġġi tas-sits u tal-aġġustament u tas-sistemi li jsakkru tagħhom;

3.1.2.6.

Disinji, skont skala adattata u b'dettall suffiċjenti, tas-sits, tal-ankraġġi tagħhom mal-vettura, u tal-aġġustament u tas-sistemi li jsakkru tagħhom;

3.1.3.   Skont l-opinjoni tal-manifattur, għandu jitressaq quddiem is-servizz eżempju rappreżentattiv tal-vettura tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jew il-partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali għat-testijiet taċ-ċinturin tas-sigurtà mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni.

3.2.   It-tip taċ-ċinturin tas-sigurtà

3.2.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ ċinturin tas-sigurtà għandha titressaq mid-detentur tat-trejdmark jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b'mod xieraq. Fil-każ tas-sistemi ta’ trażżin, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ sistema ta’ trażżin għandha titressaq mid-detentur tat-trejdmark jew mir-rappreżentant tiegħu jew mill-manifattur tal-vettura li fih għandu jiġi installat jew mir-rappreżentant tiegħu.

3.2.2.   Għandha tkun akkumpanjata minn:

3.2.2.1.

Deskrizzjoni teknika tat-tip ta’ ċinturin, li jispeċifika ċ-ċineg u l-partijiet riġidi użati u akkumpanjata minn disinji tal-partijiet li jifformaw iċ-ċinturin; id-disinji jridu juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu(i) addizzjonali f'relazzjoni għaċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni. Id-deskrizzjoni għandha ssemmi l-kulur tal-mudell imressaq għall-approvazzjoni, u għandha tispeċifika t-tip(i) ta’ vettura li għalih(hom) huwa maħsub dan it-tip ta’ ċinturin. Fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura, għandhom ikunu provduti l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni għall-apparat sensittiv; u għall-apparati jew għas-sistemi ta’ qabel it-tagħbija għandha tkun provduta deskrizzjoni teknika sħiħa tal-kostruzzjoni u tal-funzjoni inkluża s-sensittività, jekk ikun hemm, fejn jiġi deskritt il-metodu ta’ attivazzjoni u kwalunkwe metodu meħtieġ biex tkun evitata l-attivazzjoni involontarja. Fil-każ ta’ sistema ta’ trażżin, id-deskrizzjoni għandha tinkludi: id-disinji tal-istruttura tal-vettura u tal-istruttura tas-sit, tas-sistema ta’ aġġustament u taż-żjiediet skont skala adattata li juru s-siti tal-ankraġġi tas-sit u dawk taċ-ċinturin u r-rinforzi b'detall suffiċjenti; flimkien ma’ speċifikazzjoni tal-materjali li ntużaw li jistgħu jaffetwaw is-saħħa tal-ankraġġi tas-sit u ta’ dawk taċ-ċinturin; u deskrizzjoni teknika tal-ankraġġi tas-sit u ta’ dawk taċ-ċinturin. Jekk iċ-ċinturin hu ddisinjat biex jeħel mal-istruttura tal-vettura minn ġo mezz li jaġġusta ċ-ċinturin għall-għoli, id-deskrizzjoni teknika għandha tispeċifika jekk dan l-mezz hux ikkunsidrat bħala parti miċ-ċinturin jew le;

3.2.2.2.

Sitt kampjuni tat-tip ta’ ċinturin, b'wieħed minnhom ikun għal finijiet ta’ referenza;

3.2.2.3.

Tul ta’ għaxar metri ta’ kull tip ta’ ċinga użata fit-tip ta’ ċinturin;

3.2.2.4.

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollu d-dritt li jitlob aktar kampjuni.

3.2.3.   Fil-każ tas-sistemi ta’ trażżin, għandhom jitressqu quddiem is-servizz żewġ kampjuni li jistgħu jinkludu tnejn mill-kampjuni taċ-ċinturini meħtieġa skont il-paragrafi 3.2.2.2 u 3.2.2.3 skont kif jagħżel il-manifattur, jew eżempju rappreżentattiv tal-vettura tat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat, jew il-parti jew il-partijiet tal-vettura meqjusa essenzjali mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni għall-ittestjar tas-sistema ta’ trażżin.

4.   L-IMMARKAR

Il-kampjuni ta’ tip ta’ ċinturin jew ta’ tip ta’ sistema ta’ trażżin imressqa għall-approvazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.2.2, 3.2.2.3 u 3.2.2.4 t'aktar 'il fuq għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u b'mod li ma jitħassarx bl-isem, bl-inizzjali jew bit-trejdmark jew bil-marka tal-manifattur.

5.   L-APPROVAZZJONI

5.1.   Ċertifikat li jaqbel mal-mudell speċifikat fil-paragrafi 5.1.1 jew 5.1.2 għandu jinhemeż maċ- ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

5.1.1.

l-Anness 1 A għall-applikazzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 3.1;

5.1.2.

l-Anness 1B għall-applikazzjonijiet li jissemmew fil-paragrafu 3.2;

5.2.   It-tip tal-vettura

5.2.1.   Jekk il-vettura li titressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 8 t'aktar 'l isfel, u tal-Annessi 15 u 16 għal dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

5.2.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 06 li jikkorrispondu għas-sejre ta’ emendi 06) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m'għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ta’ vettura ieħor kif iddefinit fil-paragrafu 2.16 t'aktar 'il fuq.

5.2.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 A għal dan ir-Regolament.

5.2.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament,għandha titwaħħal, b'mod li jidher u f'post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

5.2.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit minn numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4).

5.2.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra R, daxx u min-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku provdut fil-paragrafu 5.2.4.1.

5.2.5.   Jekk il-vettura tikkonoforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skont wieħed jew aktar mir-Regolament l-oħra annessi għall-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu provdut fil-paragrafu 5.2.4.1 mhemmx għalfejn ikun ripetut; f'każ ta’ din ix-xorta, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont huma tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu provdut fil-paragrafu 5.2.4.1.

5.2.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u m'għandhiex tkun tista' titħassar.

5.2.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

5.3.   It-tip taċ-ċinturin tas-sigurtà

5.3.1.   Jekk il-kampjuni ta’ tip ta’ ċinturin imressqa skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.2 t'aktar 'il fuq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 4, 5.3 u 6 ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni.

5.3.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 06 li jikkorrispondu għas-sejre ta’ emendi 06) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ ċinturin jew ta’ sistem ta’ trażżin.

5.3.3.   L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ ċinturin jew ta’ sistema ta’ trażżin, skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1B għal dan ir-Regolament.

5.3.4.   Minbarra l-marki provduti fil-paragrafu 4 t'aktar 'il fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju adattat fuq kull ċinturin li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament:

5.3.4.1.

Marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:

5.3.4.1.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit minn numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (5).

5.3.4.1.2.

numru tal-approvazzjoni;

5.3.4.2.

Is-simbolu(i) addizzjonali li ġej(jin):

5.3.4.2.1.

L-ittra “A” għal ċinturin bi tliet ponot, l-ittra “B” għal ċinturin ta’ fuq il-ħoġor u l-ittra “S” għal ċinturini ta’ tip speċjali.

5.3.4.2.2.

Is-simboli li jissemmew fil-paragrafu 5.3.4.2.1 t'aktar 'il fuq għandhom jiġu supplimentati mill-immarkar addizzjonali li ġej:

5.3.4.2.2.1.

l-ittra “e” għal ċinturin b'apparat li jassorbixxi l-enerġija;

5.3.4.2.2.2.

l-ittra “r” għal ċinturin li jinkorpora apparat li jiġbed lura segwita mis-simbolu (1, 2, 3, 4 jew 4N) tal-apparat li jiġbed lura li ntuża, skont il-paragrafu 2.14 ta’ dan ir-Regolament, u l-ittra “m” jekk l-apparat li jiġbed lura użat huwa apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza b'sensittività multipla;

5.3.4.2.2.3.

l-ittra “p” fil-każ ta’ ċinturini tas-sigurtà b'apparat ta’ qabel it-tagħbija;

5.3.4.2.2.4.

l-ittra “t” fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà b'apparat li jiġbed lura li jinkorpora apparat li jnaqqas it-tensjoni;

5.3.4.2.2.5.

iċ-ċinturini mgħammra b'apparat li jiġbed lura tat-tip 4N għandu jkollhom fuqhom simbolu li jikkonsisti minn rettangolu b'vettura tal-kategorija M1 b'salib fuqha, li jindika li l-użu ta’ dan it-tip ta’ apparat li jiġbed lura huwa projbit fil-vetturi ta’ dik il-kategorija.

5.3.4.2.2.6.

Jekk iċ-ċinturin tas-sigurtà jiġi approvat skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.1.3.3 ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun immarkat bil-kelma “AIRBAG” f'rettangolu.

5.3.4.2.3.

Is-simbolu li jissemma fil-paragrafu 5.3.4.2.1 t'aktar 'il fuq għandu jkollu quddiemu l-ittra “Z” meta ċ-ċinturin tas-sigurtà huwa parti minn sistema ta’ trażżin.

5.3.5.   Il-paragrafu 2 tal-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

5.3.6.   Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.3.4 t'aktar 'il fuq għandhom jinqraw b'mod ċar u ma għandhomx ikunu jistgħu jitħassru, u jistgħu jitwaħħlu b'mod permanenti jew permezz ta’ tikketta jew permezz ta’ mmarkar dirett. It-tikketta jew l-immarkar għandha tkun reżistenti għall-użu.

5.3.7.   It-tikketti li jissemmew fil-paragrafu 5.3.6 t'aktar 'il fuq jistgħu jinħarġu jew mill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni jew, bla ħsara għall-awtorizzazzjoni ta’ dik l-awtorità, mill-manifattur.

6.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali

6.1.1.   Kull kampjun imressaq skont il-paragrafi 3.2.2.2, 3.2.2.3 u 3.2.2.4 t'aktar 'il fuq għandu jissodisfa l-ispeċfikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.2.   Iċ-ċinturin jew is-sistema ta’ trażżin għandu jkun iddisinjat u mibni b'tali mod, li meta jkun installat b'mod korrett u jintuża b'mod adattat minn okkupant, il-ħidma sosdisfaċenti tiegħu tkun assigurata u jnaqqas ir-riskju ta’ feriment fiżiku fil-każ ta’ aċċident.

6.1.3.   Iċ-ċineg taċ-ċinturin m'għandux ikollhom it-tendenza li jassumu konfigurazzjoni perikoluża.

6.1.4.   L-użu ta’ materjali bi proprjetajiet tal-polijamide 6 rigward iż-żamma tal-ilma huwa projbit fil-partijiet mekkaniċi kollha fejn fenomenu ta’ din ix-xorta huwa probabbli li jkollu effett fuq il-ħidma tagħhom.

6.2.   Il-partijiet riġidi

6.2.1.   Ġenerali

6.2.1.1.   Il-partijiet riġidi taċ-ċinturin tas-sigurtà, bħall-bokkli, l-apparati ta’ aġġustament, iż-żjidiet u apparat simili, m'għandux ikollhom truf bil-ponta li jistgħu jikkawżaw qtugħ jew ksur taċ-ċineg bl-għerik.

6.2.1.2.   Il-partijiet kollha tal-montatura taċ-ċinturin li għandhom it-tendenza li jiġu affetwati mil-korrużjoni għandhom ikunu mħarsa b'mod adattat minnha. Wara li jgħaddu mit-test tal-korrużjoni provdut fil-paragrafu 7.2, m'għandhom ikunu viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat la s-sinjali ta’ deterjorament li huwa probabbli li se jtellef mill-funzjonament xieraq tal-apparat u lanqas kwalunkwe korrużjoni sinifikanti.

6.2.1.3.   Il-partijiet riġidi li huma maħsuba li jasorbixxu l-enerġija jew li għandhom jiġu soġġetti għal jew jitrażmettu tagħbija m'għandhomx ikunu fraġli.

6.2.1.4.   L-oġġetti u l-partijiet riġidi li huma magħmula mill-plastik ta’ ċinturin tas-sigurtà jridu jinsabu u jiġu installati b'tali mod li ma jkollhomx it-tendenza, matul l-użu ta’ kuljum ta’ vettura motorizzati, li jinqabdu taħt sit li jiċċaqlaq jew f'bieb ta’ dik il-vettura. Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti u minn dawn il-partijiet ma jikkonformax mal-kondizzjonijiet t'aktar 'il fuq, għandhom ikunu soġġetti għat-test tal-impatt f'daqqa speċifikat fil-paragrafu 7.5.4 t'aktar 'l isfel. Wara t-test, jekk ikun preżenti kwalunkwe xaqq viżibbli fi kwalunkwe għata jew kontenitur tal-plastik ta’ oġġett riġidu, il-parti tal-plastik kompluta għandha titneħħa u l-montatura li jifdal għandha tiġi vvalutata rigward is-sikurezza kontinwa tagħha. Jekk il-montatura li jifdal għadha sikura, jew mhu preżenti l-ebda xaqq viżibbli, imbagħad se tiġi vvalutata aktar rigward ir-rekwiżiti tat-test speċifikati fil-paragrafi 6.2.2, 6.2.3 u 6.4.

6.2.2.   Il-bokkla

6.2.2.1.   Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b'tali mod li tipprekludi kwalunkwe possibbiltà ta’ użu mhux korrett. Dan ifisser, inter alia, li ma jridx ikun possibbli li l-bokkla titħalla f'kondizzjoni parzjalment magħluqa. Il-proċedura biex tinfetaħ il-bokkla trid tkun evidenti. Il-partijiet tal-bokkla li huwa probabbli li jidħlu f'kuntatt ma’ ġisem min jilbisha għandhom juru taqsima ta’ mhux inqas minn 20 cm2 u mill-inqas 46 mm f'wisa', imkejla fi pjan li jinsab f'distanza massima ta’ 2,5 mm mis-superfiċje tal-kuntatt. Fil-każ tal-bokkli taċ-ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq, ir-rekwiżit tal-aħħar għandu jitqies bħala li ġie sodisfatt jekk l-erja ta’ kuntatt tal-bokkla ma’ ġisem min jilbisha hija bejn 20 u 40 cm2.

6.2.2.2.   Il-bokkla, anki meta ma tkunx taħt tensjoni, għandha tibqa' magħluqa, tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-vettura. M'għandux ikun possibbli li l-bokkla tinħall b'mod involontarju, b'mod aċċidentali jew b'forza ta’ inqas minn 1 daN. Il-bokkla għandha tkun faċli biex tintuża u biex tinħakem; meta ma tkunx taħt tensjoni u meta tkun taħt it-tensjoni speċifikata fil-paragrafu 7.8.2 t'aktar 'l isfel, għandha tkun kapaċi tinħall minn min jilbisha b'moviment wieħed sempliċi ta’ id waħda f'direzzjoni waħda; barra minn hekk, fil-każ ta’ montaturi ta’ ċinturin li huma maħsuba biex jintużaw għas-sits ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra, ħlief f'dawn iċ-ċinturini biex jikkontrollaw iċ-ċaqliq, għandha wkoll tkun kapaċi tingħalaq minn min jilbisha b'moviment sempliċi ta’ id waħda f'direzzjoni waħda. Il-bokkla għanda tinħall billi tingħafas jew buttuna jew apparat simili. Is-superfiċje li fuqha għandha tiġi applikata din il-pressjoni għandu jkollha d-dimensjonijiet li ġejjin, bil-buttuna fil-pożizzjoni effettiva biex tinħall u meta proġettata fi pjan perpendikulari għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna: għall-buttuni magħluqa, erja ta’ mhux inqas minn 4,5 cm2 u wisa' ta’ mhux inqas minn 15 mm; għall-buttuni li mhumiex magħluqa, erja ta’ mhux inqas minn 2,5 cm2 u wisa' ta’ mhux inqas minn 10 mm. L-erja fejn tinħall il-bokkla għandha tkun ikkulurita ħamra. Ebda parti oħra tal-bokkla ma għandha jkollha dan il-kulur. Meta s-sit ikun okkupat, huwa permess dawl aħmar ta’ twissija fi kwalunkwe parti tal-bokkla jekk jintefa' wara li l-okkupant ikun qafel il-bokkla.

6.2.2.3.   Il-bokkla, meta ttestjata skont il-paragrafu 7.5.3 t'aktar 'l isfel, għandha taħdem b'mod normali.

6.2.2.4.   Il-bokkla għandha tkun kapaċi tirreżisti t-tħaddim ripetut u, qabel it-test dinamiku speċfikat fil-paragrafu 7.7, għandha tgħaddi minn 5 000 ċiklu ta’ ftuħ u ta’ għeluq f'kondizzjonijiet normali ta’ użu. Fil-każ tal-bokkli taċ-ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq, dan it-test jista' jitwettaq mingħajr ma jiġu introdotti l-ilsna kollha.

6.2.2.5.   Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test provdut fil-paragrafu 7.8 t'aktar 'l isfel m'għandhiex teċċedi s-6 daN.

6.2.2.6.   Il-bokkla għandha tkun ittestjata għas-saħħa kif provdut fil-paragrafi 7.5.1 u, fejn ikun xieraq, 7.5.5. Ma tridx tinkiser, titgħawweġ b'mod serju jew tinqala' meta tkun taħt it-tensjoni stabbilita mit-tagħbija provduta.

6.2.2.7.   Fil-każ ta’ bokkli li jinkorporaw komponent komuni għal żewġ montaturi, it-testijiet tas-saħħa u tal-ftuħ tal-paragrafi 7.7 u 7.8 għandhom jitwettqu wkoll bil-parti tal-bokkla li għandha x'taqsam ma’ montatura waħda li qed tiddaħħal fil-parti li taqbel magħha li għandha x'taqsam mal-oħra, jekk huwa possibbli li l-bokkla tiġi mmontata b'dan il-mod fl-użu.

6.2.3.   L-apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin

6.2.3.1.   Iċ-ċinturin wara li jintilbes minn min jilbsu, jew għandu jaġġusta awtomatikament sabiex joqgħod sew lil min jilbsu jew ikun tali li l-apparat tal-aġġustament b'mod manwali ikun faċilment aċċessibbli għal min jilbsu li jkun bilqiegħda u għandu jkun konvenjenti u u faċli biex jintuża. Għandu jippermetti wkoll li ċ-ċinturin jiġi ssikkat b'id waħda sabiex ikun adattat għad-daqs tal-ġisem ta’ min jilbsu u għall-pożizzjoni tas-sit tal-vettura.

6.2.3.2.   Żewġ kampjuni ta’ kull apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin għandhom jiġu ttestjati skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.3 Iż-żelqa taċ-ċinga m'għandhiex teċċedi l-25 mm għal kull kampjun ta’ apparat ta’ aġġustament u s-somma taċ-ċaqliq għall-apparati ta’ aġġustament kollha m'għandhiex teċċedi l-40 mm.

6.2.3.3.   L-apparati ta’ aġġustament kollha għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif provdut fil-paragrafu 7.5.1. Ma jridux jinkisru jew jinqalgħu taħt it-tensjoni stabbilita mit-tagħbija provduta.

6.2.3.4.   Meta ttestjat skont il-paragrafu 7.5.6, il-forza meħtieġa biex jitħaddem kwalunkwe apparat ta’ aġġustament b'mod manwali m'għandhiex teċċedi l-5 daN.

6.2.4.   Iż-żjidiet u l-apparati ta’ aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli

Iż-żjidiet għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif provdut fil-paragrafi 7.5.1 u 7.5.2. L-apparati effettivi ta’ aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli għandhom jiġu ttestjati għas-saħħa kif provdut fil-paragrafu 7.5.2 ta’ dan ir-Regolament, fejn ma ġewx ittestjati fuq il-vettura fl-applikazzjoni tar-Regolament Nru 14 (fl-aħħar verżjoni tal-emendi għalih), fejn għandhom x'jaqsmu l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sigurtà. Dawn il-partijiet ma jridux jinkisru jew jinqalgħu taħt it-tensjoni stabbilita mit-tagħbija preskritta.

6.2.5.   L-apparati li jiġbdu lura

L-apparati li jiġbdu lura għandhom ikunu soġġetti għal testijiet u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati aktar 'l isfel, inklużi t-testijiet għas-saħħa provduti fil-paragrafi 7.5.1 u 7.5.2 (Dawn ir-rekwiżiti huma tali li jeskludi l-apparati li jiġbdu lura li ma jissakkrux.)

6.2.5.1.   L-apparati li jiġbdu lura li jinfetħu b'mod manwali

6.2.5.1.1.   Iċ-ċinga tal-montatura taċ-ċinturin tas-sigurtà mgħammra b'apparat li jiġbed lura li jinfetaħ b'mod manwali m'għandix tiċċaqlaq b'aktar minn 25 mm bejn il-pożizzjonijiet tas-sokra tal-apparat li jiġbed lura.

6.2.5.1.2.   Iċ-ċinga tal-montatura taċ-ċinturin tas-sigurtà għandha tinħareġ minn apparat li jiġbed lura li jinfetaħ b'mod manwali fi ħdan 6 mm mit-tul massimu tagħha meta tkun applikata tensjoni ta’ mhux inqas minn 1,4 daN u mhux iktar minn 2,2 daN liċ-ċinga fid-direzzjoni normali tal-ġibda.

6.2.5.1.3.   Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata mill-apparat li jiġbed lura, u għandha titħalla tinġibed lura b'mod ripetut bil-metodu deskritt fil-paragrafu 7.6.1 sakemm jiġu kkompletati 5 000 ċiklu. L-apparat li jiġbed lura mbagħad għandu jkun soġġett għat-test tal-korrużjoni mogħti fis-7.2 u għat-test tat-trab mogħti fil-paragrafu 7.6.3 Imbagħad għandu jikkompleta b'mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor ta’ rtirar u ta’ ġbid lura. Wara t-testijiet ta’ aktar 'il fuq, l-apparat li jiġbed lura għandu jaħdem b'mod korrett u jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.1.1 u 6.2.5.1.2 t'aktar 'il fuq.

6.2.5.2.   L-apparati li jiġbdu lura li jissakkru awtomatikament

6.2.5.2.1.   Iċ-ċinga ta’ montatura ta’ ċinturin tas-sigurtà mgħammra b'apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament m'għandhiex tiċċaqlaq għal aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet tas-sokra tal-apparat li jiġbed lura. Wara moviment lura ta’ min jilbsu, iċ-ċinturin irid jew jibqa' fil-pożizzjoni inizjali tiegħu jew jirritorna għal dik il-pożizzjoni awtomatikament mal-movimenti sussegwenti 'l quddiem ta’ min jilbsu.

6.2.5.2.2.   Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti miċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga m'għandhiex tkun inqas minn 0,7 daN meta mkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-apparat li jiġbed lura skont il-paragrafu 7.6.4.

Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti minn trażżin tal-parti ta’ fuq tat-torso, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga għandha tkun ta’ mhux inqas minn 0,1 daN u mhux iktar minn 0,7 daN meta mkejla b'mod simili.

6.2.5.2.3.   Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata mill-apparat li jiġbed lura u titħalla tinġibed lura b'mod ripetut bil-metodu deskritt fil-paragrafu 7.6.1 sakemm jiġu kkompletati 5 000 ċiklu. L-apparat li jiġbed lura mbagħad għandu jiġi soġġett għat-test ta’ korrużjoni mogħti fil-paragrafu 7.2 u wara dak għat-test tat-trab mogħti fil-paragrafu 7.6.3. Imbagħad għandu jikkompleta b'mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor ta’ rtirar u ta’ ġbid lura. Wara t-testijiet t'aktar 'il fuq, l-apparat li jiġbed lura għandu jitħaddem b'mod korrett u jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.2.1 u 6.2.5.2.2 t'aktar 'il fuq.

6.2.5.3.   L-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'emerġenza

6.2.5.3.1.   Apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza, meta ttestjat skont il-paragrafu 7.6.2, għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet t'aktar 'l isfel. Fil-każ ta’ sensittività unika, skont il-paragrafu 2.14.4.1, huma validi biss l-ispeċifikazzjonijiet rigward id-deċellerazzjoni tal-vettura.

6.2.5.3.1.1.

Is-sokra trid tkun saret meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq iż-0.45 g (6) fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura tat-tip 4 jew 0.85 g fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura tat-tip 4N.

6.2.5.3.1.2.

Ma jridx jissakkar għal valuri ta’ aċċellerazzjoni taċ-ċinga mkejla fid-direzzjoni tal-estrazzjoni taċ-ċinga ta’ inqas minn 0.8 g fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura tat-tip 4 jew ta’ inqas minn 1.0 g fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura tat-tip 4N.

6.2.5.3.1.3.

Ma jridx jissakkar meta l-apparat sensittiv tiegħu jkun inklinat bi 12° jew b'inqas fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

6.2.5.3.1.4.

Għandu jissakkar meta l-apparat sensittiv tiegħu jkun inklinat b'aktar minn 27° fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura tat-tip 4 jew b'40° fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura tat-tip 4N fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

6.2.5.3.1.5.

F'każijiet fejn it-tħaddim ta’ apparat li jiġbed lura jiddependi minn sinjal jew minn sors ta’ enerġija estern, id-disinn għandu jiżgura li l-apparat li jiġbed lura jissakkar awtomatikament meta dak is-sinjal jew dak is-sors tal-enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġi interrott. Madanakollu, dan ir-rekwiżit mhemmx għalfejn jiġi sodisfatt fil-każ ta’ apparat li jiġbed lura b'sensittivitajiet multipli, sakemm sensittività waħda biss tkun dipendenti minn sinjal jew sors tal-enerġija estern u l-ħsara tas-sinjal jew tas-sors tal-enerġija tiġi indikata lis-sewwieq b'mezzi ottiċi u/jew akustiċi.

6.2.5.3.2.   Meta ttestjat skont il-paragrafu 7.6.2, apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza b'sensittività multipla, inkluża s-sensittività taċ-ċinga, għandu jikkonfrma mar-rekwiżiti speċifiċi u anki jissakkar meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga mkejla fid-direzzjoni ta’ fejn qed tinħall mhix inqas minn 2.0 g.

6.2.5.3.3.   Fil-każ tat-testijiet imsemmija fil-paragrafi 6.2.5.3.1 u 6.2.5.3.2 t'aktar 'il fuq, l-ammont ta’ moviment taċ-ċinga li jista' jkun hemm qabel ma l-apparat li jiġbed lura jissakkar m'għandux jeċċedi l-50 mm li jibda mit-tul mogħti fil-paragrafu 7.6.2.1. Fil-każ tat-test imsemmi fil-paragrafu 6.2.5.3.1.2 t'aktar 'il fuq is-sokra ma tridx isseħħ matul il-50 mm tal-moviment taċ-ċinga li jibda mit-tul mogħti fil-paragrafu 7.6.2.1.

6.2.5.3.4.   Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti miċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga m'għandhiex tkun inqas minn 0,7 daN meta mkejla fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-apparat li jiġbed lura skont il-paragrafu 7.6.4.

Jekk l-apparat li jiġbed lura huwa parti minn trażżin tal-parti ta’ fuq tat-torso, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga m'għandhiex tkun inqas minn 0,1 daN u mhux ikatar minn 0,7 daN meta mkejla b'mod simili, ħlief għal ċinturin mgħammar b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, f'liema każ, il-forza minima li tiġbed lura tista' titnaqqas għal 0,05 daN biss meta apparat ta’ din ix-xorta ikun qed jitħaddem. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel fit-tul ħieles bejn il-manikin u l-gwida jew it-taljola.

