EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0758
Commission Implementing Regulation (EU) No 758/2011 of 1 August 2011 amending Regulation (EU) No 1291/2009 concerning the selection of returning holdings for the purpose of determining incomes of agricultural holdings
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 758/2011 tal- 1 ta' Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 758/2011 tal- 1 ta' Awwissu 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli
OJ L 199, 2.8.2011, p. 40–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 041 P. 293 - 296
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014; Imħassar b' 32014R1198
. Latest consolidated version: 09/08/2011
2.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/40 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 758/2011
tal-1 ta' Awwissu 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1291/2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jikkonċerna l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet bl-iskop li jiddeterminaw l-introjtu tal-azjendi agrikoli (2) jistabbilixxi l-limiti minimi għad-daqs ekonomiku tal-azjendi agrikoli għas-sena tal-kontabbiltà 2010 u s-snin tal-kontabbiltà sussegwenti. |
(2) |
Il-bidla strutturali fl-Irlanda wasslet għal tnaqqis fl-għadd tal-iżgħar azjendi u fil-kontribut tagħhom għall-produzzjoni agrikola totali , b'mod li ma għadux meħtieġ jiġu inklużi biex il-qasam tal-istħarriġ ikopri l-iktar parti rilevanti tal-attività agrikola. |
(3) |
Fil-każ ta' Franza, l-istruttura tas-settur agrikolu fid-diviżjonijiet ta' Guadeloupe, Martinique u La Réunion mhijiex riflessa mil-limitu applikabbli għal Franza kollha. |
(4) |
Għalhekk, fil-każ tal-Irlanda, qed jingħata l-parir li l-limitu għandu jitla' għal EUR 8 000 u fil-każ ta' Franza, il-limiti għad-diviżjonijiet ta' Guadeloupe, Martinique u La Réunion għandu jiġi stipulat għall-EUR 15 000. |
(5) |
Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1291/2009 l-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal Irlanda kien stipulat għal 1 300. Dan l-għadd ma nbidilx mill-1982, minkejja t-tnaqqis fl-għadd ta' azjendi fl-Irlanda u żieda fid-daqs medju tal-azjendi. Għandha għalhekk tinkiseb rappreżentanza sodisfaċenti b'kampjun iżgħar minn dak attwali. |
(6) |
Fil-każ ta' Franza, iż-żieda tad-diviżjonijiet ġodda ta' Guadeloupe, Martinique u La Réunion għandha tiġi riflessa u l-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet f'kull diviżjoni Franċiża għandu jiġi aġġustat għal livell li jiżgura li l-kampjun ikun rappreżentattiv b'mod sodisfaċenti. |
(7) |
Fil-każ tal-Ungerija jeħtieġ li jiġi rifless it-tnaqqis fl-għadd ta' diviżjonijiet. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta dwar il-Kontabbiltà tal-Irziezet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena tal-kontabbiltà 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.
(2) ĠU L 347, 24.12.2009, p. 14.
ANNESS
L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1291/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Ir-ringiela li tikkonċerna l-Irlanda għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Ir-ringiela li tikkonċerna lil Franza għandha tinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
Ir-ringiela li tirrigwarda l-Ungerija għandha tinbidel b'dan li ġej:
|