EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0306

Regolament (UE) Nru 306/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Marzu 2011 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana

OJ L 88, 4.4.2011, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force., Date of effect: 01/01/1001

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/306/oj

4.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 88/44


REGOLAMENT (UE) Nru 306/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu 2011

li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 dwar ir-rati ta' tariffa għall-banana

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 (2) jipprevedi li, mill-1 ta' Jannar 2006, ir-rata ta' tariffa għall-banana bil-kodiċi NM 0803 00 19 għandha tkun ta' EUR 176/tunnellata metrika.

(2)

Fil-31 ta' Mejju 2010, il-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (3) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela (“il-Ftehim”) dwar l-istruttura u l-operat tas-sistema kummerċjali tal-Unjoni għall-banana bil-kodiċi NM 0803 00 19 ġie ffirmat.

(3)

F'konformità mal-Ftehim, l-Unjoni ser tnaqqas gradwalment it-tariffa tagħha għall-banana minn EUR 176/tunnellata metrika għal EUR 114/tunnellata metrika. L-ewwel tnaqqis, li ġie applikat retroattivament mill-15 ta' Diċembru 2009, id-data tal-inizjalar tal-Ftehim, naqqas it-tariffa għal EUR 148/tunnellata metrika. It-tnaqqisiet sussegwenti għandhom japplikaw b'seba' rati annwali b'possibbiltà ta' dewmien li ma jaqbiżx massimu ta' sentejn fil-każ li jkun hemm dewmien fil-ftehim dwar il-modalitajiet taċ-Ċiklu ta' Doha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). It-tariffa finali ta' EUR 114/tunnellata metrika għandha tintlaħaq sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2019. It-tnaqqisiet fit-tariffi jsiru “vinkolanti” fi ħdan id-WTO fil-waqt li tiġi ċċertifikata l-iskeda tal-banana tal-UE.

(4)

Wara li ġie applikat provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu, il-Ftehim ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/194/UE (4).

(5)

Fid-dawl tat-tariffi l-ġodda tal-banana li għandhom jiġu applikati skont il-Ftehim, huwa xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1964/2005 jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1964/2005 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta’ Marzu 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

GYŐRI E.


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2011.

(2)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1 (Edizzjoni speċjali bil-Malti: ĠU L 334M, 12.12.2008, p. 649).

(3)  ĠU L 141, 9.6.2010, p. 3.

(4)  Ara paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top