Jekk il-montatura tinkorpora apparat li mat-tħaddim manwali jew awtomatiku ma jħalliex liċ-ċinga milli tinġibed għal kollox lura, apparat ta’ din ix-xorta m'għandux jitħaddem meta dawn ir-rewkiżiti jiġu vvalutati.

Jekk il-montatura tinkorpora apparat li jnaqqas it-tensjoni, il-forza li tiġbed lura taċ-ċinga deskritta aktar 'il fuq għandha tiġi mkejla bl-apparat meta jkun qed jitħaddem u meta ma jkunx qed jitħaddem meta dawn ir-rekwiżiti jiġu vvalutati qabel u matul it-testijiet ta’ kemm idum iservi skont il-paragrafu 6.2.5.3.5.

6.2.5.3.5.   Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata mill-apparat li jiġbed lura u titħalla tinġibed lura b'mod ripetut bil-metodu deskritt fil-paragrafu 7.6.1 sakemm jiġu kkompletati 40 000 ċiklu. L-apparat li jiġbed lura mbagħad għandu jiġi soġġett għat-test tal-korrużjoni mogħti fil-paragrafu 7.2 u wara dak għat-test tat-trab provdut fil-paragrafu 7.6.3. Imbagħad għandha tikkompleta b'mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor (jiġifieri 45 000 b'kollox).

Jekk il-montatura tinkorpora apparat li jnaqqas it-tensjoni, it-testijiet t'aktar 'il fuq għandhom jitwettqu sakemm l-apparat li jnaqqas it-tensjoni ikun qed jitħaddem u ma jkunx qed jitħaddem.

Wara t-testijiet t'aktar 'il fuq, l-apparat li jiġbed lura għandu jaħdem b'mod korrett u jibqa' jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.3.1, 6.2.5.3.3 u 6.2.5.3.4 t'aktar 'il fuq.

6.2.5.4.   Wara t-test ta’ kemm idumu jservu skont il-paragrafu 6.2.5.3.5, u immedjatament wara l-kejl tal-forza li tiġed lura skont il-paragrafu 6.2.5.3.4, l-apparati li jiġbdu lura jridu jissodisfaw iż-żewġ speċifikazzjonijiet li jmiss:

6.2.5.4.1.

Meta l-apparati li jiġbdu lura, ħlief l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru awtomatikament, jiġu ttestjati skont il-paragrafu 7.6.4.2, l-apparati li jiġbdu lura jridu jkunu kapaċi jevitaw kwalunkwe parti laxka bejn it-torso u ċ-ċinturini, u,

6.2.5.4.2.

Meta l-bokkla ma tkunx maqfula biex jinħall l-ilsien, l-apparat li jiġbed lura biss irid ikun jista' jiġbed liċ-ċinga għal kollox lura.

6.2.6.   L-apparat ta’ qabel it-tagħbija

6.2.6.1.   Wara li jitressaq għall-ittestjar tal-korrużjoni skont il-paragrafu 7.2, l-apparat ta’ qabel it-tagħbija (inkluż is-sensur tal-impatt imqabbad mal-appart bil-plaggijiet oriġinali mingħajr ma jgħaddi l-ebda kurrent minnhom) għandu jaħdem normalment.

6.2.6.2.   Għandu jiġi vverifikat li t-tħaddim involontarju tal-apparat ma jinvolvi l-ebda riskju ta’ feriment fiżiku għal min jilbsu.

6.2.6.3.   Fil-każ ta’ apparati ta’ qabel it-tagħbija pirotekniċi:

6.2.6.3.1.

Wara li jitressaq għall-ikkondizzjonar skont il-paragrafu 7.9.1, it-tħaddim tal-apparat ta’ qabel it-tagħbija ma riedx ikun attivat mit-temperatura u l-apparat għandu jaħdem normalment.

6.2.6.3.2.

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex ma jitħalliex li l-gassijiet sħan li jintefgħu 'l barra jaħarqu l-materjali li jaqbdu fil-qrib.

6.3.   Iċ-ċineg

6.3.1.   Ġenerali

6.3.1.1.   Il-karatteristiċi taċ-ċineg għandhom ikunu tali li jkun żgurat li l-pressjoni tagħhom fuq ġisem min jilbishom tkun imqassma kemm jista' jkun b'mod bilanċjat tul il-wisa' tagħhom u li ma jitgħawġux anki taħt tensjoni. Għandu jkollhom kapaċitajiet ta’ assorbiment tal-enerġija u ta’ tixrid tal-enerġija. Iċ-ċineg għandu jkollhom cmus irfinuti li m'għandhomx jinħallu bl-użu.

6.3.1.2.   Il-wisa' taċ-ċinga mgħobbija b'980 daN + 100 - 0 daN m'għandhiex tkun inqas minn 46 mm. Din id-dimensjoni għandha titkejjel skont it-test fil-paragrafu 7.4.3 u mingħajr ma titwaqqaf il-magna fit-tagħbija msemmija fuq (7).

6.3.2.   Is-saħħa mill-ikkondizzjonar tal-kompartiment

Fil-każ taż-żewġ kampjuni ta’ ċineg ikkondizzjonati skont il-paragrafu 7.4.1.1 it-tagħbija li tqatta' taċ-ċinga, iddeterminata kif provdut fil-paragrafu 7.4.2 t'aktar 'l isfel, m'għandhiex tkun inqas minn 1 470 daN. Id-differenza bejn it-tagħbiji li jqattgħu taż-żewġ kampjuni m'għandhiex teċċedi l-10 fil-mija tal-akbar mit-tagħbiji li jqattgħu mkejla.

6.3.3.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar speċjali

Fil-każ taż-żewġ kampjuni ta’ ċineg ikkondizzjonati skont waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.4.1 (ħlief 7.4.1.1) t'aktar 'l isfel, it-tagħbija li tqatta' taċ-ċinga m'għandhiex tkun inqas minn 75 fil-mija tal-medja tat-tagħbiji ddeterminati fit-test imsemmi fil-paragrafu 6.3.2 u mhux inqas minn 1 470 daN. Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet jista' jħalli barra wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat jew l-informazzjoni diġà disponibbli tagħmel lit-test jew lit-testijiet żejjed(żejda).

6.4.   Il-montatura taċ-ċinturin jew is-sistema ta’ trażżin

6.4.1.   It-test dinamiku

6.4.1.1.   Il-montatura taċ-ċinturin jew is-sistema ta’ trażżin għandha tkun soġġetta għal test dinamiku skont il-paragrafu 7.7 t'aktar 'l isfel.

6.4.1.2.   It-test dinamiku għandu jitwettaq fuq żewġ montaturi ta’ ċinturin li qabel ma kinux imgħobbija, ħlief fil-każ ta’ montaturi taċ-ċinturin li jifformaw parti minn sistemi ta’ trażżin meta t-test dinamiku għandu jitwettaq fuq is-sistemi ta’ trażżin li huma maħsuba għal grupp wieħed ta’ sits li qabel ma kinux mgħobbija. Il-bokkli tal-montaturi taċ-ċinturin li għandhom jiġu ttestjati għandhom ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.4 t'aktar 'il fuq. Fil-każ taċ-ċinturini tas-sigurtà b'apparati li jiġbdu lura, l-apparat li jiġbed lura għandu jkun ġie soġġett għat-test tar-reżistenza għat-trab stabbilit fil-paragrafu 7.6.3; minbarra dan, fil-każ taċ-ċinturini tas-sigurtà jew tas-sistemi ta’ trażżin mgħammra b'apparat ta’ qabel it-tagħbija li jinkludi mezzi pirotekniċi, l-apparat għandu jkun ġie soġġett għall-ikkondizzjonar speċifikat fil-paragrafu 7.9.1.

6.4.1.2.1.   Iċ-ċinturini għandu jkunu għaddew mit-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 7.2, u warajh il-bokkli għandhom ikunu soġġetti għal 500 ċiklu addizzjonali ta’ ftuħ u ta’ għeluq f'kondizzjonijiet normali tal-użu.

6.4.1.2.2.   Iċ-ċinturini tas-sigurtà bl-apparati li jiġbdu lura għandhom ikunu ġew soġġetti jew għat-testijiet deskritti fil-paragrafu 6.2.5.2 jew għal dawk deskritti fil-paragrafu 6.2.5.3. Jekk madanakollu, apparat li jiġbed lura diġà kien soġġett għat-test tal-korrużjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.4.1.2.1, t'aktar 'il fuq, dan it-test mhemmx għalfejn jiġi ripetut.

6.4.1.2.3.   Fil-każ ta’ ċinturin li huwa maħsub biex jintuża ma’ apparat tal-aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli, kif iddefinit fil-paragrafu 2.9.6 t'aktar 'il fuq, it-test għandu jitwettaq bl-apparat aġġustat fl-aktar pożizzjoni(jiet) sfavorevoli magħżula mis-Servizz Tekniku responsabbli għall-ittestjar. Madanakollu, jekk l-apparat tal-aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli huwa magħmul mill-ankraġġ taċ-ċinturin, kif approvat skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 14, is-Servizz Tekniku responsabbli għall-ittestjar, fid-diskrezzjoni tiegħu, jista' japplika d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.7.1 t'aktar 'l isfel.

6.4.1.2.4.   Fil-każ taċ-ċinturin tas-sigurtà b'apparat ta’ qabel it-tagħbija, l-ispostament minimu speċifikat fil-paragrafu 6.4.1.3.2 t'aktar 'l isfel jista' jitnaqqas bin-nofs. Għall-fini ta’ dan it-test, l-apparat ta’ qabel it-tagħbija għandu jkun qed jitħaddem.

6.4.1.2.5.   Fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, għandu jkun ġie soġġett għal test ta’ kemm idum iservi b'apparat ta’ din ix-xorta li jkun qed jitħaddem skont il-paragrafu 6.2.5.3.5 qabel test dinamiku. It-test dinamiku mbagħad għandu jitwettaq bl-apparat li jnaqqas it-tensjoni meta jkun qed jitħaddem.

6.4.1.3.   Matul dan it-test, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

6.4.1.3.1.

L-ebda parti mill-montatura taċ-ċinturin jew mis-sistema ta’ trażżin li taffetwa t-trażżin tal-okkupant m'għandha tinkiser u l-ebda bokkla jew sistema ta’ sokra jew sistema ta’ spostament m'għandha tinħall jew tinfetaħ; u

6.4.1.3.2.

L-ispostament 'il quddiem tal-manikin għandu jkun ta’ bejn 80 u 200 mm fil-livell tal-pelvi fil-każ taċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor. Fil-każ ta’ tipi oħra ta’ ċinturini, l-ispostament 'il quddiem għandu jkun ta’ bejn 80 u 200 mm fil-livell tal-pelvi, u ta’ bejn 100 u 300 mm fil-livell tas-sider. Fil-każ ta’ ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq, l-ispostament minimu speċifikat aktar 'il fuq jista' jitnaqqas bin-nofs. Dawn l-ispostament huwa l-ispostament f'relazzjoni mal-punti ta’ kejl murija fil-figura 6 tal-Anness 7 għal dan ir-Regolament.

6.4.1.3.3.

Fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà maħsub biex jintuża f'pożizzjoni bilqiegħda fuq quddiem fuq in-naħa ta’ barra, imħarsa minn airbag quddiemha, l-ispostament tal-punt ta’ referenza tas-sider jista' jeċċedi dak speċifikat fil-paragrafu 6.4.1.3.2 t'aktar 'il fuq, jekk il-veloċità tiegħu f'dan il-valur ma teċċedix l-24 km/siegħa.

6.4.1.4.   Fil-każ ta’ sistema ta’ trażżin:

6.4.1.4.1.

Il-moviment tal-punt ta’ referenza tas-sider jista' jeċċedi dak speċifikat fil-paragrafu 6.4.1.3.2 t'aktar 'il fuq jekk jista' jintwera jew b'kalkolu jew b'test ieħor li l-ebda parti mit-torso jew mir-ras tal-manikin li ntużat fit-test dinimiku ma kienet tiġi f'kuntatt ma’ kwalunkwe parti riġida 'l quddiem tal-vettura ħlief għas-sider mal-montatura tal-istering, jekk tal-aħħar tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 12 u sakemm ma jkunx hemm kuntatt f'veloċità ogħla minn 24 km/siegħa. Għal din il-valutazzjoni, is-sit għandu jitqies li huwa fil-pożizzjoni speċfikata fil-paragrafu 7.7.1.5 t'aktar 'l isfel.

6.4.1.4.2.

F'vetturi fejn jintużaw apparati ta’ din ix-xorta, is-sistemi tal-ispostament u tas-sokra li jippermettu lill-okkupanti tas-sits kollha li joħorġu mill-vettura għandhom jibqgħu jistgħu jitħaddmu bl-id wara t-test dinamiku.

6.4.1.5.   Bħala deroga, f'każ ta’ sistema ta’ trażżin, l-ispostamenti jistgħu jkunu akbar minn dawk speċifikati fil-paragrafu 6.4.1.3.2 fil-każ fejn id-deroga provduta fil-paragrafu 7.4 tar-Regolament Nru 14 tkun ta’ ġid għall-ankraġġ ta’ fuq mwaħħal mas-sits.

6.4.2.   Is-saħħa wara l-ikkondizzjonar tal-brix

6.4.2.1.   Għaż-żewġ kampjuni kkondizzjonati skont il-paragrafu 7.4.1.6 t'aktar 'l isfel, is-saħħa tal-ksur għandha tiġi vvalutata kif provdut fil-paragrafi 7.4.2 u 7.5 t'aktar 'l isfel. Trid tkun għall-inqas daqs 75 fil-mija tal-medja tas-saħħa tal-ksur iddeterminata matul is-testijiet fuq ċineg mhux immaljati u mhux inqas mit-tagħbija minima speċifikata għall-oġġett li qed jiġi ttestjat. Id-differenza bejn is-saħħa tal-ksur taż-żewġ kampjuni ma tridx teċċedi l-20 fil-mija tal-ogħla saħħa tal-ksur imkejla. Għall-proċeduri tat-tip 1 u tat-tip 2, it-test tas-saħħa tal-ksur għandu jitwettaq fuq kampjuni ta’ ċineg biss (il-paragrafu 7.4.2.). Għall-proċedura tat-tip 3, it-test tas-saħħa tal-ksur għandu jitwettaq fuq iċ-ċinga flimkien mal-komponent metalliku involut (il-paragrafu 7.5.).

6.4.2.2.   Il-partijiet tal-montatura taċ-ċinturin li għandhom jiġu soġġetti għal proċedura ta’ brix jingħataw fit-tabella li ġejja u t-tipi ta’ proċeduri li jistgħu jkunu adattati għalihom huma indikati b'“x”. Għal kull proċedura għandu jintuża kampjun ġdid.

 

Proċedura 1

Proċedura 2

Proċedura 3

Żjieda

x

Gwida jew Taljola

x

Ingassa tal-bokkla

x

x

Apparat ta’ aġġustament

x

x

Partijiet meħjuta maċ-ċinga

x

7.   IT-TESTIJIET

7.1.   L-użu tal-kampjuni mressqa għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ ċinturin jew ta’ sistema ta’ trażżin (ara l-Anness 13 għal dan ir-Regolament)

7.1.1.   Żewġ ċinturini jew sistemi ta’ trażżin huma meħtieġa għall-ispezzjoni tal-bokkla, għat-test tal-bokkla f'temperatura baxxa, għat-test tat-temperatura baxxa deskritt fil-paragrafu 7.5.4 t'aktar 'l isfel fejn ikun meħtieġ, għat-test ta’ kemm iddum isservi l-bokkla, għat-test tal-korrużjoni taċ-ċinturin, għat-testijiet tat-tħaddim tal-apparat li jiġbed lura, għat-test dinamiku u għat-test tal-ftuħ tal-bokkla wara t-test dinamiku. Wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni għandu jintuża għall-ispezzjoni taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ trażżin.

7.1.2.   Huwa meħtieġ ċinturin wieħed jew sistema ta’ trażżin waħda għall-ispezzjoni tal-bokkla u għat-test tas-saħħa fuq il-bokkla, fuq l-immontar taż-żjieda, fuq l-apparati ta’ aġġustament taċ-ċinturin u, fejn ikun meħtieġ, fuq l-apparati li jiġbdu lura.

7.1.3.   Huma meħtieġa żewġ ċinturini jew żewġ sistemi ta’ trażżin għall-ispezzjoni tal-boklla, għat-test tal-micro-slip u għat-test tal-brix. It-test tat-tħaddim tal-apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin għandu jitwettaq fuq wieħed minn dawn iż-żewġ kampjuni.

7.1.4.   Il-kampjun taċ-ċinga għandu jintuża għall-ittestjar tas-saħħa tal-ksur taċ-ċinga. Parti minn dan il-kampjun għandu jkun ippreservat sakemm l-approvazzjoni tibqa' valida.

7.2.   It-test tal-korrużjoni

7.2.1.   Montatura kompluta taċ-ċinturin tas-sigurtà għandha titqiegħed f'kompartiment għall-ittestjar kif inhu provdut fl-Anness 12 għal dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ montatura li tinkorpora apparat li jiġbed lura, iċ-ċinga għandha tinħall għat-tul sħiħ ħlief għal 300 + 3 mm. Ħlief għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu meħtieġa, pereżempju, biex tkun ikkontrollata u timtela s-soluzzjoni tal-melħ, it-test tal-espożizzjoni għandu jipproċedi b'mod kontinwu għal perjodu ta’ 50 siegħa.

7.2.2.   Malli jkun ikkompletat it-test tal-espożizzjoni, il-montatura għandha tinħasel bil-mod, jew tiġi mgħddsa f'ilma ġieri nadif b'temperatura ta’ mhux aktar minn 38 °C biex jitneħħa kwalunkwe depożitu tal-melħ li seta' fforma u mbagħad titħalla tinxief fit-temperatura tal-kompartiment għal 24 siegħa qabel l-ispezzjoni skont il-paragrafu 6.2.1.2 t'aktar 'il fuq.

7.3.   It-test tal-micro-slip (ara l-figura 3 tal-Anness 11 għal dan ir-Regolament)

7.3.1.   Il-kampjuni li għandhom jitressqu għat-test tal-micro-slip għandhom jinżammu għal minimu ta’ 24 siegħa f'atmosfera b'temperatura ta’ 20 + 5 °C u b'umdità relattiva ta’ 65 + 5 fil-mija. It-test għandu jitwettaq f'temperatura ta’ bejn 15 u 30 °C.

7.3.2.   Għandu jkun żgurat li t-taqsima ħielsa tal-appart ta’ aġġustament jipponta jew 'il fuq jew 'l isfel fuq il-bank tat-test, bħal fil-vettura.

7.3.3.   Għandha titwaħħal tagħbija ta’ 5 daN mat-tarf t'isfel tat-taqsima taċ-ċinga. It-tarf l-ieħor għandu jkun soġġett għal moviment lura u 'l quddiem, bl-estensjoni totali tkun ta’ 300 + 20 mm (ara l-figura).

7.3.4.   Jekk hemm tarf ħieles li jagħmilha ta’ ċinga ta’ riserva, bl-ebda mod ma trid tkun maqbuda jew ikklippjata mat-taqsima mgħobbija.

7.3.5.   Għandu jkun żgurat li fuq il-bank tat-test iċ-ċinga, fil-pożizzjoni laxka, taqa' f'kurva konkava mill-apparat ta’ aġġustament, bħal fil-vettura. It-tagħbija ta’ 5 daN applikata fuq il-bank tat-test għandha tkun iggwidata vertikalment b'tali mod li ma jitħalliex li t-tagħbija tixxengel u li ċ-ċinturin jinbaram. Iż-żjieda għandha tkun iffissata mat-tagħbija ta’ 5 daN bħal fil-vettura.

7.3.6.   Qabel il-bidu effettiv tat-test, għandha tiġi kkompletata serje ta’ 20 ċiklu sabiex is-sistema li tissikka waħidha ssib postha.

7.3.7.   Għandhom jiġu kkompletati 1 000 ċiklu bi frekwenza ta’ 0.5 ċiklu fis-sekonda, bl-estensjoni totali tkun ta’ 300 + 20 mm. It-tagħbija ta’ 5 daN għandha tkun applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għal ċaqliqa ta’ 100 + 20 mm għal kull nofs perjodu.

7.4.   L-ikkondizzjonar taċ-ċineg u t-test tas-saħħa tal-ksur (statiku)

7.4.1.   L-ikkondizzjonar taċ-ċineg għat-test tas-saħħa tal-ksur

Il-kampjuni maqtugħa miċ-ċinga msemmija fil-paragrafu 3.2.2.3 t'aktar 'il fuq għandhom ikunu kkondizzjonati kif ġej:

7.4.1.1.   L-ikkondizzjonar tat-temperatura u l-Igrometrika

L-istrixxa għandha tiġi kkundizzjonata skont ISO 139 (2005), permezz tal-atmosfera standard jew l-atmosfera alternattiva standard. Jekk it-test ma jitwettaqx immedjatament wara l-ikkondizzjonar, il-kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur magħluq eremetikament sakemm jinbeda t-test. It-tagħbija li tqatta' għandha tkun iddeterminata fi ħdan 5 minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-atmosferma tal-ikkondizzjonar jew mill-kontenitur.

7.4.1.2.   L-ikkondizzjonar tad-dawl

7.4.1.2.1.   Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO 105-B02 (1994/Amd2:2000). Iċ-ċinga għandha tkun esposta għad-dawl għall-ħin meħtieġ sabiex ikun prodott kuntrast daqs Grad 4 fuq l-iskala griża fuq iż-Żebgħa Blu Standard Nru 7.

7.4.1.2.2.   Wara l-espożizzjoni ċ-ċinga għandha tiġi kkundizzjonata kif deskritt fil-paragrafu 7.4.1.1. Jekk it-test ma jitwettaqx immedjatament wara l-ikkondizzjonar il-kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur magħluq eremetikament sakemm jinbeda t-test. It-tagħbija li tqatta' għandha tkun iddeterminata fi ħdan ħames minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-installazzjoni tal-ikkondizzjonar.

7.4.1.3.   L-ikkondizzjonar tal-kesħa

7.4.1.3.1.   Iċ-ċinga għandha tiġi kkundizzjonata kif deskritt fil-paragrafu 7.4.1.1

7.4.1.3.2.   Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal siegħa u nofs fuq superfiċje ċatta f'kompartiment b'temperatura baxxa fejn it-temperatura tal-arja hija ta’ –30 + 5 °C. Imbagħad għandha tintewa u t-tinja għandha titgħabba b'massa ta’ 2 kg li qabel kienet imkessħa għal temperatura ta’ – 30 + 5 °C. Meta ċ-ċinga tkun inżammet mgħobbija għal 30 minuta fl-istess kompartiment b'temperatura baxxa, il-massa għandha titneħħa u t-tagħbija li tqatta' għandha titkejjel fi ħdan 5 minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-kompartiment b'temperatura baxxa.

7.4.1.4.   L-ikkondizzjonar tas-sħana

7.4.1.4.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal tliet sigħat f'kabinett tat-tisħin f'atmosfera b'temperatura ta’ 60 + 5 °C u b'umdità relattiva ta’ 65 + 5 fil-mija.

7.4.1.4.2.   It-tagħbija li tqatta' għandha tiġi ddeterminata fi żmien ħames minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-kabinett li jsaħħan.

7.4.1.5.   L-espożizzjoni għall-ilma

7.4.1.5.1.   Iċ-ċinga għandha tinżamm għal kollox mgħaddsa għal tliet sigħat f'ilma distillat, f'temperatura ta’ 20 + 5 °C, li miegħu ġie miżjud aġent tat-tixrib. Jista' jintuża kwalunkwe aġent tat-tixrib adattat għall-fibra li qed tiġi ttestjata.

7.4.1.5.2.   It-tagħbija li tqatta' għandha tiġi ddeterminata fi ħdan 10 minuti wara t-tneħħija taċ-ċinga mill-ilma.

7.4.1.6.   L-ikkondizzjonar tal-brix

7.4.1.6.1.   L-ikkondizzjonar tal-brix se jitwettaq fuq kull apparat fejn iċ-ċinga hija f'kuntatt ma’ parti riġida taċ-ċinturin, bl-eċċezzjoni tal-apparati ta’ aġġustament kollha fejn it-test tal-micro-slip (7.3.) juri li ċ-ċinga tiżloq b'inqas minn nofs il-valur provdut, f'liema każ, mhux se tkun meħtieġa l-proċedura 1 tal-ikkondizzjonar tal-brix (7.4.1.6.4.1.). Is-setting fuq l-apparat tal-ikkondizzjonar bejn wieħed u ieħor se jżomm il-pożizzjoni relattiva taċ-ċinga u tal-erja ta’ kuntatt.

7.4.1.6.2.   Il-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati kif deskritt fil-paragrafu 7.4.1.1 It-temperatura tal-ambjent matul il-proċedura tal-brix għandha tkun ta’ bejn 15 u 30 °C.

7.4.1.6.3.   Fit-tabella t'aktar 'l isfel huma elenkati l-kondizzjonijiet ġenerali għal kull proċedura ta’ brix.

 

Tagħbija

daN

Frekwenza

Hz

Ċikli

Numri

Ċaqliq

mm

Proċedura 1

2,5

0,5

5 000

300 ± 20

Proċedura 2

0,5

0,5

45 000

300 ± 20

Proċedura 3 (*)

0 to 5

0,5

45 000

Iċ-ċaqliq mogħti fil-ħames kolonna ta’ din it-tabella jirrappreżenta l-estensjoni ta’ moviment lura u 'l quddiem applikat liċ-ċinga.

7.4.1.6.4.   Proċeduri ta’ kondizzjonar partikolari

7.4.1.6.4.1.

Il-proċedura 1: għal każi fejn iċ-ċinga tiżloq minn apparat ta’ aġġustament.

Fuq tarf wieħed taċ-ċinga għandha tinżamm tagħbija stabbli vertikali ta’ 2,5 daN - it-tarf l-ieħor taċ-ċinga għandu jkun imqabbad ma’ apparat li jagħti liċ-ċinga moviment orizzontali lura u 'l quddiem.

L-apparat ta’ aġġustament għandu jitqiegħed fuq iċ-ċinga orizzontali b'tali mod li ċ-ċinga tibqa' taħt tensjoni (ara l-figura 1 tal-Anness 11 għal dan ir-Regolament).

7.4.1.6.4.2.

Il-proċedura 2: għal każi fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni meta tkun qed tgħaddi minn parti riġida.

Matul dan it-test, l-angoli taċ-ċineg għandhom jinżammu kif jintwera fil-figura 2 tal-Anness 11 ma’ dan ir-Regolament.

Matul it-test, għandha tinżamm it-tagħbija stabbli ta’ 0,5 daN.

Għal każi fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni għal aktar minn darba meta tkun għaddejja minn parti riġida, it-tagħbija ta’ 0,5 daN tista' tiġi miżjuda sabiex jinkiseb il-moviment provdut taċ-ċinga ta’ 300 mm minn dik il-parti riġida.

7.4.1.6.4.3.

Il-proċedura 3: għal każi fejn iċ-ċinga hija ffissata ma’ parti riġida għaliex tkun meħjuta jew b'mezzi simili.

