EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0347

2011/347/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Ġunju 2011 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u ta’ miżuri ta’ sorveljanza tal-bluetongue fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2006 u fl-2007 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4146)

OJ L 159, 17.6.2011, p. 105–106 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/347/oj

17.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/105


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Ġunju 2011

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u ta’ miżuri ta’ sorveljanza tal-bluetongue fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2006 u fl-2007

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4146)

(It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

(2011/347/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(4) u 3(6) tagħha,

Billi:

(1)

B’mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu Deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Bil-ħsieb li teqred il-bluetongue tal-ħnieżer malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 3(6) l-ewwel inċiż ta’ dik id-Deċiżjoni jistipula r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2). L-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar in-nefqa eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/20/KE li tikkonċerna l-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-implimentazzjoni ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u ta’ miżuri ta’ sorveljanza tal-bluetongue fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda din il-marda fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2006 u l-2007 (3) tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż imġarrba għall-implimentazzjoni ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u tas-sorveljanza tal-bluetongue. B’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni, ingħata l-ewwel pagament ta’ EUR 4 675.

(5)

Fid-29 ta’ April 2008, il-Pajjiżi l-Baxxi bagħtu talba uffiċjali għar-rimborż kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lill-Pajjiżi l-Baxxi permezz tal-posta elettronika bid-data tad-19 ta’ Ottubru 2010.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat.

(7)

L-awtoritajiet Olandiżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(8)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-bluetongue fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2006 u l-2007 issa għandu jiġi stabbilit.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-bluetongue fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2006 u l-2007 hija stabbilita għal EUR 207 931,25. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 2

Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja huwa stabbilit għal EUR 203 256,25.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(3)  ĠU L 7, 12.1.2007, p. 41.


Top