EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0712
Commission Implementing Regulation (EU) No 712/2011 of 20 July 2011 fixing the export refunds on pigmeat
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 712/2011 tal- 20 ta’ Lulju 2011 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 712/2011 tal- 20 ta’ Lulju 2011 li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
OJ L 190, 21.7.2011, p. 65–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2011; Imħassar b' 32011R1058
21.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/65 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 712/2011
tal-20 ta’ Lulju 2011
li jiffissa r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 164(2) u l-Artikolu 170 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti elenkati fil-parti XVII tal-Anness I għal dak ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni tista' tiġi koperta b'rifużjoni tal-esportazzjoni. |
(2) |
Minħabba l-qagħda preżenti tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu ffissati r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162, 163, 164, 167 u 169 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
L-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-rifużjoni tista' tvarja skont id-destinazzjoni, speċjalment fejn dan ikun meħtieġ minħabba fis-sitwazzjoni tas-suq dinji, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fl-Unjoni, u li jkollhom it-timbru sanitarju pprovdut fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jridu jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (3) kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
Ir-rifużjonijiet applikabbli bħalissa ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 399/2011 (5). Minħabba li għandhom ikunu ffissati rifużjonijiet ġodda, dak ir-Regolament għandu għalhekk jitħassar. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rifużjonjiet tal-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jingħataw għall-prodotti u għall-ammonti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, suġġetti għall-kundizzjoni pprovduta fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, għandhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-immarkar tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 399/2011 b'dan qed jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(5) ĠU L 105, 21.4.2011, p. 8.
ANNESS
Rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mill-21 ta’ Lulju 2011
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
0210 11 31 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 11 31 9910 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9300 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
1601 00 91 9120 |
A00 |
EUR/100 kg |
19,50 |
1601 00 99 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
15,20 |
1602 41 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
29,00 |
1602 41 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 42 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
22,80 |
1602 42 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 49 19 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti u l-kodiċi tad-destinazzjoni tas-serje «A » huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1). |