Il-moviment totali lura u 'l quddiem għandu jkun ta’ 300 + 20 mm imma t-tagħbija ta’ 5 daN għandha tkun applikata biss matul ċaqliq ta’ 100 + 20 mm għal kull nofs perjodu (ara l-figura 3 tal-Anness 11 għal dan ir-Regolament).

7.4.2.   It-test tas-saħħa tal-ksur taċ-ċinga (it-test statiku)

7.4.2.1.   It-test għandu jitwettaq kull darba fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċinga, ta’ tul suffiċjenti, ikkondizzjonati skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.4.1.

7.4.2.2.   Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja t-tensjoni. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkun evitat li ċ-ċinga tinqata' meta tkun fihom jew qribhom. Il-veloċità tat-traversa għandha tkun ta’ 100 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta’ 200 mm + 40 mm.

7.4.2.3.   It-tensjoni għandha tiżdied sakemm iċ-ċinga tinqata', u t-tagħbija li tqatta' għandha tiġi nnotata.

7.4.2.4.   Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinqata' meta tkun fi jew fi ħdan 10 mm minn kwalunkwe waħda mill-klamps, it-test għandu jkun invalidu u għandu jitwettaq test ġdid fuq kampjun ieħor.

7.4.3.   Wisa' bit-tagħbija

7.4.3.1.   It-test għandu jitwettaq kull darba fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċinga, ta’ tul suffiċjenti, ikkondizzjonati skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.4.1.

7.4.3.2.   Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja t-tensjoni. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkun evitat li ċ-ċinga tinqata' meta tkun fihom jew qribhom. Il-veloċità tat-traversa għandha tkun ta’ 100 mm/min. It-tul ħieles tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun ta’ 200 mm ± 40 mm.

7.4.3.3.   Meta tagħbija tilħaq id-980 daN + 100 - 0 daN, il-magna għandha titwaqqaf u l-kejl għandu jsir qabel jgħaddu 5 sekondi. The test has do be performed separately from the tensile test.

7.5.   It-test tal-komponenti tal-montatura taċ-ċinturin li jinkorporaw partijiet riġidi

7.5.1.   Il-bokkla u l-apparat ta’ aġġustament għandhom ikunu mqabbda mal-apparat li jittestja t-tensjoni mill-partijiet tal-montatura taċ-ċinturin li normalment ikunu mwaħħla magħhom, u t-tagħbija mbagħad għandha tiġi miżjuda għal 980 daN.

Fil-każ taċ-ċinturini biex jikkontrollaw iċ-ċaqliq, il-bokkla għandha tiġi mqabbda mal-apparat tal-ittestjar miċ-ċineg li huma mwaħħla mal-bokkla u mal-ilsien jew maż-żewġ ilsna li jinsab bejn wieħed u ieħor b'mod simmetriku għaċ-ċentru ġeometriku tal-bokkla. Jekk il-bokkla, jew l-apparat ta’ aġġustament, huwa parti miż-żjieda jew mill-parti komuni ta’ ċinturin bi tliet ponot, il-bokkla jew l-apparat ta’ aġġustament għandu jiġi ttestjat maż-żjieda, skont il-paragrafu 7.5.2 t'aktar 'l isfel, ħlief fil-każ ta’ apparati li jiġbdu lura li għandhom taljola jew gwida għaċ-ċinga fl-ankraġġ ta’ fuq taċ-ċinturin, meta t-tagħbija se tkun ta’ 980 daN u t-tul taċ-ċinga li jibqa' mgerbeb fuq ir-rukkell għandu jkun it-tul li jirriżulta minn sokra kemm jista' jkun qrib il-450 mm mit-tarf taċ-ċinga.

7.5.2.   Iż-żjidiet u kwalunkwe apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli għandhom ikunu ttestjati bil-mod indikat fil-paragrafu 7.5.1, imma t-tagħbija għandha tkun ta’ 1 470 daN u, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-paragrafu 7.7.1 t'aktar 'l isfel, għandha tkun applikata fil-kondizzjonijiet l-inqas favorevoli li huwa probabbli li jseħħu f'vettura fejn iċ-ċinturin jiġi installat b'mod korrett. Fil-każ tal-apparati li jiġbdu lura, it-test jitwettaq biċ-ċinga kompletament maħlula mir-rukkell.

7.5.3.   Żewġ kampjuni tal-montatura kompluta taċ-ċinturin għandhom jitqiegħdu f'kabinett imkessaħ f'temperatura ta’ –10° + 1 °C għal sagħtejn. Il-partijiet li jaqblu tal-bokkla għandhom jiġu iġġanċjati flimkien b'mod manwali immedjatament wara li jitneħħew mill-kabinettt imkessaħ.

7.5.4.   Żewġ kampjuni tal-montatura kompluta taċ-ċinturin għandhom jitqiegħdu f'kabinett imkessaħ f'temperatura ta’ –10 °C + 1 °C għal sagħtejn. L-oġġetti u l-partijiet riġidi magħmula mill-plastik li qed jiġu ttestjata mbagħad għandhom jitqiegħdu wieħed wara l-ieħor fuq superfiċje tal-azzar ċatta u riġida (li nżammet mal-kampjuni f'kabinett imkessaħ) li titqiegħed fuq superfiċje orizzontali ta’ blokka riġida u kompatta b'massa ta’ mill-inqas 100 kg u fi ħdan 30 sekonda minn meta titneħħa mill-kabinett imkessaħ, massa tal-azzar ta’ 18 kg għandha titħalla taqa' taħt il-forza tal-gravità minn għoli ta’ 300 mm fuq il-kampjun tat-test. Il-wiċċ tal-impatt tal-massa ta’ 18 kg għandha tieħu l-forma ta’ superfiċje konvessa b'ebusija ta’ mill-inqas 45 HRC b'radju trasversali ta’ 10 mm u b'radju lonġitudinali ta’ 150 mm imqiegħed tul il-linja ċentrali tal-massa. Kampjun tat-test wieħed għandu jkun ittestjat bl-assi tal-iżbarra kurvata f'linja maċ-ċinga u l-kampjun l-ieħor għandu jiġi ttestjata f'90° għaċ-ċinga.

7.5.5.   Il-bokkli li għandhom partijiet komuni għal żewġ ċinturini tas-sigurtà għandhom ikunu mgħobbija b'tali mod li jistimolaw il-kondizzjonijiet tal-użu fil-vettura b'sits fil-pożizzjoni tan-nofs tal-aġġustament tagħhom. Għandha tiġi applikata tagħbija ta’ 1 470 daN fl-istess ħin lil kull ċinga. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun stabbilita skont il-paragrafu 7.7.1 t'aktar 'l isfel. Apparat adattat għat-test jintwera fl-Anness 10 għal dan ir-Regolament.

7.5.6.   Meta jiġi ttestjat apparat ta’ aġġustament b'mod manwali, fejn jitqiesu l-kondizzjonijiet normali tal-użu, iċ-ċinga għandha tinġibed b'mod stabbli mill-apparat ta’ aġġustament, b'rata ta’ madwar 100 mm/s u l-forza massima għandha titkejjel għall-eqreb 0,1 daN wara l-ewwel 25 mm ta’ moviment taċ-ċinga. It-test għandu jitwettaq fiż-żewġ direzzjonijiet li fihom timxi ċ-ċinga mill-apparat, biċ-ċinga tgħaddi miċ-ċiklu sħiħ għal 10 darbiet qabel ma titkejjel.

7.6.   It-testijiet addizzjonali għaċ-ċinturini tas-sigurtà bl-apparati li jiġbdu lura

7.6.1.   Kemm idum jiswa l-mekkaniżmu tal-apparat li jiġbed lura

7.6.1.1.   Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata u għandha titħalla tinġibed lura għan-numru meħtieġ ta’ ċikli b'rata ta’ mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta. Fil-każ ta’ apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'emerġenza, għandha tiġi introdotta interruzzjoni biex l-apparat li jiġbed lura jissakkar f'kull ħames ċiklu.

L-interruzzjonijiet għandhom iseħħu f'numri ndaqs f'kull waħda minn ħames estrazzjonijiet differenti, jiġifieri, 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga li tibqa' mgerba fuq l-apparat li jiġbed lura. Madankollu, fejn huwa provdut aktar minn 900 mm il-perċentwali t'aktar 'il fuq għandhom ikunu relatati għad-900 mm finali taċ-ċinga li tista' tiġi rtirata mill-apparat li jiġbed lura.

7.6.1.2.   Apparat adattat għat-testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.6.1.1 t'aktar 'il fuq jintwera fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament.

7.6.2.   Is-sokra tal-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f'emerġenza

7.6.2.1.   L-apparat li jiġbed lura għandu jiġi ttestjat darba għas-sokra meta ċ-ċinga tkun ġiet maħlula għat-tul sħiħ tagħha ħlief għal 300 + 3 mm.

7.6.2.1.1.   Fil-każ ta’ apparat li jiġbed lura li jiġi azzjonat mill-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha tkun fid-direzzjoni fejn normalment issir meta l-apparat li jiġbed lura jiġi installat f'vettura.

7.6.2.1.2.   Meta l-apparati li jiġbdu lura jkunu qed jiġu ttestjati għas-sensittività għad-deċellerazzjoni tal-vettura, għandhom jiġu ttestjati fl-estrazzjoni t'aktar 'il fuq tul żewġ assi perpendikulari, li huma orizzontali jekk l-apparat li jiġbed lura jiġi installat f'vettura kif inhu speċifikat mill-manifattur taċ-ċinturin tas-sigurtà. Meta din il-pożizzjoni ma tkunx speċifikata, l-awtorità tal-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur taċ-ċinturin tas-sigurtà. Wieħed minn dawn l-assi għandu jkun fid-direzzjoni magħżula mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-test tal-approvazzjoni biex ikun hemm il-kondizzjonijiet l-aktar avversi rigward l-attivazzjoni tal-mekaniżmu li jsakkar.

7.6.2.2.   Apparat adattat għat-testijiet speċifikati fil-paragrafu 7.6.2.1 t'aktar 'il fuq huwa deskritt fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament. Id-disinn ta’ kwalunkwe apparat tat-testijiet ta’ din ix-xorta għandu jiżgura li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata qabel ma l-istrixxi jiġu rtirati barra mill-apparat li jiġbed lura b'aktar minn 5 mm u li l-irtirar isir b'rata medja ta’ żjieda tal-aċċellerazzjoni ta’ mill-inqas 55 g/s u mhux iktar minn 150 g/s fl-ittestjar tas-sensittività għall-moviment taċ-ċinga u ta’ mill-inqas 25 g/s u mhux iktar minn 150 g/s fl-ittestjar tas-sensittività għad-deċellerazzjoni tal-vettura.

7.6.2.3.   Biex tkun ikkontrollata l-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.3.1.3 u 6.2.5.3.1.4, l-apparat li jiġbed lura għandu jkun immontat fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi inklinata b'veloċità li ma teċċedix iż-2° fis-sekonda sakemm l-apparat jissakkar. It-test għandu jkun ripetut bl-inklinazzjoni f'direzzjonijiet oħra sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jiġu sodisfatti.

7.6.3.   Ir-reżistenza għat-trab

7.6.3.1.   L-apparat li jiġbed lura għandu jitqiegħed f'kompartiment għall-ittestjar kif inhu deskritt fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament. Għandu jiġi mmontat f'orjentazzjoni simili għal dik li ġie mmontata fiha fil-vettura. Il-kompartiment għall-ittestjar għandu jkun fih it-trab kif inhu speċifikat fil-paragrafu 7.6.3.2 t'aktar 'l isfel. Tul ta’ 500 mm taċ-ċinga għandu jinħareġ mill-apparat li jiġbed lura u għandu jinżamm maħruġ, ħlief li għandu jiġi soġġett għal 10 ċikli kompluti ta’ ġbid lura u ta’ rtirar fi ħdan minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab. Għal perjodu ta’ ħames sigħat, it-trab għandu jiġi aġitat kull 20 minuta għal ħames sekondi b'arja kompressata ħielsa miż-żejt u mill-irtuba b'kejl ta’ pressjoni ta’ 5,5 × 105 + 0,5 × 105 Pa li jidħol minn fetħa b'dijametru ta’ 1,5 ± 0,1 mm.

7.6.3.2.   It-trab użat fit-test deskritt fil-paragrafu 7.6.3.1 t'aktar 'il fuq għandu jikkonsisti minn madwar 1 kg ta’ kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli għandha tkun kif ġejja:

(a)

jgħaddu minn fetħa ta’ 150 μm, minn wajer b'dijametru ta’ 104 μm: 99 sa 100 fil-mija;

(b)

jgħaddu minn fetħa ta’ 105 μm, minn wajer b'dijametru ta’ 64 μm: 76 sa 86 fil-mija;

(c)

jgħaddu minn fetħa ta’ 75 μm, minn wajer b'dijametru ta’ 52 μm: 60 sa 70 fil-mija.

7.6.4.   Il-forzi li jiġbdu lura

7.6.4.1.   Il-forza li tiġbed lura għandha titkejjel bil-montatura taċ-ċinturin tas-sigurtà mlibbes lil manikin bħalma sar għat-test dinamiku provdut fil-paragrafu 7.7. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt tal-kuntatt ma’ (iżda ma jmissx) mal-manikin filwaqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura b'rata ta’ madwar 0,6 m/min. Fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà b'apparat li jnaqqas it-tensjoni, il-forza li tiġbed lura u t-tensjoni taċ-ċinga għandhom jitkejlu bl-apparat li jnaqqas it-tensjoni kemm meta qed jitħaddem u kemm meta ma jkunx qed jitħaddem.

7.6.4.2.   Qabel it-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 7.7 il-manikin bilqiegħda, li huwa mlibbes bi qmis tal-qoton, għandu jiġi inklinat 'il quddiem sakemm 350 mm taċ-ċinga jiġu rtirati mill-apparat li jiġbed lura, u mbagħad jinħallu għall-pożizzjoni inizjali.

7.7.   It-test dinamiku tal-montatura taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ trażżin

7.7.1.   Il-montatura taċ-ċinturin għandha tkun immontata fuq troli mgħammar bis-sit u bl-ankraġġ iddefinit fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament. Madanakollu, jekk il-montatura taċ-ċinturin hija maħsuba għal vettura speċifika jew għal tipi speċifiċi ta’ vettura, bid-distanzi bejn il-manikin u l-ankraġġi għandhom ikunu ddeterminati mis-servizz li jwettaq it-testijiet, jew skont l-istruzzjonijiet għat-twaħħil provduti maċ-ċinturin jew skont id-data provduta mill-manifattur tal-vettura. Jekk iċ-ċinturin huwa mgħammar b'apparat ta’ aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli bħalma huwa ddefinit fil-paragrafu 2.9.6 t'aktar 'il fuq, il-pożizzjoni tal-apparat u l-mezz biex jintrabat sew għandhom ikunu l-istess bħal dawk tad-disinn tal-vettura.

F'dak il-każ, meta jitwettaq it-test dinamiku għal tip ta’ vettura mhemmx għalfejn jiġi ripetut għal tipi oħra ta’ vettura fejn kull punt ta’ ankraġġ huwa inqas minn 50 mm 'il bogħod mill-punt ta’ ankraġġ korrispondenti taċ-ċinturin ittestjat. Alternattivament, il-manifatturi jistgħu jiddeterminaw pożizzjonijiet ta’ ankraġġ ipotetiċi għall-ittestjar sabiex ikun magħluq in-numru massimu tal-punti ta’ ankraġġ reali.

7.7.1.1.   Fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin li tifforma parti minn montatura li għaliha hija mitluba l-approvazzjoni tat-tip bħala sistema ta’ trażżin, iċ-ċinturin tas-sigurtà għandu jiġi mmontat jew kif muri fil-paragrafu 7.7.1 jew fuq il-parti mill-istruttura tal-vettura li magħha normalment titwaħħal is-sistema ta’ trażżin u din il-parti għandha titwaħħal b'mod riġidu mat-troli tat-test bil-mod provdut fil-paragrafi 7.7.1.2 sa 7.7.1.6.

Fil-każ ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin b'apparati ta’ qabel it-tagħbija li jistrieħu fuq il-partijiet komponenti għajr dawk li huma inkorporati fil-montatura taċ-ċinturin infisha, il-montatura taċ-ċinturin għandha tiġi mmontata flimkien mal-partijiet addizzjonali meħtieġa tal-vettura fuq it-troli tat-test bil-mod provdut fil-paragrafi 7.7.1.2 sa 7.7.1.6.

Alternattivament, fil-każ fejn dawk l-apparati ma jistgħux jiġu ttestjati fuq it-troli tat-test, permezz ta’ test konvenzjonali ta’ impatt frontali b'50 km/siegħa skont il-proċedura ISO 3560 (1975), il-manifattur jista' juri li l-apparat jikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament.

7.7.1.2.   Il-metodu użat biex tintrabat sew il-vettura matul it-test m'għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi tas-sits jew iċ-ċinturini tas-sigurtà jew inaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura. M'għandha tkun preżenti l-ebda parti 'l quddiem tal-vettura li billi jkun limitat il-moviment 'il quddiem tal-manikin, ħlief tas-sieq, għandha tnaqqas it-tagħbija imposta fuq is-sistema ta’ trażżin matul it-test. Il-partijiet tal-istruttura eliminati jistgħu jiġu sostitwiti b'partijiet ta’ saħħa ekwivalenti sakemm ma jfixklux il-moviment 'il quddiem tal-manikin.

7.7.1.3.   Apparat li jorbot sew għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk ma jipproduċi l-ebda effett fuq erja li testendi tul il-wisa' kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura hija mblukkata jew iffissata fuq quddiem f'distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ tas-sistema ta’ trażżin. Fuq wara, l-istruttura għandha tintrabat sew f'distanza suffiċjenti lura tal-ankraġġi sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.7.1.2 t'aktar 'il fuq jiġu sodisfatti.

7.7.1.4.   Is-sits tal-vettura għandhom jitwaħħlu u għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni għas-sewqan magħżula mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni sabiex jingħataw l-aktar kondizzjonijiet avversi rigward is-saħħa, kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjonijiet tas-sits għandhom ikunu ddikjarati fir-rapport. Id-dahar tas-sit, jekk huwa aġġustabbli għall-inklinazzjoni, għandu jissakkar kif ġie speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għal angolu tad-dahar tas-sit effettiv kemm jista' jkun qrib tal-25° fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u kemm jista' jkun qrib il-15° fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha.

7.7.1.5.   Għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti fil-paragrafu 6.4.1.4.1, is-sit għandu jitqies fil-pożizzjoni l-aktar 'il quddiem tas-sewqan jew tal-ivvjaġġar li hija adattata għad-dimensjonijiet tal-manikin.

7.7.1.6.   Is-sits kollha ta’ kwalunkwe grupp ta’ sits għandhom jiġu ttestjati fl-istess ħin.

7.7.1.7.   It-testijiet dinamiċi tas-sistema taċ-ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq għandhom jitwettqu mingħajr iċ-ċinga ta’ bejn il-koxox (montatura), jekk hemm waħda.

7.7.2.   Il-montatura taċ-ċinturin għandha titwaħħal mal-manikin fl-Anness 7 għal dan ir-Regolament kif ġej: bord oħxon 25 mm għandu jitqiegħed bejn id-dahar tal-manikin u d-dahar tas-sit. Iċ-ċinturin għandu jiġi aġġustat sew mal-manikin. Il-bord imbagħad għandu jitneħħa sabiex it-tul kollu ta’ daharu ikun f'kuntatt mad-dahar tas-sit. Għandu jsir kontroll biex ikun żgurat li l-mod kif iż-żewġ partijiet tal-bokkla jidħlu f'xulxin ma jinvolvi l-ebda riskju li jitnaqqas kemm wieħed jista' jistrieħ fuq is-sokra.

7.7.3.   It-truf ħielsa taċ-ċineg għandhom jestendu biżżejjed lil hinn mill-apparati ta’ aġġustament biex wieħed jaħseb għaż-żliq.

7.7.4.   Mekkaniżmi ta’ deċellerazzjoni jew aċċellerazzjoni

L-applikant għandu jagħżel li juża wieħed minn dawn iż-żewġ mekkaniżmi:

7.7.4.1.   Il-mekkaniżmu tat-test tad-deċellerazzjoni

It-troli għandu jiġi mbuttat b'tali mod li fil-mument tal-impatt il-veloċità tal-ġiri ħieles tiegħu hija ta’ 50 km/h ± 1 km/h u l-manikin jibqa' stabbli. Id-distanza tal-waqfien tat-troli għandha tkun 40 cm ± 5 cm. It-troli għandu jibqa' orizzontali waqt id-deċellerazzjoni. Id-deċellerazzjoni tat-troli għandha tinkiseb billi jintuża l-apparat deskritt fl-Anness 6 għal dan ir-Regolament jew kwalunkwe apparat eiħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkun konformi mal-prestazzjoni speċifikata hawnhekk:

Il-kurva tad-deċellerazzjoni tat-troli mgħobbi b'massa li ma tiċċaqlaqx biex tkun prodotta massa totali ta’ 455 kg ± 20 kg għat-testijiet taċ-ċinturini tas-sigurtà u ta'910 kg ± 40 kg għat-testijiet tas-sistemi ta’ trażżin fejn il-massa nominali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura hija ta’ 800 kg trid tibqa' fl-erja skura tal-graff fl-Anness 8. Jekk ikun meħtieġ, il-massa nominali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura mqabbda miegħu tista' tiġi miżjuda b'inkrementi ta’ 200 kg, f'liema każ, għandha tiġi miżjuda massa li ma tiċċaqlaqx addizzjonali ta’ 28 kg għal kull inkrement. Fl-ebda każ, il-massa totali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura u l-mases li ma jiċċaqalqux m'għandhom ivarjaw mill-valur normali għat-testijiet ta’ kalibrazzjoni b'aktar minn ± 40 kg. Matul il-kalibrazzjoni tal-apparat li jwaqqaf, il-veloċità tat-troli għandha tkun ta’ 50 km/h ± 1 km/h u d-distanza tal-waqfien għandha tkun ta’ 40 cm ± 2 cm.

7.7.4.2.   Il-mekkaniżmu tat-test tal-aċċellerazzjoni

It-troli għandu jingħata propulsjoni sabiex il-bidla totali tal-veloċità tkun ΔV is Formula km/h. It-troli għandu jibqa' orizzontali matul l-aċċellerazzjoni. L-aċċellerazzjoni tat-troli għandha tintlaħaq bl-użu tal-apparat konformi mal-prestazzjoni msemmija hawnhekk:

Il-kurva tal-aċċellerazzjoni tat-troli, mgħobbija b'massa inerta, għandha tibqa' fil-parti skura tal-graff fl-Anness 8, u tibqa' 'l fuq mis-segment definit mill-koordinati 10 g, 5 ms u 20 g, 10 ms. Il-bidu tal-impatt (T0) huwa definit, skont ISO 17 373 (2005) għal livell ta’ aċċellerazzjoni ta’ 0.5 g. Il-massa totali tat-troli u l-istruttura tal-vettura u l-mases interti fl-ebda każ ma għandhom ikunu differenti mill-valur nominali għat-testijiet tal-kalibrar b'iktar minn ± 40 kg. Waqt l-ikkalibrar tat-tagħmir tat-test tal-aċċellerazzjoni, il-bidla totali tal-veloċità tat-troli ΔV għandha tkun Formula km/h.

Minkejja t-twettiq tar-rekwiżiti ta’ hawn fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża massa ta’ troli (mgħammra bis-sit tagħha), kif speċifikat fil-paragrafu 1 tal-Anness 6, ikbar minn 380 kg.

7.7.5.   Il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt (għat-trolis tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tat-twaqqif) għandhom jitkejlu l-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-troli, l-ispostament 'il quddiem tal-manikin u l-veloċità tas-sider bi spostament ta’ 300 mm tas-sider.

Il-bidla tal-veloċità tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni tal-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni rrekordjata tat-troli.

Id-distanza biex jinkisbu l-ewwel Formula km/h tal-bidla tal-veloċità tat-troli tista tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rrekordjata tat-troli.

7.7.6.   Wara l-impatt, il-montatura taċ-ċinturin jew is-sistema ta’ trażżin u l-partijiet riġidi tagħha, għandhom jiġu spezzjonati b'mod viżwali, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm kwalunkwe ħsara jew ksur. Fil-każ tas-sistemi ta’ trażżin, wara t-test, għandu jiġi aċċertat ukoll jekk il-partijiet tal-istruttura tal-vettura li huma mwaħħla mat-troli għaddewx minn kwalunkwe deformazzjoni permanent viżibbli. Jekk hemm kwalunkwe deformazzjoni ta’ din ix-xorta, din għandha titqies fi kwalunkwe kalkolu li jsir skont il-paragrafu 6.4.1.4.1.

7.7.7.   Madankollu, jekk it-testijiet saru b'veloċità ogħla u/jew il-kurva tal-aċċellerazzjoni qabżet il-livell massimu tal-parti skura u ċ-ċinturin tas-sigurtà jissodisfa r-rekwiżiti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

7.8.   It-test tal-ftuħ tal-bokkla

7.8.1.   Għal dan it-test, għandhom jintużaw il-montaturi taċ-ċinturin jew l-apparati ta’ trażżin li diġà għaddew minn test dinamiku skont il-paragrafu 7.7 t'aktar 'il fuq.

7.8.2.   Il-montatura taċ-ċinturin għandha titneħħa mit-troli tat-test mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Għandha tiġi applikata tagħbija lill-bokkla permezz ta’ trazzjoni diretta permezz taċ-ċineg marbuta magħha sabiex iċ-ċineg kollha jkunu soġġetti għal forza ta’ FormuladaN. (Huwa mifhum li n huwa n-numru taċ-ċineg mqabbda mal-bokkla meta tkun f'pożizzjoni msakkra.) Fil-każ fejn il-bokkla hija mqabbda ma’ parti riġida, it-tagħbija għandha tiġi applikata bl-istess angolu bħal dak ifformat mill-bokkla u t-tarf riġidu matul it-test dinamiku. Għandha tiġi applikata tagħbija b'veloċità ta’ 400 ± 20 mm/min liċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna li tiftaħ il-bokkla tul l-assi fiss li jimxi b'mod parallel għad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna. Matul l-applikazzjoni tal-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla, il-bokkla għandha tinżamm minn appoġġ riġidu. It-tagħbija kkwotata aktar 'il fuq m'għandhiex teċċedi l-limitu indikat fil-paragrafu 6.2.2.5 t'aktar 'il fuq. Il-punt ta’ kuntatt tal-apparat tat-test għandu jkun sferiku fil-forma b'radju ta’ 2,5 mm + 0,1 mm. Għandu jkollu superfiċje tal-metall illostrata.

7.8.3.   Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha tkun imkejla u kwalunkwe ħsara tal-bokkla nnotata.

7.8.4.   Wara t-test tal-ftuħ tal-bokkla, il-komponenti tal-montatura taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ trażżin li għaddew mit-testijiet provduti fil-paragrafu 7.7 t'aktar 'il fuq għandhom jiġu spezzjonati u l-grad ta’ ħsara sostnut mill-montatura taċ-ċinturin jew mill-apparat ta’ trażżin matul it-test dinamiku għandu jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test.

7.9.   It-testijiet addizzjonali fuq iċ-ċinturini tas-sigurtà b'apparati ta’ qabel it-tagħbija

7.9.1.   L-ikkondizzjonar

L-apparat ta’ qabel it-tagħbija jista' jiġi sseparat miċ-ċinturin tas-sigurtà biex jiġi ttestjat u miżmum għal 24 siegħa f'temperatura ta’ 60° + 5 °C. It-temperatura mbagħad għandha tittella' għal 100° + 5 °C għal sagħtejn. Wara, għandu jinżamm għal 24 siegħa f'temperatura ta’ –30° + 5 °C. Wara li jitneħħa mill-ikkondizzjonar, l-apparat għandu jisħon għat-temperatura tal-ambjent. Jekk ikun ġie separat għandu jerġa' jiġi mwaħħal maċ-ċinturin tas-sigurtà.”

7.10.   Ir-rapport tat-test

7.10.1.   Ir-rapport tat-test għandu jirreġistra:

(a)

ir-riżultati tat-testijiet kollha fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq u partikolarment:

(b)

it-tip ta’ apparat użat għat-test (l-apparat tal-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni);

(c)

il-bidla totali tal-veloċità;

(d)

il-veloċità tat-troli immedjatament qabel l-impatt biss għat-trolis tad-deċellerazzjoni;

(e)

il-kurva tal-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni matul il-bidla tal-veloċità tat-troli;

(f)

l-ispostament massimu 'l quddiem tal-manikin;

(g)

il-post — jekk jista' jinbidel — okkupat mill-bokkla matul it-test;

(h)

il-forza tal-ftuħ tal-bokkla;

(i)

kull falliment jew ksur.

Jekk minħabba l-paragrafu 7.7.1 l-ankraġġi provduti fl-Anness 6 ma’ dan ir-Regolament ma ġewx rispettati, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi kif il-montatura taċ-ċinturin jew is-sistema ta’ trażżin kienet installata u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti.

8.   IR-REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW L-INSTALLAZZJONI FIL-VETTURA

8.1.   Tagħmir taċ-ċinturin tas-sigurtà u s-sistemi tat-trażżin

8.1.1.   Bl-eċċezzjoni tas-sits intiżi biss għall-użu meta l-vettura tkun wieqfa, is-sits tal-vetturi tal-kategoriji M1, M2 (tal-Klassi III jew B), M3 (tal-Klassi III jew B) u N għandhom ikunu mgħammra biċ-ċintorini tas-sigurtà jew is-sistemi tat-trażżin li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jitolbu l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà fuq vetturi M2 u M3 tal-Klassi II.

Meta jkunu ffittjati, iċ-ċinturini tas-sigurtà u/jew is-sistemi tat-trażżin f'vetturi tal-Klassi I, II jew A li jagħmlu parti mill-kategorija M2 jew M3 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, skont il-liġi nazzjonali, jippermettu l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà jew tas-sistemi tat-trażżin li ma jkunux dawk koperti minn dan ir-Regolament sakemm ikunu intiżi għal persuni b'diżabilità.

Is-sistemi tat-trażżin li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness 8 tas-serje 02 ta’ emendi għar-Regolament Nru 107 mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Vetturi tal-Klassi I, jew A li jagħmlu parti mill-kategorija M2 jew M3 jistgħu jiġu ffittjati b'ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi tat-trażżin konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

8.1.2.   It-tipi ta’ ċinturini tas-sigurtà jew ta’ sistemi ta’ trażżin għal kull pożizzjoni bilqiegħda fejn hija meħtieġa l-installazzjoni għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness 16 (li magħhom la jistgħu jintużaw la l-apparati li jiġbdu lura li ma jissakkrux (il-paragrafu 2.14.1) u lanqas l-apparat li jiġbed li jinfetaħ b'mod manwali (il-paragrafu 2.14.2)). Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda kollha fejn fl-Anness 16 jiġu speċifikati ċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor tat-tip B, jiġu permessi ċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor tat-tip Br3 ħlief fil-każ li, waqt l-użu, jinġibdu lura sa tali punt li jnaqqsu ferm il-kumdità wara li jinqaflu bil-bokkla b'mod normali.

8.1.2.1.   Madankollu, għal pożizzjonijiet bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra, għajr dawk fuq quddiem, ta’ vetturi tal-kategorija N1 murija fl-Anness 16 u mmarkati bis-simbolu Ø, l-installazzjoni ta’ ċinturin ta’ fuq il-ħoġor Br4 m jew Br4Nm hija permessa, fejn jeżisti passaġġ bejn is-sit u l-eqreb naħa tal-ħajt tal-vettura maħsub biex jippermetti l-aċċess lill-passiġġieri għal partijiet oħra tal-vettura. Spazju bejn sit u l-ħajt tal-ġenb jitqies passaġġ, jekk id-distanza bejn dak il-ħajt tal-ġenb, bil-bibien kollha magħluqa, u pjan lonġitudinali vertikali li jgħaddi bejn il-linja ċentrali tas-sit ikkonċernat – imkejjel fil-pożizzjoni tal-punt R u b'mod perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura – ikun iktar minn 50 mm.

8.1.3.   Fejn mhu meħtieġ l-ebda ċinturin tas-sigurtà, jista' jkun provdut kwalunkwe tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament skont l-għażla tal-manifattur. Ċinturini tat-tip A tat-tipi permessi fl-Anness 16 jistgħu jiġu provduti bħala alternattiva għaċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor għal dawk il-pożizzjonijiet bilqiegħda fejn iċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor jiġu speċifikati fl-Anness 16.

8.1.4.   Fuq iċ-ċinturini bi tliet ponot mgħammra b'apparati li jiġbdu lura, apparat li jiġbed lura wieħed irid jaħdem mill-inqas fuq iċ-ċinga dijagonali.

8.1.5.   Ħlief għall-vetturi tal-kategorija M1, jista' jiġi permess apparat li jiġbed lura li jissakkar f'emerġenza tat-tip 4N (il-paragrafu 2.14.5) minflok apparat li jiġbed lura tat-tip 4 (il-paragrafu 2.14.4) fejn intwera għas-sodisfazzjon tas-servizzi responsabbli għat-testijiet li ma jkunx prattiku li jitwaħħal apparat li jiġbed lura tat-tip 4.

8.1.6.   Għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ quddiem fuq in-naħa ta’ barra u ta’ quddiem fin-nofs murija fl-Anness 16 u mmarkati bis-simbolu *, iċ-ċinturini ta’ fuq il-ħoġor tat-tip speċifikat f'dak l-Anness għandhom jitqiesu adegwati fejn il-windskrin jinsab barra ż-żona ta’ referenza ddefinita fl-Anness 1 għar-Regolament Nru 21.

Rigward iċ-ċinturini tas-sigurtà, il-windskrin jitqies bħala parti miż-żona ta’ referenza meta kapaċi jidħol f'kuntatt statiku mal-apparat tat-test skont il-metodu deskritt fl-Anness 1 għar-Regolament Nru 21.

8.1.7.   Kull pożizzjoni bilqiegħda fl-Anness 16 immarkata bis-simbolu ·, għandhom ikunu provduti ċinturini bi tliet ponot ta’ tip speċifikat fl-Anness 16 ħlief jekk waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun sodisfatta, f'liema każ jistgħu jkun provduti ċinturini b'żewġ ponot ta’ tip speċifikat fl-Anness 16.

8.1.7.1.   Hemm sit jew partijiet oħra mill-vettura li jikkonforma mal-paragrafu 3.5 tal-Appendiċi 1 għar-Regolament Nru 80 direttament quddiem, jew

8.1.7.2.   L-ebda parti mill-vettura hija fi jew, meta l-vettura tkun miexja, kapaċi li tkun fiż-żona ta’ referenza, jew

8.1.7.3.   Partijiet mill-vettura fiż-żona ta’ referenza msemmija jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-assorbiment tal-enerġija stabbiliti fl-Appendiċi 6 għar-Regolment Nru 80.

8.1.8.   Bl-eċċezzjoni tal-każ kopert mill-paragrafu 8.1.9, kull pożizzjoni bilqiegħda għal passiġġier li hija mgħammra b'airbag għandha tkun provduta bi twissija kontra l-użu ta’ trażżin għat-tfal li jħares lura f'dik il-pożizzjoni bilqiegħda. It-tikketta tat-twissija, fil-forma ta’ piktogramma li tista' tinkludi test spjegattiv, għandha titwaħħal b'mod li ddum u għandha tkun f'post tali li hija faċilment viżibbli quddiem persuna li tkun se tinstalla trażżin għat-tfal li jħares lura fuq is-sit ikkonċernat. Eżempju ta’ disinn possibbli ta’ piktogramma jintwera fil-Figura 1. Referenza permanenti għandha tkun viżibbli f'kull ħin, f'każ li t-twissija ma tkunx viżibbli meta l-bieb ikun magħluq.

Figura 1

Image

Il-kuluri:

(a)

il-piktogramma hija ħamra

(b)

is-sit, is-sit tat-tfal u l-linja ta’ kontorn tal-airbag huma suwed;

(c)

il-kelma airbag kif ukoll l-airbag huma bojod.

8.1.9.   Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.8 m'għandhomx japplikaw jekk il-vettura hija mgħammra b'mekkaniżmu li jħoss awtomatikament il-preżenza ta’ kwalunkwe trażżin għat-tfal li jħares lura, u jiżgura li l-airbag mhux se jintuża meta titwaħħal sistema tat-trażżin għat-tfal ta’ din ix-xorta.

8.1.10.   Fil-każ ta’ sits li kapaċi jiddawru jew jitqiegħdu f'orjentazzjonijiet oħra, iddisinjati biex jintużaw meta l-vettura tkun wieqfa, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.1 għandhom japplikaw biss għal dawk l-orjentazzjonijiet li huma maħsuba għal użu normali meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa fi triq, skont dan ir-Regolament.

8.2.   Ir-rekwiżiti ġenerali

8.2.1.   Ċinturini tas-sigurtà, sistemi ta’ trażżin, u sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal skont it-tabella 2 tal-Anness 17 – Appendiċi 3, għandhom jitwaħħlu ma’ ankraġġi konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament Nru 14, bħad-disinn u l-karatteristiċi dimensjonali, l-għadd ta’ ankraġġi, u r-rekwiżiti ta’ saħħa.

8.2.2.   Iċ-ċinturini tas-sigurtà, sistemi ta’ trażżin, u sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal irrakkomandati mill-manifattur skont it-tabelli 1 u 2 tal-Anness 17 – Appendiċi 3, għandhom jiġu installati b'tali mod li jaħdmu b'mod sodisfaċenti u jnaqqsu r-riskju ta’ korrimenti fiżiċi fil-każ ta’ aċċidenti. B'mod partikolari, għadhom jiġu installati b'tali mod li:

8.2.2.1.

Iċ-ċineg ma jkunux jistgħu jassumu konfigurazzjoni perikoluża;

8.2.2.2.

Il-periklu li ċinturin imqiegħed f'pożizzjoni korretta jiżloq minn fuq l-ispalla ta’ min jilbsu minħabba l-moviment 'il quddiem tiegħu/tagħha jitnaqqas għal minimu.

8.2.2.3.

Ir-riskju li ċ-ċinga tiddeterjora permezz ta’ kuntatt mal-partijiet bil-ponta tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit, is-sistemi ta’ trażżin tat-tfal jew is-sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal irrakkomandati mill-manifattur skont it-tabelli 1 u 2 tal-Anness 17 – Appendiċi 3, jitnaqqas għal minimu.

8.2.2.4.

Id-disinn u l-installazzjoni ta’ kull ċinturin tas-sigurtà provdut għal kull pożizzjoni bilqiegħda għandhom ikunu tali li jkunu disponibbli malajr għall-użu. Barra minn hekk, fejn is-sit komplut jew il-kuxxin tas-sit u/jew id-dahar tas-sit jistgħu jintlewew sabiex ikun hemm aċċess għall-parti ta’ wara tal-vettura jew għall-oġġetti jew għall-kompartiment tal-bagalji, wara li dawk is-sits jintlewew u jitreġġgħu għall-pożizzjoni bilqiegħda, iċ-ċinturini tas-sigurtà provduti għal dawk is-sits għandhom ikunu aċċessibbli għall-użu jew jistgħu jiġu rkuprati faċilment minn taħt jew minn wara s-sit, minn persuna waħda, skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tal-utent tal-vettura, mingħajr ma jkun hemm għalfejn li dik il-persuna tingħata taħriġ jew tkun ipprattikat.

8.2.2.5.

Is-Servizz Tekniku għandu jivverifika li, bl-ilsien tal-bokkla mdaħħal fil-bokkla:

8.2.2.5.1.

Il-parti laxka possibbli fiċ-ċinturin ma tipprevjenix l-installazzjoni korretta tas-sistemi ta’ trażżin għat-tfal irrakkomandata mill-manifattur, u

8.2.2.5.2.

fil-każ ta’ ċinturini bi tliet ponot, fit-taqsima ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin tista' tiġi stabbilita tensjoni ta’ mill-inqas 50 N permezz tal-applikazzjoni esterna tat-tensjoni fit-taqsima dijagonali taċ-ċinturin, meta ppożizzjonat:

(a)

fuq manikin ta’ 10 snin kif speċifikat fl-Anness 8, l-Appendiċi 1 tar-Regolament Nru 44 u stipulat skont l-Anness 17, l-Appendiċi 4 tar-Regolament preżenti;

(b)

jew fuq il-fixture speċifikata fl-Anness 17, il-figura 1 tar-Regolament preżenti għas-sits li jippermettu l-installazzjoni ta’ apparat tat-trażżin tat-tfal ta’ kategorija universali.

8.3.   Ir-rekwiżiti speċjali għall-partijiet riġidi inkorporati fiċ-ċinturini tas-sigurtà jew fis-sistemi ta’ trażżin

8.3.1.   Il-partijiet riġidi, bħall-bokkli, l-apparati ta’ aġġustament u ż-żjidiet, m'għandhomx iżidu r-riskju ta’ feriment fiżiku għal min jilbishom jew għall-okkupanti l-oħra tal-vettura fil-każ ta’ aċċident.

8.3.2.   L-apparat biex tinfetaħ il-bokkla għandu jkun viżibbli b'mod ċar għal min jilbsu u li jista' jintlaħaq faċilment u għandu jkun iddisinjat b'tali mod li ma jistax jinfetaħ b'mod involontarju jew aċċidentali. Il-bokkla wkoll għandha tinstab f'tali pożizzjoni li tkun faċilment aċċessibbli għal persuna li jkollha l-ħtieġa li teħles lil min jilbisha biex issalvah f'każ ta’ emerġenza.

Il-bokkla għandha tkun installata b'tali mod li, kemm meta ma tkunx mgħobbija u kemm meta tkun qed issostni l-massa ta’ min jilbisha, tkun kapaċi tinfetaħ minn min jilbisha b'moviment wieħed sempliċi ta’ kwalunkwe waħda mill-idejn f'direzzjoni waħda.

Fil-każ ta’ ċinturini tas-sigurtà jew ta’ sistemi ta’ trażżin għal pożizzjonijiet bilqiegħda fuq quddiem fuq in-naħa ta’ barra, ħlief jekk dawn huma ċinturini biex jikkontrollaw iċ-ċaqliq, il-bokkla għandha tkun ukoll kapaċi li tissakkar bl-istess mod.

Għandu jsir kontroll biex ikun żgurat li, jekk il-bokkla tkun f'kuntatt ma’ min jilbisha, il-wisa' tas-superfiċje ta’ kuntatt ma tkunx inqas minn 46 mm.

Għandu jsir kontroll biex ikun żgurat li, jekk il-bokkla tkun f'kuntatt ma’ min jilbisha, is-superfiċje ta’ kuntatt tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.1 ta’ dan ir-Regolament.

8.3.3.   Meta dan iċ-ċinturin ikun qed jintlibes, għandu jew jaġġusta awtomatikament biex joqgħod sew lil min jilbsu jew ikun iddisinjat b'tali mod li l-apparat ta’ aġġustament manwali jkun aċċessibbli malajr għal min jilbsu meta jkun bilqiegħda u jkun konvenjenti u faċli biex jintuża. Għandu wkoll ikun possibbli li jiġi ssikkat b'id waħda biex jiġi adattat għall-binja ta’ ġisem min jilbsu u għall-pożizzjoni tas-sit tal-vettura.

8.3.4.   Iċ-ċinturini tas-sigurtà jew is-sistemi ta’ trażżin li jinkorporaw l-apparati li jiġbdu lura għandhom ikunu installati b'tali mod li l-apparati li jiġbdu lura ikunu jistgħu jaħdmu b'mod korrett u jippustjaw iċ-ċinga b'mod effiċjenti.

8.3.5.   Sabiex l-utent(i) tal-vettura ikun(u) informat(i) bid-dispożizzjonijiet li saru għat-trasport tat-tfal, il-vetturi tal-kategoriji M1, M2, M3 u N1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-Anness 17. Kwalunkwe vettura tal-kategorija M1 għandha tiġi mgħammra b'pożizzjonijiet ISOFIX, skont il-preskrizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 14.

L-ewwel pożizzjoni ISOFIX għandha tippermetti għallinqas l-installazzjoni ta’ wieħed mit-tliet fixtures li jħarsu 'l quddiem kif definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17; it-tieni pożizzjoni ISOFIX għandha tippermetti għallinqas l-installazzjoni ta’ wieħed mit-tliet fixtures li jħarsu lura kif definit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 17; Għal din it-tieni pożizzjoni ISOFIX, fil-każ fejn l-installazzjoni tal-fixture li tħares lura ma tkunx possibbli fit-tieni ringiela ta’ sits tal-vettura minħabba d-disinn tagħha, l-installazzjoni ta’ wieħed mis-sitt fixtures tkun permessa fi kwalunkwe pożizzjoni fil-vettura.

8.4.   Tagħmir tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà.

8.4.1.   Il-pożizzjoni tas-sewwieq tal-vetturi tal-kategorija MB1 għandha tkun mgħammra bi tfakkira taċ-ċinturini tas-sigurtà li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Meta l-manifattur tal-vettura jipprovdi sistema ta’ tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà fuq is-sit tas-sewwieq f'kategorija oħra ta’ vettura, is-sistema ta’ tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà tista' tiġi approvata skont dan ir-Regolament (8).

8.4.1.1.   Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jippermettu d-deattivazzjoni tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà sakemm din id-deattivazzjoni tkun tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.4.2.6.

8.4.2.   It-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà.

8.4.2.1.   Ir-rekwiżiti ġenerali.

8.4.2.1.1.   It-twissija viżiva għandha tkun tinsab f'post fejn tidher faċilment u tingħaraf fid-dawl tal-jum mis-sewwieq u tkun distinta mit-twissijiet l-oħra. Meta s-sinjal viżiv juża l-kulur aħmar, għandu juża simbolu skont il-punt 21 fit-tabella 1 tar-Regolament KEE Nru 121.

Image (il-punt K.01 — ISO 2575:2000) jew, Image

8.4.2.1.2.   It-twissija viżiva għandha tkun permezz ta’ sinjal kontinwu jew intermittenti.

8.4.2.1.3.   It-twissija akustika għandha tkun sinjal akustiku kontinwu jew intermittenti jew b'informazzjoni vokali. Meta tintuża informazzjoni vokali, il-manifattur għandu jiżgura li t-twissija tuża l-lingwa tas-suq fejn tinbiegħ il-vettura. Din it-twissija akustika tista' tkun tinkludi iktar minn pass wieħed.

8.4.2.1.4.   It-twissija akustika għandha tingħaraf faċilment mis-sewwieq.

8.4.2.2.   It-twissija tal-ewwel livell għandu jkun fiha għall-inqas twissija viżiva attivata għal 4 sekondi jew iktar meta ċ-ċinturin tas-sigurtà ma jkunx maqful u s-swiċċ tal-ignixin ikun attivat.

8.4.2.3.   L-attivazzjoni tat-twissija tal-ewwel livell għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura tat-test definita fl-Anness 18, il-paragrafu 1.

8.4.2.4.   It-twissija tat-tieni livell għandha tkun sinjal viżiv u akustiku attivat għal 30 sekonda jew iktar ħlief fil-każijiet fejn it-twissija tieqaf għal iktar minn 3 sekondi meta ċ-ċinturin tas-sigurtà ma jkunx maqful, meta l-vettura tkun fi tħaddim normali u meta mill-inqas kundizzjoni waħda minn dawn (jew kwalunkwe taħlita ta’ dawn il-kundizzjonijiet, tkun sodisfatta:

8.4.2.4.1.

Id-distanza misjuqa tkun ikbar mid-distanza limitu. Il-limitu ma għandux ikun iktar minn 500 m. Id-distanza li l-vettura ma tkunx fi tħaddim normali għandha tiġi eskluża.

8.4.2.4.2.

Il-veloċità tkun ikbar mil-limitu tal-veloċità. Il-limitu ma għandux jaqbeż il-25 km/h.

8.4.2.4.3.

It-tul ta’ ħin (bil-magna taħdem) ikun ikbar mit-tul ta’ ħin limitu. Il-limitu ma għandux jaqbeż is-60 sekonda. It-tul tat-twissija tal-ewwel livell u t-tul tal-ħin li vettura ma tkunx qed titħaddem normalment għandhom jiġu esklużi.

8.4.2.5.   L-attivazzjoni tat-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-proċedura tat-test definita fl-Anness 18, il-paragrafu 2.

8.4.2.6.   It-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà tista' tiġi ddiżinjata biex tippermetti d-deattivazzjoni.

8.4.2.6.1.   Fil-każ li tiġi pprovduta deattivazzjoni qasira, id-deattivazzjoni tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà għandha tkun iktar diffiċli milli sempliċement il-qfil taċ-ċinturin tas-sigurtà.

8.4.2.6.2.   Fil-każ li tiġi pprovduta faċilità għal deattivazzjoni fit-tul, din għandha tkun tirrikjedi sekwenza ta’ operazzjonijiet biex tiġi deattivata, u li jkunu mogħtija fid-dettall biss fil-manwal tekniku tal-manifattur u/jew li jirrikjedu l-użu ta’ għodod (mekkaniċi, elettriċi, diġitali, eċċ.) li ma jingħatawx mal-vettura.

9.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

9.1.

Kull tip ta’ vettura jew ċinturin ta’ sigurtà jew sistema ta’ trażżin approvat skont dan ir-Regolament għandu jkun immanifatturat b'tali mod li jikkonforma mat-tip approvat billi jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6, 7 u 8 t'aktar 'il fuq.

9.2.

Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 14 ma’ dan ir-Regolament.

9.3.

L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip fi kwalunkwe żmien tista' tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darbtejn f'sena.

10.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija rigward vettura jew tip ta’ ċinturin jew ta’ sistema ta’ trażżin tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 9.1 t'aktar 'il fuq, jew jekk iċ-ċinturin(i) tas-sigurtà jew is-sistema(i) ta’ trażżin magħżul(a) ma jirnexxilux(jirnexxilhomx) jgħaddi(u) mill-kontrolli provduti fil-paragrafu 9.2 t'aktar 'il fuq.

10.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 A jew fl-Anness 1B għal dan ir-Regolament (kif ikun xieraq).

11.   IL-MODIFIKI U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA' VETTURA JEW GĦAT-TIP TA' ĊINTURIN TAS-SIGURTÀ JEW TA' SISTEMA TA' TRAŻŻIN

11.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura jew taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ trażżin jew tat-tnejn li huma għandha tkun innotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li approva t-tip ta'vettura jew it-tip ta’ ċinturin tas-sigurtà jew ta’ sistema ta’ trażżin. Id-dipartiment mbagħad jista' jew:

11.1.1.

Iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun x'ikun il-każ il-vettura jew iċ-ċinturin tas-sigurtà jew is-sistema ta’ trażżin għadha tikkonforma mar-rekwiżiti; jew

11.1.2.

Jeħtieġ rapport tat-test ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli milli jwettaq it-testijiet.

11.2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 11.1 t'aktar 'il fuq, varjant tal-vettura li l-massa tagħha meta tkun lesta biex taħdem hija inqas minn dik tal-vettura li ġiet soġġetta għat-test tal-approvazzjoni m'għandux jitqies bħala modifika tat-tip ta’ vettura.

11.3.   Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tkun ikkomunikata bil-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.2.3 jew 5.3.3 t'aktar 'il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

11.4.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b'dan lill-partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 A jew 1B ma’ dan ir-Regolament.

12.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura apparat approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 A jew 1B għal dan ir-Regolament.

13.   L-ISTRUZZJONIJIET

Fil-każ ta’ tip ta’ ċinturin tas-sigurtà provdut b'mod separat mill-vettura, l-istruzzjonijiet għall-ippakkjar u għall-installazzjoni jridu jiddikjaraw b'mod ċar it-tip(i) ta’ vettura li għalih(hom) huwa maħsub.

14.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U D-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li għandhom jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

15.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

15.1.   L-approvazzjonijiet tat-tip ta’ vettura

15.1.1.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet KEE skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.1.2.   Minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet ECE biss jekk ir-rekwiżiti tar-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 15 tas-serje 04 ta’ emendi jkunu sodisfatti.

15.1.3.   Minn seba' snin wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 15 mas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw approvazzjonijiet ECE li ma ngħatawx skont is-Suppliment 15 tas-serje 04 ta’ emendi ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, approvazzjonijiet eżistenti tal-kategoriji tal-vetturi minbarra M1 u li mhumiex affettwati bis-Suppliment 15 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

15.1.3.1.   Madanakollu, mill-1 ta’ Ottubru 2000, għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet KEE li ma ngħatawx skont is- Suppliment 8 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, jekk ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-paragrafu 8.3.5 u tal-Anness 17.

15.2.   L-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u t-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà

Dawn id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali japplikaw biss għall-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u t-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà fuq il-vetturi u ma jbiddlux il-marka taċ-ċinturin tas-sigurtà.

15.2.1.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet KEE skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.2.   Malli jiskadi perjodu ta’ 36 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ li tissemma fil-paragrafu 15.2.1 t'aktar 'il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjoni biss jekk it-tip ta’ vetturi jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.3.   Malli jiskadi perjoduta' 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ li tissemma fil-paragrafu 15.2.1 t'aktar 'il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 12 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

15.2.4.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 14 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet UNECE skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 14 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.5.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 16 għas-serje 04 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet KEE skont dan ir-Regolament kif ġie mmodifikat mis-Suppliment 16 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.6.   Malli jiskadi perjodu ta’ 36 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ li tissemma fil-paragrafu 15.2.4 t'aktar 'il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tipi ta’ vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 14 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.7.   Malli jiskadi perjoduta' 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ li tissemma fil-paragrafu 15.2.4 t'aktar 'il fuq, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet li ma ngħatawx skont is-Suppliment 14 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

15.2.8.   Wara s-16 ta’ Lulju 2006, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjoni biss jekk it-tip tal-vettura jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-Suppliment 16 għas-serje 04 ta’ emendi.

15.2.9.   Mis-16 ta’ Lulju 2001, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-approvazzjonijiet ta’ vetturi tal-kategorija N1 li ma ngħatawx skont is- Suppliment 16 għas-serje 04 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

15.2.10.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 05 ta’ emendi.

15.2.11.   Mit-18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament għandha tagħti approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 05 ta’ emendi.

15.2.12.   Minn 72 xahar wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi lil dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament ma għandhomx jibqgħu validi, ħlief fil-każ ta’ tipi ta’ vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 05 ta’ emendi.

15.2.13.   Minkejja l-paragrafu 15.2.12, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi minbarra M1 skont is-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 05 ta’ emendi marbuta mar-rekwiżiti dwar l-installazzjoni ta’ tfakkira għaċ-ċinturin tas-sigurtà, għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.

15.2.14.   Minkejja l-paragrafu 15.2.12, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi minbarra N2 u N3 skont is-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 05 ta’ emendi marbuta mar-rekwiżiti minimi għaċ-ċinturini tas-sigurtà u l-mekkaniżmi li jiġbdu lura fl-Anness 16, għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.

15.2.15.   Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi, l-approvazzjonijiet tal-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati skont is-serje preċedenti ta’ emendi lir-regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom u ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni skont is-serje 04 ta’ emendi lil dan ir-Regolament.

15.2.16.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta’ dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 05 ta’ emendi, mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li ngħataw skont kwalunkwe waħda mis-serje preċedenti ta’ emendi lil dan ir-Regolament.

15.2.17.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet ECE skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 06 ta’ emendi.

15.2.18.   Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet KEE biss jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 06 ta’ emendi.

15.2.19.   Minn 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu approvazzjonijiet li ma jkunux ingħataw skont is-serje 06 ta’ emendi lil dan ir-Regolament.

15.2.20.   Anki wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 06 ta’ emendi, l-approvazzjonijiet tal-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati skont is-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom, u l-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni skont is-serje 05 ta’ emendi.

15.2.21.   Minkejja l-paragrafi 15.2.18 u 15.2.19, l-approvazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi skont is-serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 06 ta’ emendi għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

15.2.22.   Sakemm ma jkunx hemm rekwiżiti dwar it-twaħħil obbligatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà għas-sits li jintlewew fir-rekwiżiti nazzjonali tagħhom fil-waqt tal-adeżjoni tagħhom ma’ dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jkomplu jippermettu li ma jitwaħħlux għall-finijiet tal-approvazzjoni nazzjonali u, f'dan il-każ, dawn il-kategoriji ta’ kowċis ma jistax jingħatalhom approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.

15.2.23.   Ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet ECE ta’ komponenti skont serje preċedenti ta’ emendi lir-Regolament jekk iċ-ċinturini tas-sigurtà jkunu intiżi biex jiġu installati f'vetturi li jkunu ġew approvati qabel is-serje rispettiva ta’ emendi.


(1)  Vetturi tal-kategoriji M, N, O, LB2, LB4, LB5, LB6, LB7 u T 1/, dwar l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistema tat-trażżin li huma maħsuba għal użu separat, jiġifieri, bħala fittings individwali, minn persuni b’daqs ta’ adulti li jokkupaw is-sits ta’ li jħarsu ’l quddiem jew lura;

(2)  Skont l-obbligi tal-Ftehim li dan ir-Regolament hu anness miegħu, il-Ġappun ma għandux jinżamm milli jirrikjedi li l-vetturi tal-kategorija N1, li jingħataw approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament, jissodisfaw ir-rekwiżiti nazzjonali eżistenti tiegħu għat-tfakkiriet taċ-ċinturini tas-sigurtà.

(3)  Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Bini tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Amend.2, kif emendat l-aħħar bl-Emenda 4.

(4)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojta), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojta), 31 għall-Bosnja-Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojta), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojta), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojta), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojta), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonaijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha li jużaw is-simbolu ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojta), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina, 47 għall-Afrika t'Isfel, 48 għal New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malasja, 53 għat-Tajlandja, 54 u 55 (vojta), 56 għall-Montenegro, 57 (vojt) u 58 għat-Tuneżija. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lill-pajjiżi l-oħra fl-ordni kronoloġiku li fih jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim Li Jikkonċerna L-Adozzjoni Ta' Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi Għall-Vetturi motorizzati, Għal-apparat U Għall-Partijiet Li Jistgħu Jitwaħħlu U/Jew Jintużaw Fuq Vetturi Bir-Roti U L-Kondizzjonijiet Għall-Għarfien Reċiproku Tal-Approvazzjonijiet Mogħtija Fuq Il-Bażi Ta' Dawn Il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b'dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna għall-paragrafu 5.2.4.1.

(6)  g = 9.81 m/sP2.

(7)  It-test ma sarx għal?? b'ħajt tal-poliester b'tenaċità kbira billi dawn jitwessgħu bit-tagħbija. F'dak il-każ, il-wisa' mingħajr it-tagħbija għandha tkun ≥ 46 mm.

(*)  Ara l-paragrafu 7.4.1.6.4.3.

(8)  Filwaqt li r-rekwiżiti attwali għal tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà huma limitati għas-sit tas-sewwieq tal-vetturi tal-kategorija MB1B, huwa mifhum li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament se jiġi esetiż għal vetturi tal-kategoriji l-oħra u għal pożizzjonijiet ta’ sits oħra. B'għarfien tal-importanza tal-fatturi umani, it-twassil tal-istimoli tas-sewwieq, ir-rekwiżiti futuri tat-tfakkira taċ-ċinturin tas-sigurtà rikjesti minn dan ir-Regolament se jfittxu konverġenza armonizzata tas-sistemi ta’ twissija.


ANNESS 1A

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 1B

KOMUNIKAZZJONI

(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

1.   L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni tal-vettura li jikkonċernaw l-installazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà

Mudell A

(Ara l-paragrafu 5.2.4 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat, rigward iċ-ċinturini tas-sigurtà, ġie approvat fl-Olanda (E4) skont ir-Regolament Nru 16. In-nurmu tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 16 kif emendat mis-serje 06 ta’ emendi.

Mudell B

(Ara l-paragrafu 5.2.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura konċernat, ġie approvat fl-Olanda (E4) skont ir-Regolamenti Nri 16 u 52 (1). In-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 16 inkluda s-serje 06 ta’ emendi, u r-Regolament Nru 52, is-serje 01 ta’ emendi.

2.   L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni taċ-ċinturini tas-sigurtà (Ara l-paragrafu 5.3.5 ta’ dan ir-Regolament)

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuq l-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq huwa ċinturin bi tliet ponot (“A”), mgħammar b'apparat li jasorbixxi l-enerġija (“e”) u li ġie approvat fl-Olanda (E4) bin-numru 062439, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuq l-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq huwa ċinturin ta’ fuq il-ħoġor (“B”), mgħammar b'apparat li jiġbed lura tat-tip 4, b'sensittività multipla (m) u li ġie approvat fl-Olanda (E4) bin-numru 062489, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 04 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Note:

In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu(i) addizzjonali jridu jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u jew 'il fuq jew 'l isfel mill-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. In-numri tan-numru tal-approvazzjoni jridu jkunu fuq l-istess naħa tal-“E” u orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu(i) addizzjonali jridu jkunu dijametrikament opposti għan-numru tal-approvazzjoni. L-użu ta’ numri rumani bħala numri ta’ approvazzjoni għandu jkun evitata sabiex tkun ipprevenuta kwalunkwe konfużjoni ma’ simboli oħra.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuq l-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq huwa ċinturin ta’ tip speċjali (“S”), mgħammar b'apparat li jasorbixxi l-enerġija (“e”) u li ġie approvat fl-Olanda (E4) bin-numru 0622439, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuq l-marka tal-approvazzjoni t'hawn fuq huwa parti minn sistema ta’ trażżin (“Z”), huwa ċinturin ta’ tip speċjali (“S”) mgħammar b'apparat li jasorbixxi l-enerġija (“e”). Ġie approvat fl-Olanda (E4) bin-numru 0424391, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 04 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni.

Image

Iċ-ċinturin li għandu fuqu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip huwa ċinturin bi tliet ponot (“A”) b'apparat li jiġbed lura tat-tip 4N (“r4N”) b'sensittività multipla (“m”), li fir-rigward tiegħu l-approvazzjoni tat-tip ngħatat fl-Olanda (“E4”) bin-numru 062439, fejn ir-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni. Dan iċ-ċinturin m'għandux jitwaħħal fuq vetturi tal-kategorijia M1.

Image

Iċ-ċinturin tas-sigurtà li għandu fuqu din il-marka tal-approvazzjoni tat-tip huwa ċinturin bi tliet ponot (“A”) mgħammar b'apparat l jasorbixxi l-enerġija (“e”), li ġie approvat bħala li jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-paragrafu 6.4.1.3.3 ta’ dan ir-Regolament, u b'apparat li jiġbed lura tat-tip 4 (“r4”) b'sensittività multipla (“m”), li fir-rigward tiegħu l-approvazzjoni tat-tip ngħatat fl-Olanda (“E4”) bin-numru tal-approvazzjoni 062439. L-ewwel żewġ numri jindikaw li r-Regolament diġà kien jinkorpora s-serje 06 ta’ emendi fi żmien l-approvazzjoni. Dan iċ-ċinturin tas-sigurtà għandu jitwaħħal fuq vettura mgħammra b'airbag fil-pożizzjoni bilqiegħda mogħtija.


(1)  It-tieni numru qed jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

DIJAGRAMMA TA’ APPARAT LI JITTESTJA D-DURABILITÀ TA’ MEKKANIŻMU LI JIĠBED LURA

Image


ANNESS 4

DIJAGRAMMA TA' APPARAT BIEX TKUN ITTESTJATA S-SOKRA TA' APPARATI LI JIĠBDU LURA LI JISSAKKARU F'EMERĠENZA

Fil-figura jintwera apparat adattat u jikkonsisti f'cam bil-magna, bl-apparat li jsegwiha ikun imqabbad b'wajers ma’ troli żgħir immontat fuq mogħdija. Il-kombinazzjoni tad-disinn tal-cam u tal-veloċità tal-mutur hija tali li tagħti l-aċċellerazzjoni meħtieġa b'rata ta’ żjieda fl-aċċellerazzjoni kif ġie speċifikat fil-paragrafu 7.6.2.2 ta’ dan ir-Regolament u t-tefgħa hija rranġata biex tkun akbar mill-moviment massimu permess ta'l-istrixxi qabel is-sokra.

Fuq it-troli, jiġi mmontat karru li jista' jiddawwar biex l-apparat li jiġbed lura jkun jista' jiġi mmontat f'pożizzjonijiet li jvarjaw b'mod relattiv għad-direzzjoni tal-moviment tat-troli.

Meta l-apparati li jiġbdu lura jiġu ttestjati għas-sensittività għall-moviment taċ-ċinga, l-apparat li jiġbed lura jiġi mmontat fuq saljatura fissa adattata u ċ-ċinga titwaħħal mat-troli.

Meta jitwettqu t-testijiet t'aktar 'il fuq, kwalunkwe saljatura, eċċ. ipprovduta mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu għandha tkun inkorporata fl-installazzjoni tat-test biex ikun simulat bl-eqreb mod possibbli l-installazzjoni maħsuba f'vettura.

Kwalunkwe saljatura addizzjonali, eċċ. li tista' tkun meħtieġa biex tkun simulata l-installazzjoni kif maħsuba fil-vettura għandha tkun ipprovduta mill-manifattur jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. It-terminu li jidher fid-dijagramma:

Image


ANNESS 5

DIJAGRAMMA TA' APPARAT GĦAT-TEST TAR-REŻISTENZA GĦAT-TRAB

(dimensjonijiet f'millimetri)

Image


ANNESS 6

DESKRIZZJONI TAT-TROLI, TAS-SIT, TAL-ANKRAĠĠI U TAL-APPARAT LI JWAQQAF

1.   IT-TROLI

Għat-testijiet fuq iċ-ċinturini tas-sigurtà, it-troli, li jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa ta’ 400 + 20 kg. Għat-testijiet fuq is-sistemi ta’ trażżin, it-troli bl-istruttura tal-vettura mwaħħla għandu jkollha massa ta’ 800 kg. Madanakollu, jekk ikun meħtieġ, il-massa totali tat-troli u tal-istruttura tal-vettura tista’ tiġi miżjuda b’inkrementi ta’ 200 kg. Fl-ebda każ m’għandha l-massa totali tvarja mill-valur nominali b’aktar minn + 40 kg.

2.   IS-SIT

Ħlief fil-każ tat-testijiet fuq is-sistemi ta’ trażżin, is-sit għandu jkun ta’ kostruzzjoni riġida u għandu jippreżenta superfiċje lixxa. Id-dettalji mogħtija fil-figura 1 għal dan l-anness għandhom jiġu rispettata, fejn tingħata attenzjoni biex l-ebda parti metallika ma tiġi f’kuntatt maċ-ċinturin.

3.   L-ANKRAĠĠI

3.1.

Fil-każ ta’ ċinturin mgħammar b’apparat tal-aġġustament taċ-ċinturin għall-għoli kif iddefinit fil-paragrafu 2.14.6 ta’ dan ir-Regolament, dan l-apparat għandu jkun marbut sew jew ma’ qafas riġidu jew ma’ parti tal-vettura li fuqha normalment ikun immontat li għandha tkun iffissata sew mat-troli tat-test.

3.2.

L-ankraġġi għandhom jitqiegħdu kif jintwera fil-figura 1. Il-marki li jikkorrispondi għall-arranġament tal-ankraġġi juru fejn it-truf taċ-ċinturin għandhom jitqabbdu mat-troli jew mat-transducer (kull apparat maħsub biex jibdel sinjal li mhux elettriku f’sinjal elettriku) tat-tagħbija, skont kif ikun il-każ. L-ankraġġi għal użu normali huma l-punti A, B u K jekk it-tul taċ-ċinga bejn it-tarf ta’ fuq tal-bokkla u t-toqba biex jitwaħħal l-appoġġ taċ-ċinga mhux aktar minn 250 mm. Jekk dan mhux il-każ, għandhom jintużaw il-punti A1 u B1. It-tolleranza fuq il-pożizzjoni tal-punti tal-ankraġġ hija tali li kull punt ta’ ankraġġ għandu jinsab l-aktar f’50 mm mill-punti korrispondenti A, B u K indikati fil-figura 1 jew A1, B1 u K, skont kif ikun il-każ.

3.3.

L-istruttura li ġġorr l-ankraġġi għandha tkun riġida. L-ankraġġ ta’ fuq ma jridx ikun spostat b’aktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tiġi applikata tagħbija ta’ 98 daN f’dik id-direzzjoni. It-troli għandu jkun mibni b’tali mod li m’għandu jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li qed iġorru l-ankraġġi matul it-test.

3.4.

Jekk huwa meħtieġ ir-raba’ ankraġġ biex jitwaħħal mal-apparat li jiġbed lura, dan l-ankraġġ:

 

Għandu jinsab fil-pjan vertikali lonġitudinali li jgħaddi minn K;

 

Għandu jippermetti li l-apparat li jiġbed lura jiġi inklinat għall-angolu provdut mill-manifattur;

 

Għandu jinsab fuq l-ark ta’ ċirku b’radju KB1 = 790 mm jekk it-tul bejn il-gwida taċ-ċinga ta’ fuq u minfejn toħroġ iċ-ċinga fl-apparat li jiġbed lura mhux inqas minn 540 mm jew, fil-każi l-oħra kollha, fuq l-ark ta’ ċirku biċ-ċentru K u b’radju ta’ 350 mm.

4.   L-APPARAT LI JWAQQAF

4.1.

L-apparat jikkonsisti minn żewġ apparati assorbenti identiċi mmontati b’mod parallel, ħlief fil-każ ta’ sistemi ta’ trażżin meta għandhom jintużaw erba’ apparati assorbenti għal massa nominali ta’ 800 kg. Jekk huwa meħtieġ, għandu jintuża apparat assorbenti addizzjonali għal kull żjieda ta’ 200 kg fil-massa nominali. Kull apparat assorbenti jinkludi:

 

kisi fuq barra fformat minn tubu tal-azzar;

 

tubu tal-poliuretan li jasorbixxi l-enerġija;

 

pum tal-azzar illostrat b’forma ta’ żebbuġa li jippenetra fl-apparat assorbenti; u

 

xaft u pjanċa għall-impatt.

4.2.

Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta’ dan l-apparat assorbenti jintwerew fid-dijagrammi riprodotti fil-figuri 2, 3 u 4.

4.3.

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti jingħataw fit-tabella 1 ta’ dan l-Anness. Immedjatament qabel kull test, it-tubi għandhom jiġu kkondizzjonati f’temperatura ta’ bejn il-15° u l-25 °C għal mill-inqas 12-il siegħa mingħajr ma jintużaw. Matul l-ittestjar dinamiku taċ-ċinturini tas-sigurtà jew tas-sistemi ta’ trażżin, l-apparat li jwaqqaf għandu jkun fl-istess temperatura bħal waqt it-test ta’ kalibrazzjoni, b’tolleranza ta’ + 2 °C. Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti mill-apparat li jwaqqaf jingħataw fl-Anness 8 għal dan ir-Regolament. Jista’ jintuża kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti.

Tabella 1

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti

(Il-Metodu tal-ASTM D 735 ħlief jekk ikun iddikjarat mod ieħor)

L-ebsuija tat-tagħfis A

:

95 + 2 f’temperatura ta’ 20 + 5 °C

Is-saħħa tal-ksur

:

Ro > 343 daN/cm2

It-titwil minimu

:

Ao > 400 fil-mija

Il-modulu f’titwil ta’ 100 fil-mija

:

> 108 daN/cm2

f’titwil ta’ 300 fil-mija

:

> 235 daN/cm2

Il-fraġilità f’temperatura baxxa (il-Metodu tal-ASTM D 736)

:

5 sigħat f’temperatura ta’ –55 °C

Is-sett tal-kompressjoni (il-Metodu B)

:

22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C < 45 fil-mija

Id-densità f’temperatura ta’ 25 °C

:

bejn 1,05 u 1,10

It-tixjiħ fl-ajra (il-Metodu tal-ASTM D 736)

:

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C

L-ebusija tat-tagħfis (fuq struttura) A:

il-varjazzjoni massima + 3

is-saħħa tal-ksur:

tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ro

it-titwil:

tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

il-piż:

tnaqqis ta’ < 1 fil-mija

Tgħaddis fiż-Żejt (il-Metodu tal-ASTM Nru 1 iż-Żejt)

:

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C

L-ebusija tat-tagħfis (fuq struttura) A:

il-varjazzjoni massima + 4

is-saħħa tal-ksur:

tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

it-titwil:

tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

il-volum:

nefħa ta’ < 5 fil-mija

Tgħaddis fiż-Żejt (il-Metodu tal-ASTM Nru 3 iż-Żejt)

:

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C

is-saħħa tal-ksur:

tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

it-titwil:

tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ao

il-volum:

nefħa ta’ < 20 fil-mija

Tgħaddis f’ilma distillat

:

Ġimgħa f’70 °C

is-saħħa tal-ksur:

tnaqqis ta’ < 35 fil-mija ta’ Ro

it-titwil:

żjieda ta’ < 20 fil-mija ta’ Ao

Figura 1

It-troli, is-sit, l-ankraġġ.

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

L-apparat li jwaqqaf

(Immuntat)

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

L-apparat li jwaqqaf

(Tubu tal-poliuretan)

Image

Figura 4

L-apparat li jwaqqaf

(Pum b’forma ta’ żebbuġa)

Image

Test ta 'immaġni

Image


ANNESS 7

DESKRIZZJONI TAL-MANIKIN

1.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MANIKIN

1.1.   Ġenerali

Il-karatteristiċi ewlenija tal-manikin jintwerew fil-figuri u fit-tabelli li ġejjin:

Figura 1

Ir-ras, l-għonq u t-torso mill-ġenb;

Figura 2

Ir-ras, l-għonq u t-torso minn quddiem;

Figura 3

Il-ġenb, il-koxox u r-riġel t'isfel mill-ġenb;

Figura 4

Il-ġenb, il-koxox u r-riġel t'isfel minn quddiem;

Figura 5

Id-dimensjonijiet ewlenija;

Figura 6

Il-manikin f'pożizzjonijiet bilqiegħda, li turi:

 

fejn jinsab iċ-ċentru tal-gravità;

 

fejn jinsabu l-punti fejn għandu jitkejjel l-isponstament; u

 

l-għoli tal-ispallejn.

Tabella 1

Referenzi, ismijiet, materjali u qisien prinċipali tal- komponenti tal-manikin u

Tabella 2

Il-mases tar-ras, tal-għonq, tat-torso, tal-kuxxtejn u tar-riġel t'isfel.

1.2.   Deskrizzjoni tal-manikin

1.2.1.   L-istruttura tar-riġel t'isfel (ara l-Figuri 3 u 4)

L-istruttura tar-riġel t'isfel tikkonsisti minn tliet komponenti:

pjanċa tal-qiegħ tas-sieq (30);

tubu tal-qasba tas-sieq (29); u

tubu tal-irkoppa (26).

It-tubu tal-irkoppa għandu żewġ toqob li jillimitaw il-moviment tar-riġel t'isfel b'relazzjoni għall-koxxa.

Ir-riġel t'isfel jista' jiddawwar lura għal 120° mill-pożizzjoni dritta.

1.2.2.   L-istruttura tal-koxxa (ara l-Figuri 3 u 4)

L-istruttura tal-koxxa tikkonsisti minn tliet komponenti:

tubu tal-irkoppa (22);

żbarra tal-koxxa (21); u

tubu tal-ġenb (20).

Il-moviment tal-irkoppa huwa limitat minn żewġ biċċiet maqtugħa fit-tubu tal-irkoppa (22) li jidħlu fit-toqob tar-riġel t'isfel.

1.2.3.   L-istruttura tat-torso (ara l-Figuri 1 u 2)

L-istruttura tat-torso tikkonsisti minn:

tubu tal-ġenbejn (2);

katina tar-romblu (4);

kustilji (6) u (7);

sternu (8); u

żjidiet tal-katina (3) u f'partijiet (7) u (8).

1.2.4.   L-għonq (ara l-Figuri 1 u 2)

L-għonq jikkonsisti minn seba' diski tal-poliuretan (9). L-ebusija tal-għonq tista' tiġi aġġustata permezz ta’ apparat li jżid it-tensjoni permezz ta’ katina.

1.2.5.   Ir-ras (ara l-Figuri 1 u 2)

Ir-ras (15) infisha hija vojta; il-forma tal-poliuretan hija rinforzata minn pjanċa tal-azzar (17). L-apparat li jżid it-tensjoni permezz ta’ katina li permezz tiegħu jista' jiġi aġġustat l-għonq jikkonsisti minn blokka tal-polijamide (10), spacer f'forma ta’ tubu (11), u l-elementi li jżidu t-tensjoni (12) u (13). Ir-ras tista' tiddawwar madwar il-ġog tal-ewwel u tat-tieni rukkell tal-għonq, li jikkonsisti mill-montatura tal-apparat ta’ aġġustament (14) u (18), mill-ispacer (16), u mill-blokka tal-polijamide (10).

1.2.6.   Il-ġogi tal-irkoppa (ara l-Figura 4)

Ir-riġel t'isfel u l-koxox huma mqabbda b'tubu (27) u b'apparat li jżid it-tensjoni (28).

1.2.7.   Il-ġog tal-ġenbejn (ara l-Figura 4)

Il-kuxxtejn u t-torso huma konessi b'tubu (23), bi pjanċi tal-frizzjoni (24), u b'montatura li żżid it-tensjoni (25).

1.2.8.   Poliuretan

It-tip

:

Il-kompost PU 123 CH

L-ebusija

:

Tagħfis A 50-60

1.2.9.   L-overolls

Il-manikin huwa kopert b'overoll speċjali (ara t-tabella 1).

2.   L-APPARATI TA’ KORREZZJONI

2.1.   Ġenerali

Sabiex il-manikin ikun ikkalibarat għal ċerti valuri u għall-massa totali tiegħu, id-distribuzzjonital-massa tiġi aġġustata billi jintużaw sitt mases tal-azzar ta’ korrezzjoni ta’ 1 kg kull wieħed, li jistgħu jkunu mmontati fil-ġog tal-ġenbejn. Is-sitt piżijiet tal-poliuretan b'massa ta’ 1 kg kull wieħed jistgħu jiġu mmontati fid-dahar tat-torso.

3.   IL-KUXXIN

Trid titqiegħed kuxxin bejn is-sider tal-manikin u l-overoll. Din il-kuxxin għandha tkun magħmula mill-fowm tal-poliuretan tal-ispeċifikazzjoni li ġejja:

L-ebusija

:

tagħfis A 7-10

Il-ħxuna

:

25 mm + 5

Għandha tkun tista' tiġi sostitwita.

4.   L-AĠĠUSTAMENT TAL-ĠOGI

4.1.   Ġenerali

Sabiex jinkisbu riżultati riproduċibbli, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata u kkontrollata l-frizzjoni f'kull ġog.

4.2.   Il-ġog tal-irkoppa

Issikka l-ġog tal-irkoppa.

Iffissal-linja vertikali tal-koxxa u tar-riġel t'isfel.

Dawwar ir-riġel t'isfel minn 30°.

Bil-mod il-mod illaxka l-apparat li jżid it-tensjoni (28) sakemm ir-riġel t'isfel tibda taqa' taħt il-massa tagħha stess.

Sakkar lill-apparat li jżid it-tensjoni f'din il-pożizzjoni.

4.3.   Il-ġog tal-ġenbejn

Issikka l-ġog tal-ġenbejn.

Qiegħed lill-koxxa f'pożizzjoni orizzontali u lit-torso f'pożizzjoni vertikali.

Dawwar it-torso f'direzzjoni 'l quddiem sakemm l-angolu bejn it-torso u l-koxxa huwa ta’ 60°.

Bil-mod il-mod illaxka l-apparat li jżid it-tensjoni sakemm it-torso jibda jaqa' taħt il-massa tiegħu stess.

Sakkar lill-apparat li jżid it-tensjoni f'din il-pożizzjoni.

4.4.   Il-ġog tal-ewwel u tat-tieni rukkell tal-għonq

Aġġusta l-ġog tal-ewwel u tat-tieni rukkell tal-għonq sabiex jirreżisti eżatt il-piż tiegħu fid-direzzjonijiet ta’ quddiem u ta’ lura.

4.5.   L-għonq

L-għonq jista' jiġi aġġustat permezz ta’ apparat li jżid it-tensjoni permezz ta’ katina (13). Meta l-għonq jiġi aġġustat, it-tarf ta’ fuq tal-apparat li jżid it-tensjoni għandu jiċċaqlaq bejn 4-6 cm meta jiġi soġġett għal tagħbija orizzontali ta’ 10 daN.

Tabella 1

Numru tar-Referenza

L-isem

Il-materjal

Id-dimensjonijiet

1

Il-materjal tal-ġisem

Poliuretan

2

It-tubu tal-ġenbejn

Azzar

76 × 70 × 100 mm

3

Iż-żjidiet tal-katina

Azzar

25 × 10 × 70 mm

4

Il-katina tar-romblu

Azzar

3/4

5

Il-pjanċa tal-ispalla

Poliuretan

6

It-taqsima rrumblata

Azzar

30 × 30 x3 × 250 mm

7

Il-kustilji

Pjanċa tal-azzar ipperforat

400 × 85 × 1,5 mm

8

L-isternu

Pjanċa tal-azzar ipperforat

250 × 90 × 1,5 mm

9

Diski (sitta)

Poliuretan

ø 90 × 20 mm

 

 

 

ø 80 × 20 mm

 

 

 

ø 75 × 20 mm

 

 

 

ø 70 × 20 mm

 

 

 

ø 65 × 20 mm

 

 

 

ø 60 × 20 mm

10

Blokka

Polijamide

60 × 60 × 25 mm

11

L-ispacer f'forma ta’ tubu

Azzar

40 × 40 × 2 × 50 mm

12

Il-bolt li jżid it-tensjoni

Azzar

M16 × 90 mm

13

L-iskorfina li żżid it-tensjoni

Azzar

M16

14

L-apparat li jżid it-tensjoni għall-ġog tal-ewwel u tat-tieni rukkell tal-għonq

Azzar

ø 12 × 130 mm (M12)

15

Ir-ras

Poliuretan

16

L-ispacer f'forma ta’ tubu

Azzar

ø 18 × 13 × 17 mm

17

Il-pjanċa ta’ rinforz

Azzar

30 × 3 × 500 mm

18

L-iskorfina li żżid it-tensjoni

Azzar

M12 mm

19

Il-kuxxtejn

Poliuretan

20

It-tubu tal-ġenbejn

Azzar

76 × 70 × 80 mm

21

L-iżbarra tal-kuxxtejn

Azzar

30 × 30 × 440 mm

22

It-tubu tal-irkoppa

Azzar

52 × 46 × 40 mm

23

It-tubu ta’ konnessjoni tal-ġenbejn

Azzar

70 × 64 × 250 mm

24

Il-pjanċi tal-frizzjoni (erbgħa)

Azzar

160 × 75 × 1 mm

25

Il-montatura tal-apparat li jżid it-tensjoni

Azzar

M12 × 320 mm +

 

 

 

Pjanċi u skorfini

26

It-tubu tal-irkoppa

Azzar

52 × 46 × 160

27

It-tubu ta’ konnessjoni tal-irkopptejn

Azzar

44 × 39 × 190 mm

28

Il-pjanċa tal-apparat li jżid it-tensjoni

Azzar

ø 70 × 4 mm

29

It-tubu tal-qasba tas-sieq

Azzar

50 × 50 × 2 × 460 mm

30

Il-pjanċa tal-qiegħ tas-sieq

Azzar

100 × 170 × 3 mm

31

Il-massa ta’ korrezzjoni tat-torso (sitta)

Poliuretan

Kull massa 1 kg

32

Il-kuxxin

Fown tal-poliuretan

350 × 250 × 25 mm

33

L-overoll

Qoton u ċineg tal-polijamide

34

Il-mases ta’ korrezzjoni tal-ġenbejn (sitta)

Azzar

Kull massa 1 kg


Tabella 2

Il-komponenti tal-manikin

Il-massa f'kg

Ir-ras u l-għonq

4,6 ± 0,3

It-torso u d-dirgħajn

40,3 ± 1,0

Il-kuxxtejn

16,2 ± 0,5

Ir-riġel t'isfel u s-sieq

9,0 ± 0,5

Il-massa totali inklużi l-piżijiet ta’ korrezzjoni

75,5 ± 1,0

Figura 1

Image

Figura 2

Image

Figura 3

Figura 4

Image

Image

Figura 5

Image

Figura 6

Image

G

=

iċ-ċentru tal-gravità

T

=

il-punt ta’ referenza tat-torso (fuq wara fuq il-linja ċentrali tal-manikin)

P

=

il-punt ta’ referenza tal-pelvi (fuq wara fuq il-linja ċentrali tal-maikin)

Il-kejl tal-ispostament fil-punt P m'għandux jinkludi komponenti li jduru madwar l-assi tal-ġenebjn u madwar l-assi vertikali.


ANNESS 8

DESKRIZZJONI TAL-KURVA TAD-DEĊELLERAZZJONI JEW L-AĊĊELLERAZZJONI TAT-TROLI BĦALA FUNZJONI TAL-ĦIN

Fil-każi kollha, il-proċeduri ta’ kalibrazzjoni u ta’ kejl għandhom jikkorrispondu għal dawk iddefiniti fl-Istandard Internazzjonali ISO 6487 (2002); it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjoni tal-kanal tad-data bi klassi ta’ frekwenza tal-kanal (CFC) ta’ 60.

Definizzjoni tal-kurva differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

Kuritur għoli

0

20

10

0

10

15

15

20

18

32

25

26

45

26

55

20

60

0

32

80

0

Image

Is-segment addizzjonali (ara l-paragrafu 7.7.4.2) japplika biss għas-sled tal-aċċellerazzjoni.


ANNESS 9

L-ISTRUZZJONIJIET

Kull ċinturin tas-sigurtà għandu jkun akkumpanjat minn instruzzjonijiet bil-kontenut jew tat-tip li ġej f'ilsien jew f'ilsna tal-pajjiż fejn se jitqiegħed għall-bejgħ:

1.

L-istruzzjonijiet tal-installazzjoni (mhux meħtieġa jekk il-manifattur tal-vettura se jinstalla ċ-ċinturin tas-sigurtà) li jispeċifikaw għal liema mudelli tal-vettura l-montatura hija adattata u l-metodu korrett kif il-montatura titwaħħal fuq il-vettura, inkluża twissija biex wieħed joqgħod attent mill-għerik taċ-ċineg.

2.

L-istruzzjonijiet lill-utent (jistgħu jiġu inklużi fil-manwal tal-utent tal-vettura jekk iċ-ċinturin tas-sigurtà jiġi installat mill-manifattur tal-vettura) li jispeċifikaw l-istruzzjonijiet biex ikun żgurat li l-utent jikseb l-akbar benefiċċju miċ-ċinturin tas-sigurtà. F'dawn l-istruzzjonjiet, għandha ssir referenza għal:

(a)

l-importanza li tintlibes il-montatura għall-vjaġġi kollha;

(b)

il-mod korrett ta’ kif jintlibes iċ-ċinturin u b'mod partikolari għal:

(i)

il-post maħsub għall-bokkla;

(ii)

kemm huwa mixtieq li ċ-ċinturini jintlibsu ssikkati;

(iii)

it-tqegħid f'pożizzjoni korretta taċ-ċineg u l-ħtieġa li jiġi evitat li dawn jinbarmu;

(iv)

l-importanza li kull ċinturin jintuża minn okkupant wieħed biss, u speċjalment li ma jitqiegħedx ċinturin madwar tifel/tifla bilqiegħda fuq ħoġor l-okkupant;

(c)

il-metodu tat-tħaddim tal-bokkla;

(d)

il-metodu tat-tħaddim tal-apparat ta’ aġġustament;

(e)

il-metodu tat-tħaddim ta’ kwalunkwe apparat li jiġbed lura li jista' jkun inkorporat fil-montatura u l-metodu biex ikun ikkontrollat li jissakkar;

(f)

il-metodi rakkomandati tat-tindif taċ-ċinturin u tal-montatura l-ġdida tiegħu wara li jitnaddaf, fejn ikun xieraq;

(g)

il-ħtieġa li jiġi sostitwit iċ-ċinturin tas-sigurtà meta jkun intuża f'aċċident serju jew meta juri sinjali li qed jiżżarrad ferm jew li ġie maqtugħ, jew meta, b'ċinturin mgħammar b'indikatur viżwali ta’ tagħbija żejda, jindika li ċ-ċinturin m'għadux adattat biex jintuża aktar jew meta ċinturin tas-sit ikun mgħammar b'apparat ta’ qabel it-tagħbija, meta dan tal-aħħar ġie attivat;

(h)

il-fatt li ċ-ċinturin ma jridx jinbidel jew jiġi modifikat bi kwalunkwe mod ladarba bidliet ta’ din ix-xorta jistgħu jagħmlu liċ-ċinturin ineffettiv, u b'mod partikolari fejn id-disinn jippermetti li parti tiġi żarmata, istruzzjonjiet jew tkun żgurata montatura mill-ġdid korretta;

(i)

il-fatt li ċ-ċinturin huwa maħsub biex jintuża minn okkupanti li għandhom id-daqs ta’ adulti;

(j)

l-irfigħ taċ-ċinturin meta ma jkunx qed jintuża.

3.

Fil-każ ta’ ċinturini tas-sigurtà mgħammra b'apparat li jiġbed lura tat-tip 4N, fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni u fuq kwalunkwe ppakkjar għandu jkun indikat li dan iċ-ċinturin mhux adattat biex jiġi installat f'vetturi motorizzati li jintużaw biex jinġarru l-passiġġieri li m'għandhomx aktar minn disa' sits, inkluż dak tas-sewwieq.

4.

Rekwiżit għall-installazzjoni għall-konsumatur għandu jkun ipprovdut mill-manifattur/applikant għall-vetturi kollha fejn tista' tintuża l-montatura taċ-ċinga ta’ bejn il-koxox. Il-manifattur taċ-ċinturin biex jikkontrolla ċ-ċaqliq għandu jipprovdi l-montatura tal-elementi addizzjonali ta’ rinforz għall-ankraġġi taċ-ċineg ta’ bejn il-koxox u għall-installazzjoni tagħhom fil-vetturi kollha fejn hija provduta installazzjoni.


ANNESS 10

IT-TEST TAL-BOKKLA DOPPJA

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 11

IT-TEST TAL-BRIX U TAL-MICROSLIP

Figura 1

Il-proċedura tat-tip I

Eżempji tal-arranġamenti tat-test li jikkorrispondu mat-tip ta’ tagħmir ta’ aġġustament

Eżempju a

Image

Eżempju b

Image

Figura 2

Il-proċedura tat-tip 2

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

Il-proċedura tat-tip 3 u t-test tal-micro-slip

Id-distanza totali kemm timxi (iċ-ċinga): 300 ± 20 mm

Image

Test ta 'immaġni

It-tagħbija ta’ 5 daN fuq l-apparat tal-ittestjar għandha tkun iggwidata b'mod vertikali b'tali mod li jkun evitat li t-tagħbija titbandal u li ċ-ċinga tinbaram.

L-apparat li jwaħħal għandu jkun iffissat mat-tagħbija ta’ 5 daN bl-istess mod bħal f'vettura.


ANNESS 12

IT-TEST TA' KORRUŻJONI

1.   L-APPARAT TAT-TEST

1.1.

L-apparat għandu jikkonsisti minn kompartiment ta’ raxx irqiq ta’ likwidu, minn kontenitur fejn tinżamm soluzzjoni tal-melħ, minn provvista ta’ arja kompressata kkondizzjonata b'mod adattat, minn żennuna li tatomizza waħda jew aktar, minn appoġġi għall-kampjuni, minn faċilità biex jissaħħan il-kompartiment, u mill-mezzi meħtieġa għall-kontroll. Id-daqs u l-kostruzzjoni ddettaljata tal-apparat għandhom ikunu fakoltattivi, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet tat-test.

1.2.

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qatriet tas-soluzzjoni li jakkumulaw mas-saqaf jew mal-għatu tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test.

1.3.

Il-qatriet tas-soluzzjoni li jaqgħu mill-kampjuni tat-test m'għandhomxx jergħu jitqiegħdu fil-kontenitur biex ikunu sprejjati mill-ġdid.

1.4.

L-apparat m'għandux jinbena minn materjali li se jaffetwaw kemm jagħmel korrużjoni r-raxx irqiq tal-likwidu.

2.   FEJN JINSABU L-KAMPJUNI TAT-TEST FIL-KOMPARTIMENT TAR-RAXX IRQIQ TAL-LIKWIDU

2.1.

Il-kampjuni, minbarra l-apparati li jiġbdu lura, għandhom jiġu appoġġjati jew sospiżi bejn 15° u 30° mil-linja vertikali u preferibbilment b'mod parallel għad-direzzjoni ewlenija tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq tal-likwidu minn ġol-kompartiment, ibbażat fuq is-superfiċje dominanti li tkun qed tiġi ttestjata.

2.2.

L-apparati li jiġbdu lura għandhom jiġu appoġjjati jew sospiżi b'mod li l-assi tar-rukkell fejn tintrefa' ċ-ċinga għandhom ikunu perpendikulari għad-direzzjoni ewlenija tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq tal-likwidu minn ġol-kompartiment. Il-fetħa taċ-ċinga fl-apparat li jiġbed lura għandha tkun qed tħares ukoll f'din id-direzzjoni ewlenija.

2.3.

Kull kampjun għandu jitqiegħed b'tali mod li jippermetti li r-raxx irqiq tal-likwidu joqgħod liberament fuq il-kampjuni kollha.

2.4.

Kull kampjun għandu jitqiegħed b'tali mod li ma jħallix li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun wieħed tqattar fuq kwalunkwe kampjun ieħor.

3.   IS-SOLUZZJONI TAL-MELĦ

3.1.

Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata billi jinħallu 5 ± 1 partijiet skont il-massa ta’ klorur tas-sodju f'95 parti ta’ ilma distillat. Il-melħ għandu jkun klorur tas-sodju sostanzjalment ħieles minn nîkil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta’ jodur tas-sodju u mhux aktar minn 0,3 fil-mija ta’ impuritajiet totali meta jkun xott.

3.2.

Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f'temperatura ta’ 35 °C, is-soluzzjoni li tinġabar tkun f'medda ta’ pH ta’ 6,5 sa 7,2.

4.   IL-PROVVISTA TAL-ARJA

Il-provvista tal-arja kkompressata għaż-żennuna jew għaż-żennuni biex tkun atomizzata s-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-ħmieġ, u għandha tinżamm fi pressjoni ta’ bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.

5.   IL-KONDIZZJONIJIET FIL-KOMPARTIMENT TAR-RAXX IRQIQ TAL-LIKWIDU

5.1.

Iż-żona ta’ espożizzjoni tal-kompartiment tar-raxx irqiq tal-likwidu għandha tinżamm f'temperatura ta’ 35 ± 5 °C. Tal-inqas żewġ reċipjenti nodfa li jiġbru r-raxx irqiq tal-likwidu għandhom jitqiegħdu fi ħdan iż-żona tal-espożizzjoni, ħalli ma tinġabar l-ebda qatra tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn kwalunkwe sors ieħor. Ir-reċipjenti li jiġbru għandhom jitqiegħdu qrib il-kampjuni tat-test, wieħed l-eqreb ta’ kwalunkwe żennuna u wieħed l-aktar 'il bogħod miż-żennuni kollha. Ir-raxx irqiq tal-likwidu għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta’ erjas orizzontali tal-ġbir, jinġabar f'kull reċipjent li jiġbor minn 1,0 sa 2,0 ml ta’ soluzzjoni fis-siegħa, meta mkejla fuq medja ta’ mill-inqas 16-il siegħa.

5.2.

Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu diretti jew irregolati ħalli l-isprej ma jaffetwax direttament il-kampjuni tat-test.


ANNESS 13

L-ORDNI TAT-TESTIJIET

IL-PARAGRAFI

IT-TEST

IL-KAMPJUNI

In-Nru taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ trażżin

In-Nru taċ-ċinga

1

2

3

4

5

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

4/6.1.2/6.1.3/6.2.1.1/6.2.2/6.2.3.1/6.3.1.1

L-ispezzjoni taċ-ċinturin jew tas-sistema ta’ trażżin

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.21/2.22/6.2.2.2

L-ispezzjoni tal-bokkla

X

X

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.6/6.2.2.7/7.5.1/7.5.5

It-test tas-saħħa tal-bokkla

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.3.3/7.5.1

It-test tas-saħħa fuq apparat ta’ aġġustament (u fejn ikun meħtieġ fuq l-apparati li jiġbdu lura)

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.4/7.5.2

It-test tas-saħħa fuq iż-żjidiet (u fejn ikun meħtieġ fuq l-apparati li jiġbdu lura)

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.3/7.5.3

It-test b'temperatura baxxa fuq il-bokkla

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.1.4/7.5.4

Testijiet ta’ impatt b'temperatura baxxa fuq il-partijiet riġidi

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.3.2/6.2.3.4/7.5.6

Il-faċilità ta’ aġġustament

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ikkondizzjonar/ittestjar ta’ ċinturin jew ta’ sistema ta’ trażżin qabel it-test dinamiku:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.4

Kemm iddum isservi l-bokkla

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.1.2/7.2

Ir-resżistenza għall-korrużjoni tal-partijiet riġidi

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ikkondizzjonar tal-apparati li jiġbdu lura:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.1/6.2.5.3.1/6.2.5.3.3/7.6.2

Il-limitu tas-sokra

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.2/6.2.5.3.2/7.6.4

Il-forza li tiġbed lura

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.3/6.2.5.3.3/7.6.1

Kemm idum iservi

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.3/6.2.5.3.3/7.2

Il-korrużjoni

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.5.2.3/6.2.5.3.3/7.6.3

It-trab

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.3.1.2/7.4.2.3

L-ittestjar tal-wisa' taċ-ċinga

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-test tas-saħħa taċ-ċinga wara:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.3.2/7.4.1.1/7.4.2

L-ikkondizzjonar tal-kamra

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.3.3/7.4.1.2/7.4.2

L-ikkondizzjonar tad-dawl

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

6.3.3/7.4.1.3/7.4.2

L-ikkondizzjonar tat-temperatura baxxa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

6.3.3/7.4.1.4/7.4.2

L-ikkondizzjonar tas-sħana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

6.3.3/7.4.1.5/7.4.2

L-ikkondizzjonar tal-ilma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

6.2.3.2/7.3

It-test tal-microslip

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.4.2/7.4.1.6

It-test tal-brix

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.4.1/7.7

It-test dinamiku

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.2.2.5/6.2.2.7/7.8

It-test tal-ftuħ tal-bokkla

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.1.4

Iż-żamma tal-kampjun taċ-ċinga

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X


ANNESS 14

IL-KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   IT-TESTIJIET

Iċ-ċinturini tas-sigurtà għandhom bżonn juru li huma konformi mal-ħtiġiet li fuqhom huma bbażati it-testijiet li ġejjin:

1.1.   Il-verifika tal-limitu tas-sokra u għal kemm idumu jservu l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f’emerġenza

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.2 fid-direzzjoni l-aktar sfavorevoli kif inhu adattat wara li jkunu għaddew mill-ittestjar għal kemm idumu jservu provdut fid-dettall fil-paragrafi 7.6.1, 7.2, u 7.6.3 bħala rekwiżit tal-paragrafu 6.2.5.3.5 ta’ dan ir-Regolament.

1.2.   Verifika tad-durabilità tar-retractorsli jissakkru b’mod awtomatiku

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.6.1. issupplimentati mit-testijiet fil-paragrafi 7.2 u 7.6.3 bħala rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.2.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.3.   It-test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-ikkondizzjonar

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.4.2 wara l-ikkondizzjonar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.4.1.1 sa 7.4.1.5ta’ dan ir-Regolament.

1.3.1.   It-test għas-saħħa taċ-ċineg wara l-brix

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.4.2 wara l-ikkondizzjonar skont ir-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 7.4.1.6. ta’ dan ir-Regolament.

1.4.   It-test tal-microslip

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.5.   It-test tal-partijiet riġidi

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.5 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.   Il-verifika tar-rekwiżiti tar-rendiment taċ-ċinturin tas-sigurtà jew tas-sistema ta’ trażżin meta soġġett għat-test dinamiku

1.6.1.   Testijiet bl-ikkondizzjonar

1.6.1.1.

Iċ-ċinturini jew is-sistemi ta’ trażżin mgħammra b’apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament, jintuża ċinturin li qabel kien soġġett għal 45 000 ċiklu tat-test tar-reżistenza fit-tul tal-apparat li jiġbed lura provdut fil-paragrafu 7.6.1 ta’ dan ir-Regolament u għat-testijiet iddefiniti fil-paragrafi 6.2.2.4, 7.2 u 7.6.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.1.2.

Ċinturini jew sistemi ta’ trażżin mgħammra b’retractor li jissakkar awtomatikament: skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament, jintuża ċinturin li qabel kien soġġett għal 10 000 ċiklu tat-test tar-reżistenza fit-tul tal-apparat li jiġbed lura provdut fil-paragrafu 7.6.1 u wkoll għat-testijiet provduti fil-paragrafi 6.2.2.4, 7.2 u 7.6.3 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.1.3.

Iċ-ċinturini statiċi: skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament, fuq ċinturin tas-sigurtà li ġie soġġett għat-test provdut fili-paragrafi 6.2.2.4 u 7.2 ta’ dan ir-Regolament.

1.6.2.   Test mingħajr l-ebda kkondizzjonar

Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.7 u 7.8 ta’ dan ir-Regolament.

2.   IL-FREKWENZA TAT-TESTIJIET U R-RIŻULTATI

2.1.   Il-frekwenza tal-ittestjar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1 sa 1.5 ta’ dan l-Anness għandha tkun fuq bażi statistikament ikkontrollata u bl-addoċċ skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità.

2.1.1.   Barra minn hekk, fil-każ ta’ apparati li jiġbdu lura li jissakkru f’emerġenza, għandhom jiġu kkontrollati l-montaturi kollha:

2.1.1.1.

Jew skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 7.6.2.1 u 7.6.2.2 ta’ dan ir-Regolament, fl-aktar direzzjoni sfavorevoli kif inhu speċifikat fil-paragrafu 7.6.2.1.2 Ir-riżultati tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.5.3.1.1 u 6.2.5.3.3 ta’ dan ir-Regolament.

2.1.1.2.

Jew skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.6.2.3 ta’ dan ir-Regolament, fl-aktar direzzjoni sfavorevoli. Madanakollu, il-veloċità tal-inklinazzjoni tista’ tkun aktar mill-veloċità provduta sakemm ma taffetwax lir-riżultati tat-testijiet. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.5.3.1.4 ta’ dan ir-Regolament.

2.2.   Fil-każ ta’ konformità mat-test dinamiku skont il-paragrafu 1.6 ta’ dan l-Anness, dan għandu jitwettaq bi frekwenza minima ta’:

2.2.1.   Testijiet bl-ikkondizzjonar

2.2.1.1.

Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza,

 

fejn il-produzzjoni ta’ kuljum hija akbar minn 1 000 ċinturin: wieħed minn kull 100 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull ġimagħtejn,

 

fejn il-produzzjoni ta’ kuljum hija iżgħar minn jew daqs l-1 000 ċinturin: wieħed minn kull 10 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar (1),

għandu jkun soġġett għat-test provdut fil-paragrafu 1.6.1.1 ta’ dan l-Anness.

2.2.1.2.

Fil-każ ta’ ċinturini mgħammra b’retractor li jissakkar awtomatikament u ta’ ċinturini statiċi,

 

fejn il-produzzjoni ta’ kuljum hija akbar minn 1 000 ċinturin: wieħed minn kull 100 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed kull ġimagħtejn,

 

fejn il-produzzjoni ta’ kuljum hija iżgħar minn jew daqs l-1 000 ċinturin: wieħed minn kull 10 000 ċinturin prodott, bi frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena,

għandu jkun soġġett għat-test provdut fil-paragrafi 1.6.1.2 jew 1.6.1.3 tal-Anness rispettivament.

2.2.2.   It-testijiet mingħajr l-ikkondizzjonar

2.2.2.1.

Fil-każ taċ-ċinturini mgħammra b’apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza, in-numru li ġej ta’ kampjuni għandu jkun soġġett għat-test provdut fil-paragrafu 1.6.2 t’aktar ’il fuq:

2.2.2.1.1.

għal produzzjoni ta’ mhux inqas minn 5 000 ċinturin kuljum, żewġ ċinturini għal kull 25 000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed kuljum, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar;

2.2.2.1.2.

għal produzzjoni ta’ inqas minn 5 000 ċinturini kuljum, ċinturin għal kull 5 000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena, għal kull xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar;

2.2.2.2.

Fil-każ taċ-ċinturini mgħammra b’apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament u taċ-ċinturini statiċi, in-numru ta’ kampjuni li ġej għandu jkun soġġett għat-test provdut fil-paragrafu 1.6.2 t’aktar ’il fuq;

2.2.2.2.1.

għal produzzjoni ta’ mhux inqas minn 5 000 ċinturin kuljum, żewġ ċinturini għal kull 25 000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed kuljum, għal kull tip approvat;

2.2.2.2.2.

għal produzzjoni ta’ inqas minn 5 000 ċinturini kuljum, ċinturin għal kull 5 000 prodotti bi frekwenza minima ta’ wieħed fis-sena, għal kull tip approvat;

2.2.3.   Ir-riżultati

Ir-riżultati tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6.4.1.3.1 ta’ dan ir-Regolament.

L-ispostament ’il quddiem tal-manikin jista’ jiġi kkontrollat fejn għandu x’jaqsam il-paragrafu 6.4.1.3.2 ta’ dan ir-Regolament (jew 6.4.1.4 fejn japplika) matul test imwettaq bi kkondizzjonar skont il-paragrafu 1.6.1 ta’ dan l-Anness permezz ta’ metodu semplifikat li ġie adattat.

2.2.3.1.

Fil-każ ta’ approvazzjoni skont il-paragrafu 6.4.1.3.3 ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafu 1.6.1 ta’ dan l-Anness, ġie speċifikat biss li l-ebda parti miċ-ċinturin m’għandha tinqered jew tinħall, u li m’għandhiex tinqabeż il-veloċità ta’ 24 km/h tal-punt ta’ referenza tas-sider fi spostament ta’ 300 mm.

2.3.   Fejn kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li jkun ġie soġġett għalih, għandu jitwettaq test ieħor bl-istess rekwiżiti fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra. Fil-każ ta’ testijiet dinamiċi, jekk wieħed minn dawn tal-aħħar jeħel mit-test, id-detentur tal-approvazzjoni jew ir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip fejn jindika liema passi għandhom jittieħdu biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.


(1)  Għall-finijiet ta’ dan l-anness, “xorta ta’ mekkaniżmu li jsakkar” tfisser l-apparati li jiġbdu lura li jissakkru f’emerġenza kollha li lmekkaniżmi tagħhom ivarjaw biss fl-angolu(i) ewlieni(ewlenija) tal-apparat sensittiv għas-sistema tal-vettura tal-assi ta’ referenza.


ANNESS 15

IL-PROĊEDURA BIEX IKUN IDDETERMINAT IL-PUNT “H” U L-ANGOLU EFFETTIV IL-PROĊEDURA BIEX IKUN IDDETERMINAT IL-PUNT “H” U L-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO GĦALL-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA FIL-VETTURI MOTORIZZATI

1.   IL-FINI

Il-proċedura deskritta f’dan l-Anness tintuża biex jiġi stabbilit fejn jinsab il-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għal pożizzjoni bilqiegħda waħda jew għal diversi pożizzjonijiet bilqiegħda f’vettura bil-mutur u biex tkun ivverifikata r-relazzjoni tad-data mkejla mal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn mogħtija mill-manifattur tal-vettura (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.

“Id-data ta’ referenza” tfisser karatteristika waħda jew diversi karatteristiċi minn dawn li ġejjin ta’ pożizzjoni bilqiegħda:

2.1.1.

il-punt “H” u l-punt “R” u r-relazzjoni tagħhom;

2.1.2.

l-angolu effettiv tat-torso u l-angolu tad-disinn tat-torso u r-relazzjoni tagħhom.

2.2.

“Il-magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” (magna 3-D H) tfisser l-apparat użat għad-determinazzjoni tal-punti “H” u tal-angoli effettivi tat-torso. Dan l-apparat huwa deskritt fl-Appendiċi 1 għal dan l-anness;

2.3.

“Il-punt H” tfisser iċ-ċentru tal-pern tat-torso u tal-koxxa tal-magna 3-D H installata fis-sit tal-vettura skont il-paragrafu 4 t’aktar ’l isfel. Il-punt “H” jinstab fiċ-ċentru tal-linja ċentrali tal-apparat li hi bejn il-buttuni tal-viżjoni tal-“punt ‘H’ ” fuq kull naħa tal-magna 3 DH. Il-punt “H” jikkorrispondi teoretikament għall-punt “R” (għal tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 isfel). Ladarba jkun iddeterminat skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 4, il-punt “H” jitqies bħala fiss f’relazzjoni mal-istruttura tal-kuxxin tas-sit u li jiċċaqlaq magħha meta s-sit ikun aġġustat;

2.4.

“Il-punt R” jew “il-punt ta’ referenza ta’ bilqiegħda” jfissru punt ta’ disinn iddefinit minn manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda u stabbilit fir-rigward tas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

2.5.

“Il-linja tat-torso” tfisser il-linja ċentrali tas-sonda tal-magna 3-D H bis-sonda tkun fil-pożizzjoni għal kollox lura;

2.6.

“L-angolu effettiv tat-torso” tfisser l-angolu mkejjel bejn linja vertikali mil-punt “H” u l-linja tat-torso bl-użu tal-angolu ta’ wara tal-kwadrant fil-magna 3-D H. L-angolu attwali tat-torso jikkorrispondi teoretikament mal-angolu tat-torso ddisinjat (għal tolleranzi ara l-paragrafu 3.2.2 taħt);

2.7.

“L-angolu tad-disinn tat-torso” tfisser il-kejl ta’ angolu bejn linja vertikali mill-punt “R” u l-linja tat-torso f’pożizzjoni li tikkorrispondi għall-pożizzjoni tad-disinn tad-dahar tas-sit stabbilita mill-manifattur tal-vettura;

2.8.

“Il-pjan ċentrali tal-okkupant” (C/LO) ifisser il-pjan medjan tal-magna 3-DH pożizzjonat f’kull pożizzjoni ta’ bilqiegħda ddisinjata; hija rappreżentata mill-koordinati tal-punt “H” fuq l-assi tal-“Y”. Għal sits individwali, il-pjan ċentrali tas-sit jikkoinċidi mal-pjan ċentrali tal-okkupant. Għal sits oħra, il-pjan ċentrali tal-okkupant jkun speċifikat mill-manifattur;

2.9.

“Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza” tfisser sistema skont kif deskritta fl-Appendiċi 2 għal dan l-anness;

2.10.

“Il-marki ta’ riferiment” huma punti fiżiċi (toqob, superfiċji, marki jew marki li juru qtugħ) fil-karozzerija tal-vettura skont kif iddefinit mill-manifattur;

2.11.

“Il-pożizzjoni ta’ kejl tal-vettura” tfisser il-pożizzjoni tal-vettura skont kif iddefinita mill-koordinati tal-marki ta’ riferiment fis-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

3.   IR-REKWIŻITI

3.1.   Il-preżentazzjoni tad-data

Għal kull pożizzjoni bilqiegħda fejn tkun meħtieġa data ta’ referenza sabiex tintwera konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti, għandha tkun ippreżentata għażla xierqa mid-data li ġejja jew id-data kollha li ġejja fil-forma indikata fl-Appendiċi 3 għal dan l-anness:

3.1.1.

il-koordinati tal-punt “R” b’mod relattiv għas-sistema tridimensjonali ta’ referenza;

3.1.2.

l-angolu tad-disinn tat-torso;

3.1.3.

l-indikazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun aġġustat is-sit (jekk ikun aġġustabbli) għall-pożizzjoni tal-kejl stabbilita fil-paragrafu 4.3 t’aktar ’l isfel.

3.2.   Ir-relazzjoni bejn id-data mkejla u l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn

3.2.1.

Il-koordinati tal-punt “H” u l-valur tal-angolu effettiv tat-torso miksub permezz tal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 t’aktar ’l isfel għandhom ikunu pparagunati, rispettivament, mal-koordinati tal-punt “R” u mal-valur tal-angolu tad-disinn tat-torso indikat mill-manifattur tal-vettura.

3.2.2.

Il-pożizzjonijiet relattivi tal-punt “R” u tal-punt “H” u r-relazzjoni bejn l-angolu tad-disinn tat-torso u l-angolu effettiv tat-torso għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti għall-pożizzjoni bilqiegħda konċernata jekk il-punt “H”, kif inhu ddefinit mill-koordinati tiegħu, ikun fi ħdan kwadru b’ġenb twil 50 mm bi ġnub orizzontali u vertikali li d-djagonali tagħhom jaqtgħu lil xulxin fil-punt “R”, u jekk l-angolu effettiv tat-torso jkun fi ħdan 5° mill-angolu tad-disinn tat-torso.

3.2.3.

Jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-punt “R” u l-angolu tad-disinn tat-torso, għandhom jintużaw biex juru konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.2.4.

Jekk il-punt “H” jew l-angolu effettiv tat-torso ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 t’aktar ’il fuq, il-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għandhom jiġu ddeterminati darbtejn oħra (tliet darbiet b’kollox). Jekk ir-riżultati ta’ tnejn minn dawn it-tliet operazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 3.2.3 t’aktar ’il fuq.

3.2.5.

Jekk ir-riżultat ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet operazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3.2.4 ta’ hawn fuq ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2.2 t’aktar ’il fuq, jew jekk il-verifika ma tistax issir minħabba li l-manifattur tal-vettura naqas milli jipprovdi l-informazzjoni rigward il-pożizzjoni tal-punt “R” jew rigward l-angolu tad-disinn tat-torso, għandu jintuża ċ-ċentru tal-massa tat-tliet punti mkejla jew il-medja tat-tliet angoli mkejla u għandu jitqies bħala applikabbli fil-każi kollha fejn il-punt “R” jew l-angolu tad-disinn tat-torso jissemma f’dan ir-Regolament.

4.   IL-PROĊEDURA GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PUNT “H” U TAL-ANGOLU EFFETTIV TAT-TORSO

4.1.   Il-vettura għandha tkun ikkondizzjonata minn qabel skont id-diskrezzjoni tal-manifattur, f’temperatura ta’ 20 + 10 °C sabiex ikun żgurat li l-materjal tas-sit jilħaq it-temperatura tal-kamra. Jekk is-sit li se jiġi kkontrollat qatt ma jkun poġġa ħadd fuqu, persuna jew apparat ta’ bejn is-70 u t-80 kg għandha tpoġġi fuqu għal darbtejn u għal minuta sabiex jintlewew il-kuxxin u d-dahar. Fuq it-talba tal-manifattur, il-montaturi kollha tas-sit m’għandhom jitgħabbew għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel l-installazzjoni tal-magna 3-D H.

4.2.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni tal-kejl iddefinita fil-paragrafu 2.11 t’aktar ’il fuq.

4.3.   Is-sit, jekk ikun aġġustabbli, għandu l-ewwel ikun aġġustat għall-pożizzjoni l-iktar lura fil-pożizzjoni normali tas-sewqan jew tal-ivvjaġġar, kif ikun indikat mill-manifattur tal-vettura, waqt li jitqies biss l-aġġustament lonġitudinali tas-sit, fejn jiġi eskluż l-ivvjaġġar fis-sit użat għal finijiet oħra li mhumiex il-pożizzjonijiet normali tas-sewqan jew tal-ivvjaġġar. Fejn ikunu jeżistu modi oħra ta’ aġġustament tas-sit (vertikali, angolari, tad-dahar tas-sit, eċċ) dawn se jkunu aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Għal sits bis-sospensjoni, il-pożizzjoni vertikali għandha tkun iffissata b’mod riġidu waqt li tikkorrispondi għal pożizzjoni normali ta’ sewqan kif inhu speċifikat mill-manifattur.

4.4.   L-erja tal-pożizzjoni bilqiegħda li tkun f’kuntatt mal-magna 3-D H għandha tkun miksija bi drapp tal-qoton tal-musulina, ta’ qies suffiċjenti u b’tessut adattat, deskritt bħala drapp tal-qoton sempliċi li jkollu 18,9 ħajt għal kull cm2 u li jiżen 0,228 kg/m2 jew li jkun drapp innitjat jew mhux minsuġ li jkollu karatteristiċi ekwivalenti. Jekk it-test isir fuq sit barra mill-vettura, l-art li fuqha jitqiegħed is-sit għandu jkollha l-istess karatteristiċi essenzjali (2) bħall-art tal-vettura li fiha jkun maħsub li għandu jintuża s-sit.

4.5.   Qiegħed is-sit u l-assemblaġġ tal-magna 3-DH sabiex il-pjan ċentrali tal-okkupant (C/LO) jaħbat mal-pjan ċentrali tal-magna 3-DH. Fuq it-talba tal-manifattur, il-magna 3-D H tista’ titmexxa ’l ġewwa rigward is-C/LO jekk il-magna 3-D H titqiegħed tant ’il barra li t-tarf tas-sit mhux se jippermetti l-livellar tal-magna 3-D H

4.6.   Qabbad l-assemblaġġi tas-sieq u tal-parti ta’ isfel tar-riġel mal-assemblaġġ tal-pjan tas-sedil, jew individwali jew permezz tat-T-bar u l-assemblaġġ tal-parti ta’ isfel tar-riġel. Linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt “H” għandha tkun parallela għall-art u perpendikulari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.   Aġġusta l-pożizzjonijiet tas-saqajn u tar-riġel tal-magna 3-D H kif ġej:

4.7.1.   Pożizzjoni bilqiegħda maħsuba: is-sewwieq u passiġġier fuq quddiem fuq in-naħa ta’ barra

4.7.1.1.

Il-montaturi tas-saqajn u tar-riġel għandhom jitmexxew ’il quddiem b’tali mod li s-saqajn jieħdu l-pożizzjonijiet naturali mal-art, bejn il-pedali operattivi jekk ikun meħtieġ. Fejn ikun possibbli, is-sieq xellugija għandha tinsab bejn wieħed u ieħor fl-istess distanza fuq ix-xellug tal-pjan ċentrali tal-magna 3-D H bħas-sieq leminija tkun fuq il-lemin. L-invell li jivverifika l-orjentazzjoni trasversali tal-magna 3-D H jinġieb fil-pożizzjoni orizzontali permezz tal-aġġustament mill-ġdid tal-qiegħ tas-sit jekk ikun meħtieġ, jew billi jiġu aġġustati l-montaturi tar-riġel u tas-sieq. Il-linja li tgħaddi mill-buttuni tal-vista tal-punt “H” għandha tinżamm perpendikulari għall-pjan ċentrali lonġitudinali tas-sit.

4.7.1.2.

Jekk ir-riġel xellugi ma jistax jinżamm parallel għar-riġel lemini u s-sieq xellugija ma tistax tiġi appoġġjata mill-istruttura, ċaqlaq is-sieq xellugija sakemm tkun appoġġjata. L-allinjament tal-buttuni tal-vista għandu jinżamm.

4.7.2.   Pożizzjoni bilqiegħda maħsuba: fuq wara fuq in-naħa ta’ barra

Għal sits ta’ wara jew għal sits awżiljarji, is-saqajn jinsabu kif jiġi speċifikat mill-manifattur. Jekk is-saqajn imbagħad iserrħu fuq partijiet tal-art li jkunu fuq livelli differenti, is-sieq li l-ewwel tiġi f’kuntatt mas-sit ta’ quddiem għandha sservi bħala referenza u s-sieq l-oħra għandha tkun irranġata b’tali mod li l-invell li jagħti l-orjentazzjoni trasversali tas-sit tal-apparat jindika l-linja orizzontali.

4.7.3.   Pożizzjonijiet bilqiegħda oħra maħsuba:

Il-proċedura ġenerali indikata fil-paragrafu 4.7.1 t’aktar ’il fuq għandha tkun segwita għajr għal dik li s-saqajn għandhom jitqiegħdu skont kif ġie speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

4.8.   Applika l-parti ta’ isfel tar-riġel u l-piżijiet tal-koxox u nvella l-magna 3-D H.

4.9.   Xaqleb il-pjan ta’ wara ’l quddiem kontra l-waqfa ta’ quddiem u iġbed il-magna 3-D H lil hinn mid-dahar tas-sit bl-użu tat-T-bar. Qiegħed mill-ġdid il-magna 3-D H fuq is-sit permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

4.9.1.   Jekk il-magna 3-D H jkollha t-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Ħalli l-magna 3-D H tiżżerżaq lura sakemm ma tkunx aktar meħtieġa tagħbija orizzontali ’l quddiem li trażżan fuq it-T-bar, jiġifieri sakemm il-qiegħ tas-sit jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit. Jekk ikun meħtieġ, qiegħed mill-ġdid fil-pożizzjoni tiegħu r-riġel t’isfel.

4.9.2.   Jekk il-magna 3-D H ma jkollhiex it-tendenza li tiżżerżaq lura, uża l-proċedura li ġejja. Żerżaq il-magna 3-D H lura billi tapplika tagħbija orizzontali lura fuq it-T-bar sakemm il-qiegħ tas-sit jiġi f’kuntatt mad-dahar tas-sit. (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 għal dan l-anness).

4.10.   Applika tagħbija ta’ 100 + 10 N fuq il-montatura tad-dahar u tal-qiegħ tal-magna 3-D H fejn jissallbu l-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn u l-kisi tat-T-bar. Id-direzzjoni tal-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tinżamm matul linja li tgħaddi mal-intersezzjoni ta’ fuq għal punt eżatt fuq il-housing tal-bar tal-koxxa (ara l-figura 2 tal-Appendiċi 1 ma’ dan l-Anness) Imbagħad bil-mod reġġa’ lura l-pjan tad-dahar għad-dahar tas-sedil. Trid tingħata attenzjoni tul il-bqija tal-proċedura sabiex ma jitħalliex li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem.

4.11.   Installa l-piżijiet tal-lemin u tax-xellug tal-warrani u mbagħad, b’mod alternattiv, it-tmien piżijiet tat-torso. Żomm il-livell tal-magna 3-D H.

4.12.   Inklina l-qiegħ ta’ wara ’il quddiem biex tneħħi t-tensjoni minn fuq id-dahar tas-sit. Ċaqlaq il-magna 3-D H minn naħa għall-oħra f’ark ta’ 10° (5° fuq kull naħa tal-pjan ċentrali vertikali) għal tliet ċikli sħaħ biex tneħħi kwalunkwe frizzjoni li tkun inġemgħet bejn il-magna 3-D H u s-sit.

Waqt l-azzjoni ta’ ċaqliq, it-T-bar tal-magna 3-D H jista’ jkollha t-tendenza li tiżvija mill-allinjament orizzontali u vertikali speċifikat. It-T-bar għandu għalhekk jinżamm bl-applikazzjoni ta’ tagħbija laterali xierqa matul il-movimenti ta’ tbandil. Għandha tingħata attenzjoni waqt li tinżamm it-T-bar u waqt li tiġi mċaqilqa l-magna 3-D H sabiex ikun żgurat li l-ebda tagħbija esterna involontarju a tkun applikata f’direzzjoni vertikali jew ’il quddiem u lura.

Is-saqajn tal-magna 3-D H m’għandhomx ikunu mrażżna jew miżmuma waqt dan il-pass. Jekk is-saqajn jibdlu l-pożizzjoni, għall-mument għandhom jitħallew jibqgħu f’dik il-pożizzjoni.

B’attenzjoni rritorna l-qiegħ ta’ wara lejn id-dahar tas-sit u kkontrolla li ż-żewġ invelli jkunu fil-pożizzjoni żero. Jekk ikun sar kwalunkwe moviment tas-saqajn matul l-operazzjoni taċ-ċaqliq tal-magna 3-D H, iridu jitqiegħdu mill-ġdid fili-pożizzjoni kif ġej:

 

B’mod alternattiv, għolli kull sieq mill-art l-ammont minimu meħtieġ sakemm ma jkun hemm l-ebda moviment tas-saqajn addizzjonali. Waqt li tkun qed tgħolli, is-saqajn għandhom ikunu ħielsa li jduru; u m’għandha tiġi applikata l-ebda tagħbija ’il quddiem jew fil-ġenb. Meta kull sieq titqiegħed lura fil-pożizzjoni mal-art, l-għarqub għandu jkun f’kuntatt mal-istruttura maħsuba għal dan.

 

Ikkontrolla li l-invell laterali jkun fil-pożizzjoni żero; jekk ikun meħtieġ, applika tagħbija laterali fil-quċċata tal-qiegħ ta’ wara li tkun suffiċjenti biex ikun livellat il-qiegħ tas-sit tal-magna 3-D H fuq is-sit.

4.13.   Waqt li żżomm it-T-bar biex ma tħalliex li l-magna 3-D H tiżżerżaq ’il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit, ipproċedi kif ġej:

(a)

irritorna l-qiegħ ta’ wara lejn id-dahar tas-sit;

(b)

b’mod alternattiv applika u erħi tagħbija orizzontali lura, li ma teċċedix il-25 N, lejn l-iżbarra tal-angolu ta’ wara f’għoli li bejn wieħed u ieħor ikun fiċ-ċentru tal-piżijiet tat-torso sakemm il-kwadrant tal-angolu tal-koxxa jindika li intlaħqet pożizzjoni stabbli wara li t-tagħbija tħalliet. dan għandu jsir bil-għaqal sabiex ikun assigurat li ebda tagħbija esterjuri ’l isfel jew laterali ma hi applikata għall-magna 3-D H. Jekk livell ieħor ta’ aġġustament tal-magna 3-D H hu neċessarju, dawwar il-pjan tad-dahar ’il quddiem, erġa’ nvella, u rrepeti l-proċedura mill-paragrafu 4.12.

4.14.   Ħu l-qisien kollha ta’ dawn li ġejjin:

4.14.1.   Jitkejlu l-koordinati tal-punt “H” rigward is-sistema tridimensjonali ta’ referenza.

4.14.2.   L-angolu effettiv tat-torso jinqara fil-kwadrant tal-angolu tad-dahar tal-magna 3-D H bis-sonda tkun f’pożizzjoni għal kollox lura.

4.15.   Jekk tkun mixtieqa ripetizzjoni tal-installazzjoni tal-magna 3-D H, il-montatura tas-sit għandu tibqa’ mhux mgħobbija għal perjodu minimu ta’ 30 minuta qabel ir-ripetizzjoni. Il-magna 3-D H m’għandhiex titħalla mgħobbija fuq il-montatura tas-sit għal iktar mill-ħin meħtieġ biex jitwettaq it-test.

4.16.   Jekk is-sits fl-istess ringiela jistgħu jitqiesu bħala simili (sit għal tnejn minn nies jew aktars, sits identiċi, eċċ) għandu jkun iddeterminat biss punt “H” wieħed u “angolu effettiv tat-torso” wieħed għal kull ringiela ta’ sits, bil-magna 3-D H deskritta fl-Appendiċi 1 għal dan l-anness tkun bilqiegħda f’post meqjus bħala rappreżentattiv għar-ringiela. Dan il-post għandu jkun:

4.16.1.

fil-każ tar-ringiela ta’ quddiem, is-sit tas-sewwieq;

4.16.2.

fil-każ tar-ringiela jew tar-ringieli ta’ wara, sit fuq in-naħa ta’ barra.


(1)  Fi kwalunkwe pożizzjoni bilqiegħda għajr dik tas-sits ta’ quddiem fejn il-punt “H” ma jistax ikun iddeterminat billi tintuża l-“magna tridimensjonali tal-punt ‘H’ ” jew il-proċeduri, il-punt “R” indikat mill-manifattur jista’ jitqies bħala referenza skont id-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti.

(2)  Angolu tal-inklinazzjoni, differenza fl-għoli ma’ mmuntar ta’ sit, superfiċje.

Appendiċi 1

DESKRIZZJONI TAL-MAGNA TRIDIMENSJONALI TAL-PUNT “H”  (*)

(magna 3-D H)

1.   IL-QIGĦAN TAD-DAHAR U TAS-SIT

Il-qigħan tad-dahar tas-sit huma mibnija minn plastik u minn metall rinforzat; huma jagħmluha ta’ torso u ta’ koxxa umana u huma mekkanikament impernjati fil-punt “H”. Kwadrant ikun marbut mas-sonda impernjata fil-punt “H” sabiex ikejjel l-angolu effettiv tat-torso. Żbarra aġġustabbli tal-koxxa, imwaħħla mal-qiegħ tas-sit, tistabbilixxi l-linja ċentrali tal-koxxa u sservi bħala linja bażi għall-kwadrant tal-angolu tal-ġenbejn.

2.   L-ELEMENTI TAL-ĠISEM U TAR-RIĠEL

Is-segmenti t’isfel tar-riġel huma marbuta mal-assemblaġġ tal-pjan tas-sedil fit-T-bar li jgħaqqad l-irkupptejn, li huwa estensjoni laterali tal-iżbarra tal-koxxa aġġustabbli. Il-kwadranti jiġu inkorporati fis-segmenti t’isfel tar-riġel biex jitkejlu l-angoli tal-irkoppa. Il-montaturi taż-żarbun u tas-sieq huma kkalibrati sabiex jitkejjel l-angolu tas-sieq. Żewġ invelli jorjentaw l-apparat fl-ispazju disponibbli. It-tagħbijiet tal-element tal-ġisem jitqiegħdu fiċ-ċentri tal-gravità korrispondenti sabiex jipprovdu penetrazzjoni fis-sit ekwivalenti għal raġel ta’ 76 kg. Għandhom ikunu kkontrollati l-ġogi kollha tal-magna 3-D H għal moviment ħieles mingħajr ma wieħed jiltaqa’ ma frizzjoni li wieħed jinnotaha mill-ewwel.

Figura 1

L-ispeċifikazzjoni tal-elementi tal-magna 3-D H

Image

Figura 2

Id-dimensjonijiet tal-elementi tal-magna 3-D H u d-distribuzzjoni tat-tagħbija

Image


(*)  Għad-dettalji tal-binja tal-magna 3-D H irreferi għas- Society of Automobile Engineers [Soċjetà tal-Inġiniera tal-Karozzi] (SAE), 400 Commonwealth Drive, Warrendale, Pennsylvania 15096, United States of America.

Il-magna tikkorrispondi għal dik deskritta fl-Istandard ISO 6549:1980.

Appendiċi 2

SISTEMA TA’ REFERENZA TRI-DIMENSJONALI

1.

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza hija ddefinita minn tliet pjani ortogonali stabbiliti mill-manifattur tal-vettura (ara l-figura). (*)

2.

Il-pożizzjoni tal-kejl tal-vettura tiġi stabbiliti billi l-vettura titqiegħed fuq is-superfiċje ta’ appoġġ b’tali mod li l-koordinati tal-marki ta’ riferiment jikkorrispondu għall-valuri indikati mill-manifattur.

3.

Il-koordinati tal-punt “R” u tal-punt “H” jiġu stabbiliti f’relazzjoni għall-marki ta’ riferiment iddefiniti mill-manifattur tal-vettura

Figura

Is-sistema tridimensjonali ta’ referenza

Image


(*)  Is-sistema ta’ referenza tikkorrispondi għall-Istandard ISO 4130:1978.

Appendiċi 3

ID-DATA TA' REFERENZA LI TIKKONĊERNA L-POŻIZZJONIJIET BILQIEGĦDA

1.   L-IKKODIFIKAR TAD-DATA TA’ REFERENZA

Id-data ta’ referenza hija elenkata b'mod konsekuttiv għal kull pożizzjoni bilqiegħda. Il-pożizzjonijiet bilqiegħda huma identifikati b'kodiċi ta’ żewġ figuri. L-ewwel figura hija numru Għarbi u tindika r-ringiela tas-sits, li tingħadd minn quddiem għal wara tal-vettura. It-tieni figura hija ittra kapitali li tindika fejn tinsab il-pożizzjoni bilqiegħda f'ringiela, kif tidher fid-direzzjoni ta’ moviment 'il quddiem tal-vettura; għandhom jintużaw l-ittri li ġejjin:

L

=

xellug

C

=

ċentru

R

=

lemin

2.   ID-DESKRIZZJONI TAL-POŻIZZJONI TAL-KEJL TAL-VETTURA

2.1.   Il-koordinati tal-marki ta’ riferiment

X …

Y …

Z …

3.   IL-LISTA TAD-DATA TA’ REFERENZA

3.1.   Pożizzjoni bilqiegħda: …

3.1.1.   Il-koordinati tal-punt “R”

X …

Y …

Z …

3.1.2.   L-angolu tad-disinn tat-torso: …

3.1.3.   L-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tas-sit (*)

orizzontali: …

vertikali: …

angulari: …

angolu tat-torso: …

Nota: Elenka d-data ta’ referenza għal aktar pożizzjonijiet bilqiegħda skont il-paragrafi 3.2, 3.3, eċċ.


(*)  Aqta’ barra dak li ma japplikax


ANNESS 16

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦAĊ-ĊINTURINI TAS-SIGURTÀ U GĦALL-APPARATI LI JIĠBDU LURA

Kategorija tal-Vettura

Il-pożizzjonijiet bilqiegħda li jħarsu lura

Iħarsu lura

Pożizzjonijiet bilqiegħda

Il-pożizzjonijiet bilqiegħda fuq in-naħa ta’ barra

Il-pożizzjoni bilqiegħda ċentrali

Quddiem

Mhux ta’ quddiem

Quddiem

Mhux ta’ quddiem

M1

Ar4 m

Ar4 m

Ar4 m

Ar4 m

B, Br3, Br4 m

M2 ≤ 3,5 t

Ar4 m, Ar4Nm

Ar4 m, Ar4Nm

Ar4 m, Ar4Nm

Ar4 m, Ar4Nm

Br3, Br4 m, Br4Nm

M2 > 3,5 t

M3

Br3, Br4 m, Br4Nm, jew Ar4 m jew Ar4Nm •

Br3, Br4 m, Br4Nm, jew Ar4 m jew Ar4Nm •

Br3, Br4 m, Br4Nm jew Ar4 m jew Ar4Nm •

Br3, Br4 m, Br4Nm jew Ar4 m jew Ar4Nm •

Br3, Br4 m, Br4Nm

Ara l-paragrafu 8.1.7 għall-kondizzjonijiet meta huwa permess ċinturin fuq il-ħoġor

Ara l-paragrafu 8.1.7 għall-kondizzjonijiet meta huwa permess ċinturin fuq il-ħoġor

Ara l-paragrafu 8.1.7 għall-kondizzjonijiet meta huwa permess ċinturin fuq il-ħoġor

Ara l-paragrafu 8.1.7 għall-kondizzjonijiet meta huwa permess ċinturin fuq il-ħoġor

 

N1

Ar4 m, Ar4Nm

Ar4 m, Ar4Nm, Br4Nm Ø

B, Br3, Br4 m, Br4Nm jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*) (1)

B, Br3, Br4 m, Br4Nm

B, Br3, Br4 m, Br4Nm

 

Paragrafu 8.1.2.1 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor huwa permess jekk ’il ġewwa mill-passaġġ

Il-paragrafu 8.1.6 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor permess jekk il-windskrin mhix fiż-żona ta’ referenza

 

 

N2

N3

Br3, Br4 m, Br4Nm jew Ar4 m, Ar4Nm (*)

B, Br3, Br4 m, Br4Nm

B, Br3, Br4 m, Br4Nm, jew A, Ar4 m, Ar4Nm (*)

B, Br3, Br4 m, Br4Nm

B, Br3, Br4 m, Br4Nm

8.1.6 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor permess jekk il-windskrin mhix fiż-żona ta’ referenza u għas-sit tas-sewwieq. Il-paragrafi

 

Il-paragrafu 8.1.6 ċinturin ta’ fuq il-ħoġor permess jekk il-windskrin mhix fiż-żona ta’ referenza

 

 

A:

ċinturin bi tliet ponot (fuq il-ħoġor u dijagonali)

3:

apparat li jiġbed lura li jissakkar awtomatikament

(*)

Tirreferi għall-paragrafu 8.1.6 ta’ dan ir-Regolament ()

B:

Ċinturin b’żewġ ponot (tal-ħoġor)

4:

apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza

Ø:

Tirreferi għall-paragrafu 8.1.2.1 ta’ dan Ir-Regolament

r:

apparat li jiġbed lura

N:

limitu ogħla ta’ reazzjoni

•:

Tirreferi għall-paragrafu 8.1.7 ta’ dan ir-Regolament ()

m:

apparat li jiġbed lura li jissakkar f’emerġenza b’sensittività multipla

(ara l-paragrafi 2.14.3 u 2.14.5 r-Regolament Nru 16)


(1)  Erratum għas-Suppliment 12 tas-serje 04 ta’ emendi, applikabbli “ab initio.”

(2)  Erratum għar-Reviżjoni 4, applikabbli “ab initio.”

Nota:

Fil-każijiet kollha, iċ-ċinturini kollha tat-tip S jistgħu jitwaħħlu minflok iċ-ċinturini tat-tip A jew B kollha possibbli, sakemm l-ankraġġi tagħhom jikkonformaw mar-Regolament Nru 14.

Fejn ċinturin li jikkontrolla ċ-ċaqliq ġie approvat bħala ċinturin tat-tip S skont dan ir-Regolament, billi ntużaw iċ-ċinga taċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, iċ-ċineg taċ-ċinturin ta’ fuq l-ispalla u possibbilment apparat li jiġbed lura wieħed jew aktar, tista’ tkun provduta mill-manifattur/applikant ċinga ta’ bejn il-koxox waħda jew tnejn addizzjonali inklużi ż-żjidiet tagħhom għall-ankraġġi tagħhom. Dawn l-ankraġġi addizzjonali m’hemmx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 14 (Erratum għas-Suppliment 14 tas-serje 04 ta’ emendi, applikabbli “ab initio.”)


ANNESS 17

IR-REKWIŻITI GĦALL-INSTALLAZZJONI TAĊ-ĊINTURINI TAS-SIGURTÀ U TAS-SISTEMI TA’ TRAŻŻIN GĦALL-OKKUPANTI ADULTI TA’ VETTURI MOTORIZZATI FUQ SITS LI JĦARSU ’l QUDDIEM U GĦALL-INSTALLAZZJONI TA’ SISTEMI ISOFIX GĦAT-TRAŻŻIN TAT-TFAL

1.   IL-KOMPATIBILITÀ MAS-SISTEMI TA’ TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

1.1.

Fil-manwal tal-vettura, il-manifattur tal-vettura għandu jinkludi pariri dwar kemm tkun adattata kull pożizzjoni tas-sit tal-passiġġieri biex jinġarru t-tfal li għandhom sa 12-il sena (jew mhumiex itwal minn 1.5 m), jew għat-twaħħil tas-sistemi ta’ trażżin għat-tfal. Din l-informazzjoni għandha tingħata fl-ilsien nazzjonali, jew għall-inqas f’wieħed mill-ilsna nazzjonali, tal-pajjiż fejn il-vettura tiġi offruta għall-bejgħ.

Għal kull pożizzjoni tas-sit tal-passiġġieri li jħares ’il quddiem, u għal kull pożizzjoni ISOFIX, il-manifattur għandu jew:

(a)

Jindika li l-pożizzjoni tas-sit hija adattata għat-trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali” (ara l-paragrafu 1.2 aktar ’l isfel);

(b)

Jindika jekk il-pożizzjoni ISOFIX tas-sit hijiex adattata għas-sistemi ISOFIX għat-trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali” (ara l-paragrafu 1.2 t’aktar ’l isfel);

(c)

Jipprovdi lista ta’ sistemi ta’ trażżin għat-tfal tal-kategoriji “semiuniversali”, “ristretti” jew “speċifiċi għall-vettura”, li huma adattati għal dik il-pożizzjoni tas-sit tal-vettura, fejn jiġi(u) indikat(i) l-grupp(i) tal-massa li għalihom huwa maħsub it-trażżin;

(d)

Jipprovdi lista ta’ sistemi ta’ trażżin ISOFIX tal-kategoriji “semiuniversali”, “ristretti” jew “speċifiċi għall-vettura”, li huma adattati għal dik il-pożizzjoni ISOFIX tal-vettura, fejn jiġi indikat il-grupp tal-massa u l-klassi tad-daqs ISOFIX li għalihom huma maħsuba s-sistemi tat-trażżin ISOFIX;

(e)

Jipprovdi sistema tat-trażżin għat-tfal inkorporat, fejn jiġi(u) indikat(i) l-grupp(i) tal-massa li għalihom huwa maħsub it-trażżin u l-konfigurazzjoni(jiet) korrispondenti;

(f)

Jipprovdi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ (a), (b), (c), (d), (e);

(g)

Jindika l-grupp(i) tal-massa tat-tfal li m’għandhomx jinġarru f’dik il-pożizzjoni tas-sit.

Jekk pożizzjoni ta’ sit hija adattata biss biex tintuża ma’ sistemi tat-trażżin għat-tfal li jħarsu ’l quddiem, dan għandu jkun indikat.

Tabelli f’format adattat għal din l-informazzjoni t’hawn fuq jingħataw fl-Appendiċi 3 għal dan l-anness.

1.2.

Sistema ta’ trażżin tat-tfal jew sistema ISOFIX ta’ trażżin għat-tfal, tal-kategorija universali tfisser sistema għat-trażżin tat-tfal approvata lill-kategorija “universali” tar-Regolament Nru 44, Suppliment 5 tas-serje 03 ta’ emendi. Il-pożizzjonijiet tas-sit, jew il-pożizzjonijiet ISOFIX, li jiġu indikati mill-manifattur tal-vettura bħala li huma adattati għall-installazzjoni tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal jew sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1 jew 2 ta’ dan l-anness. Fejn applikabbli, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu simultanju ta’ pożizzjonijiet maġenba ta’ sistemi ISOFIX ta’ trażżin tat-tfal u/jew bejn pożizzjonijiet ISOFIXS u pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ adulti għandhom jiġu rrappurtati fit-tabella 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

Appendiċi 1

ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-INSTALLAZZJONI TAS-SISTEMI TAT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL TAL-KATEGORIJA “UNIVERSALI” INSTALLATI BL-APPARAT TAĊ-ĊINTURINI TAS-SIGURTÀ TAL-VETTURA

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-proċedura tat-test u r-rekwiżiti f’dan l-appendiċi għandhom jintużaw biex ikun iddeterminat kemm huma adattati l-pożizzjonijiet tas-sit għall-installazzjoni tat-trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali”.

1.2.

It-testijiet jistgħu jitwettqu fil-vettura jew f’parti rappreżentattiva tal-vettura.

2.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

2.1.

Aġġusta s-sit għall-pożizzjonijiet għal kollox lura u l-aktar baxxa.

2.2.

Aġġusta l-angolu tad-dahar tas-sit għall-pożizzjoni tad-disinn tal-manifattur. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għandu jintuża angolu ta’ 25 grad mill-vertikali, jew l-eqreb pożissjoni fissa tad-dahar tas-sit.

2.3.

Iffissal-ankraġġ tal-ispalla għall-aktar pożizzjoni baxxa.

2.4.

Qiegħed biċċa tal-qoton fuq id-dahar tas-sit u fuq il-kuxxin.

2.5.

Qiegħed l-oġġett iffissat fil-post (kif deskritt fil-figura 1 ta’ dan l-appendiċi) fuq is-sit tal-vettura.

2.6.

Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija maħsuba biex takkomoda sistemi ta’ trażżin universali li tħares ’il quddiem jew lura, ipproċedi skont il-paragrafi 2.6.1, 2.7, 2.8, 2.9 u 2.10. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija maħsuba biex takkomoda biss sistema ta’ trażżin li tħares ’il quddiem, ipproċedi skont il-paragrafi 2.6.2, 2.7, 2.8, 2.9 u 2.10.

2.6.1.

Irranġa ċ-ċinga taċ-ċinturin tas-sigurtà madwar l-oġġett iffissat fil-post bejn wieħed u ieħor fil-pożizzjoni korretta kif jintwera fil-figuri 2 u 3, imbagħad aqfel il-bokkla.

2.6.2.

Irranġa ċ-ċinga ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin tas-sigurtà bejn wieħed u ieħor fil-pożizzjoni korretta madwar il-parti t’isfel tal-oġġett iffissat fil-post b’radju ta’ 150 mm kif jintwera fil-figura 3, imbagħad aqfel il-bokkla.

2.7.

Żgura ruħek li l-oġġett iffissat fil-post jinsab bil-linja ċentrali tiegħu fuq il-linja ċentrali apparenti tal-pożizzjoni bilqiegħda ± 25 mm bil-linja ċentrali tiegħu parallela għal-linja ċentrali tal-vettura.

2.8.

Żgura ruħek li l-partijiet laxki kollha tal-istrixxi jitneħħew. Uża forza suffiċjenti biex tneħħi l-parti laxka, tippruvax iżżid it-tensjoni tal-istrixxi.

2.9.

Imbotta lura fuq iċ-ċentru tal-parti ta’ quddiem tal-oġġett iffissat fil-post b’forza ta’ 100 N ± 10 N, applikata b’mod parallel għas-superfiċje t’isfel, u neħħi l-forza.

2.10.

Imbotta b’mod vertikali ’l isfel fuq iċ-ċentru tas-superfiċje ta’ fuq tal-oġġett iffissat fil-post b’forza 100 N ± 10 N, u neħħi l-forza.

3.   IR-REKWIŻITI

3.1.

Il-bażi tal-oġġett iffissat fil-post għandu jiġi f’kuntatt kemm mal-parti ta’ quddiem kif ukoll ma’ dik ta’ wara tas-superfiċje tal-kuxxin. Jekk kuntatt ta’ din ix-xorta ma jseħħx minħabba l-vojt fl-aċċess għaċ-ċinturin fl-oġġett iffissat fil-post tat-test, dan il-vojt jista’ jiġi kopert f’linja mas-superfiċje tal-qiegħ tal-oġġett iffissat fil-post tat-test.

3.2.

Il-parti ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin għandha tmiss l-oġġett iffissat fil-post fuq iż-żewġ naħat fuq in-naħa ta’ wara tal-mogħdija taċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor (ara l-figura 3).

3.3.

Jekk ir-rekwiżit t’hawn fuq ma jiġux sodisfatti bl-aġġustamenti indikati fil-paragrafi 2.1, 2.2 u 2.3, l-ankraġġi tas-sit, tad-dahar tas-sit u taċ-ċinturin tas-sigurtà jistgħu jiġu aġġustati għal pożizzjoni alternattiva maħsuba mill-manifattur għal użu normali fejn il-proċedura tal-installazzjoni t’aktar ’il fuq għandha tiġi ripetuta, u r-rekwiżiti vverifikati u sodisfatti għal darb’oħra. Din il-pożizzjoni alternattiva għandha tiġi inkluża bħala informazzjoni fit-tabella 1 li tingħata fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

Figura 1

L-ispeċifikazzjonijiet tal-oġġett iffissat

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

Installazzjoni tal-fixture fuq is-sit tal-vettura (ara l-paragrafu 2.6.1)

Image

Figura 3

Iċċekkja għall-kompatibilità (ara l-paragrafi 2.6.1 u 3.2)

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW L-INSTALLAZZJONI TAS-SISTEMI ISOFIX TAT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL LI JĦARSU LURA U LI JĦARSU ’l QUDDIEM TAL-KATEGORIJI UNIVERSALI U SEMIUNIVERSALI INSTALLATI F’POŻIZZJONIJIET ISOFIX

1.   ĠENERALI

1.1.

Il-proċedura tat-test u r-rekwiżiti f’dan l-appendiċi għandhom jintużaw biex ikun iddeterminat kemm huma adattati l-pożizzjonijiet ISOFIX tas-sit għall-installazzjoni ta’ sistemi ISOFIX tat-trażżin għat-tfal tal-kategoriji universali u semi universali.

1.2.

It-testijiet jistgħu jitwettqu fil-vettura jew f’parti rappreżentattiva tal-vettura.

2.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

Għal kwalunkwe pożizzjoni ISOFIX fil-vettura, kif indikat mill-manifattur tal-karozza, fit-tabella 2 tal-Appendiċi 3, għandu jiġi ċċekkjat jekk tkunx possibbli li takkomoda l-fixture(s) korrispondenti għat-trażżin tat-tfal (CRF):

2.1.

Meta jkun qed jiġi ċċekkjat CRF fuq sit, dan is-sit jista’ jiġi aġġustat lonġitudinalment sal-iktar pożizzjoni lura tiegħu u l-iktar pożizzjoni baxxa tiegħu.

2.2.

Aġġusta l-angolu tad-dahar tas-sit sal-pożizzjoni tad-disinn tal-manifattur u l-parti għar-ras fl-iktar pożizzjoni baxxa u lura. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għandu jintuża angolu tad-dahar tas-sit li jikkorrispondi ma’ angolu tat-torsi ta’ 25° mal-vertikal, jew mill-eqreb pożizzjoni fissa tad-dahar tas-sit.

Meta jiġi ċċekkjat CRF fuq sit ta’ wara, is-sit tal-vettura li jinsab quddiem dan is-sit ta’ wara jista’ jiġi aġġustat lonġitudinalment ’il quddiem iżda mhux iktar mill-pożizzjoni tan-nofs bejn il-pożizzjonijiet l-iktar ’il quddiem u l-iktar lura. L-angolu tad-dahar tas-sit jista’ jiġi aġġustat ukoll, iżda mhux għal angolu iktar wieqaf minn angolu li jikkorrispondi għal angolu tat-torso ta’ 15°.

2.3.

Qiegħed biċċa tal-qoton fuq id-dahar tas-sit u fuq il-kuxxin.

2.4.

Qiegħed is-CRF fil-pożizzjoni ISOFIX.

2.5.

Imbotta, lejn is-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX, fiċ-ċentru bejn l-ankraġġi ISOFIX b’forza ta’ 100 N ± 10 N, applikata b’mod parallel għas-superfiċje t’isfel, u neħħi l-forza.

2.6.

Waħħal is-CRF mas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

2.7.

Imbotta b’mod vertikali ’l isfel fuq iċ-ċentru tas-superfiċje ta’ fuq tal-oġġett iffissat fil-post b’forza 100 N ± 10 N, u neħħi l-forza.

3.   IR-REKWIŻITI

Il-kundizzjonijiet tat-test li ġejjin japplikaw biss għas-CRF(S) meta jkunu akkomodati fil-pożizzjoni ISOFIX. Mhux meħtieġ li s-CRF(s) għandhom ikunu jistgħu jiċċaqilqu ’l ġewwa u ’l barra mill-pożizzjoni ISOFIX taħt dawn il-kundizzjonijiet.

3.1.

Għandu jkun possibbli li s-CRF(s) jiġu akkomodati mingħajr interferenza bl-interjur tal-vettura. Il-bażi tas-CRF għandu jkollu angolu ta’ elevazzjoni 15° ± 10°, fuq il-pjan orizzontali li jgħaddi mis-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX.

3.2.

L-ankraġġ top tether ISOFIX, jekk ikun hemm, għandu jibqa’ aċċessibbli.

3.3.

Jekk ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq ma jiġux sodisfatti bl-aġġustamenti indikati fil-paragrafu 2 hawn fuq, is-sitijiet, id-dhur tas-sitijiet, il-partijiet għar-ras jistgħu jiġu aġġustati għall-pożizzjonijiet alternattivi ddeżinjati mill-manifattur għall-użu normali u mbagħad il-proċedura ta’ installazzjoni għandha tiġi ripetuta u r-rekwiżiti verifikati u sodisfatti. Dawn il-pożizzjonijiet alternattivi għandhom jiġu inklużi bħala informazzjoni fit-tabella 2 mogħtija fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

3.4.

F’każ li r-rekwiżiti ta’ hawn fuq ma jiġux sodisfatti meta jkun hemm preżenti xi fittings tal-intern li jistgħu jitneħħew, dawn il-fittings għandhom jitneħħew u mbagħad, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 għandhom jiġu vverifikati għal darb’oħra u sodisfatti. F’każ bħal dan, l-informazzjoni korrispondenti għandha tiġi inkluża fit-tabella 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

4.   KLASSIJIET U FIXTURES TAS-SISTEMA GĦAT-TRAŻŻIN TAT-TFAL ISOFIX

A

ISO/F3: CRS b’għoli sħiħ tħares ’il quddiem għal tfal żgħar

B

ISO/F2: CRS b’għoli mnaqqas tħares ’il quddiem għal tfal żgħar

B1

ISO/F2X: CRS b’għoli mnaqqas tħares ’il quddiem għal tfal żgħar

C

ISO/R3: CRS b’għoli sħiħ tħares lura għal tfal żgħar

D

ISO/R2: CRS b’għoli mnaqqas tħares lura għal tfal żgħar

E

ISO/R1: CRS tħares lura għat-trabi

F

ISO/L1: CRS b’pożizzjoni li tħares lateralment lejn ix-xellug (carry-cot)

G

ISO/L2: CRS b’pożizzjoni li tħares lateralment lejn il-lemin (carry-cot)

Il-fixtures hawn taħt għandhom jinbnew b’massa bejn 5 u 15-il kg u għandu jkollhom durabilità u ebusija xierqa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti funzjonali.

Il-Grupp skont il-Massa

Il-klassi tad-daqs ISOFIX

Fixture (CRF)

0 — Sa 10 kg

F

ISO/L1

G

ISO/L2

E

ISO/R1

0+ — sa 13-il kg

C

ISO/R3

D

ISO/R2

E

ISO/R1

I — 9 sa 18-il kg

A

ISO/F3

B

ISO/

B1

ISO/F2X

C

ISO/R3

D

ISO/R2

4.1.   Envelop ta’ CRS b’għoli sħiħ li jħarsu ’l quddiem għal tfal żgħar

Figura 1

ISO/F3 dimensjonijiet tal-envelop għal CRS b’għoli sħiħ li jħarsu ’l quddiem għal tfal żgħar (għoli 720 mm) DAQS ISOFIX TAL-KLASSI A

Image

4.2.   Envelop ta’ CRS b’għoli mnaqqas li jħarsu ’l quddiem għal tfal żgħar

Figura 2

ISO/F2 dimensjonijiet tal-envelop għal CRS b’għoli mnaqqas li jħarsu ’l quddiem għal tfal żgħarCRS, (għoli 650 mm) – DAQS ISOFIX TAL-KLASSI B

Image

4.3.   Envelop ta’ CRS b’għoli mnaqqas li jħarsu ’l quddiem għal tfal żgħar b’forma tad-dahar tat-tieni verżjoni

Figura 3

ISO/F2X dimensjonijiet tal-envelop għal CRS b’għoli mnaqqas li tħares ’il quddiem għal tfal żgħar b’forma tad-dahar tat-tieni verżjoni (għoli 650 mm) KLASSI TAD-DAQS ISOFIX B1

Image

4.4.   Envelop ta’ CRS b’għoli sħiħ li jħarsu lura għal tfal żgħar

Figura 4

ISO/R3 dimensjonijiet tal-envelop għal CRS b’għoli sħiħ li jħarsu lura għal tfal żgħar CRS DAQS ISOFIX TAL-KLASSI C

Image

4.5.   Envelop ta’ CRS b’għoli mnaqqas li tħares lura għal tfal żgħar

Figura 5

ISO/R2 dimensjonijiet tal-envelop għal CRS b’għoli mnaqqas li tħares lura għal tfal żgħar KLASSI TAD-DAQS ISOFIX D

Image

4.6.   Envelop tas-CRS li jħarsu lura

Figura 6

ISO/R1 dimensjonijiet tal-envelop għal CRS li tħares lura għat-trabi CRS ISOFIX KLASSI TAD-DAQS E

Image

4.7.   Envelop tas-CRS li jħarsu lateralment

Figura 7

Dimensjonijiet tal-envelep għal CRS b’pożizzjoni li tħares lateralment — ISO/L1 — KLASSI TAD-DAQS F jew simetrikament oppost — ISO/L2 — KLASSI ISOFIX G

Image

Appendiċi 3

Tabella 1

It-tabella tal-informazzjoni tal-manwal tal-vettura dwar kemm ikun adattat l-installazzjoni tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal għal diversi pożizzjonijiet bilqiegħda

Il-Grupp ta’ Massa

Pożizzjoni tas-sit (jew post ieħor)

Quddiem Passiġġier

Wara Fuq in-naħa ta’ barra

Wara Fin-nofs

Intermedju fuq in-naħa ta’ barra

Intermedju fin-nofs

grupp 0 sa 10 kg

 

 

 

 

 

grupp 0+ sa 13-il kg

 

 

 

 

 

grupp I 9 sa 18-il kg

 

 

 

 

 

grupp II 15 sa 25 kg

 

 

 

 

 

grupp III 22 sa 36 kg

 

 

 

 

 

Kodiċi tal-ittri li għandhom jiddaħħlu fit-tabella t’aktar ’il fuq:

U

=

Adattat għat-trażżin tal-kategorija “universali” approvat għall-użu f’dan il-grupp ta’ massa.

UF

=

Adattat għat-trażżin tal-kategorija “universali” li jħares ’il quddiem approvat għall-użu f’dan il-grupp ta’ massa.

L

=

Adattat għat-trażżin għat-tfal partikolari mogħti fil-lista mehmuża. Dan it-trażżin jista’ jkun tal-kategoriji “vettura speċifika”, “ristrett” jew “semiuniversali”.

B

=

Trażżin inkorporat approvat għal dan il-grupp ta’ massa.

X

=

Pożizzjoni tas-sit mhux adattat għat-tfal f’dan il-grupp ta’ massa.

Tabella 2

It-tabella tal-informazzjoni tal-manwal tal-vettura dwar l-adattabilità tal-installazzjoni tas-sistema ta’ trażżin għat-tfal isofix għal diversi pożizzjonijiet ISOFIX

Il-Grupp ta’ Massa

Daqs tal-klassijiet

Fixture

Pożizzjonijiet ISOFIX tal-vettura

 

 

 

Passiġġier ta’ quddiem

Wara Fuq in-naħa ta’ barra

Wara Fin-nofs

Intermedju fuq in-naħa ta’ barra

Intermedju fin-nofs

Siti oħra

carrycot

F

ISO/L1

 

 

 

 

 

 

G

ISO/L2

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

0 - sa 10 Kg

E

ISO/R1

 

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

0+ - sa 13-il kg

E

ISO/R1

 

 

 

 

 

 

D

ISO/R2

 

 

 

 

 

 

C

ISO/R3

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

I – 9 sa 18-il kg

D

ISO/R2

 

 

 

 

 

 

C

ISO/R3

 

 

 

 

 

 

B

ISO/F2

 

 

 

 

 

 

B1

ISO/F2X

 

 

 

 

 

 

A

ISO/F3

 

 

 

 

 

 

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

II – 15 sa 25 kg

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

III – 22 sa 36 kg

 

 (1)

 

 

 

 

 

 

Kodiċi tal-ittri li għandhom jiddaħħlu fit-tabella hawnl fuq

IUF

=

xierqa għal sistemi ISOFIX għat-trażżin tat-tfal li jħarsu ’l quddiem ta’ kategorija approvata għall-użu fil-grupp tal-massa

IL

=

xierqa għal sistemi partikolari ta’ trażżin tat-tfal ISOFIX (CRS) mogħtija fil-lista mehmuża. Dawn is-CRS ISOFIX huma dawk tal-kategoriji “vettura speċifika”, “ristretta” jew “semiuniversali”.

X

=

Il-pożizzjoni ISOFIX mhix adatta għal sistemi ta’ trażżin tat-tfal ISOFIX f’dan il-grupp tal-massa u/jew din il-klassi tad-daqs.


(1)  Għas-CRS li ma għandhiex l-identifikazzjoni ISO/XX tal-klassi tad-daqs (A sa G), għal grupp tal-massa applikabli, il-manifattur tal-vettura għandu jindika s-sistema (jew sistemi) speċifika ISOFIX għat-trażżin tat-tfal irrakkomandata għal kull pożizzjoni.

Appendiċi 4

Installazzjoni ta' manikin ta' 10 snin

(a)

Aġġusta s-sit għall-pożizzjonijiet għal kollox lura u l-aktar baxxa.

(b)

Aġġusta l-għoli tas-sit skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Fin-nuqqas tal-ispeċifikazzjonijiet, aġġusta s-sit għall-iktar pożizzjoni baxxa.

(c)

Aġġusta l-angolu tad-dahar tas-sit għall-pożizzjoni tad-disinn tal-manifattur. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, għandu jintuża angolu ta’ 25 grad mill-vertikali, jew l-eqreb pożissjoni fissa tad-dahar tas-sit.

(d)

Iffissal-ankraġġ tal-ispalla għall-aktar pożizzjoni baxxa.

(e)

Poġġi l-manikin fuq is-sit filwaqt li tiżgura li l-pelvi jkun f'kuntatt mad-dahar tas-sit.

(f)

Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja ċentrali tal-manikin ikun fuq il-linja ċentrali apparenti tal-pożizzjoni bilqiegħda.


ANNESS 18

TESTIJIET TAT-TFAKKIRA TAĊ-ĊINTURIN TAS-SIGURTÀ

1.   It-twissija tal-ewwel livell għandha tiġi ttestjata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Iċ-ċinturin tas-sigurtà mhux maqful;

(b)

Il-magna mitfija jew mhux ingranata u l-vettura mhux qed timxi 'l quddiem jew lura;

(c)

It-trażmissjoni tkun f'pożizzjoni newtrali;

(d)

Is-swiċċ tal-ignixin ikun mixgħul.

2.   It-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Iċ-ċinturin tas-sigurtà mhux maqful;

(b)

Il-vettura tat-test tinsaq b'kumbinazzjoni waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.3 ta’ dan l-anness skont l-għażla tal-manifattur.

2.1.   Aċċellera l-vettura tat-test għal 25 – 0/+10 km/h minn waqfien u kompli bl-istess veloċità.

2.2.   Il-vettura tat-test tinsaq 'il quddiem għallinqas 500 m minn pożizzjoni ta’ waqfien.

2.3.   Il-vettura tiġi ttestjata meta l-vettura tkun qed taħdem normalment għal mill-inqas 60 sekonda.

3.   Għal sistema li t-twissija tal-ewwel livell tieqaf wara ċertu perjodu ta’ ħin, it-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-anness wara li t-twissija tal-ewwel livell tkun ġiet deattivata. Għal sistema li t-twissija tal-ewwel livell ma tiqafx wara ċertu perjodu ta’ ħin, it-twissija tat-tieni livell għandha tiġi ttestjata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-anness filwaqt li t-twissija tal-ewwel livell tkun attivata.


Top