EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0185

2011/185/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta’ Marzu 2011 dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għal sustanzi kkontrollati, u l-kwantitajiet li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-perjodu ta’ bejn l- 1 ta’ Jannar u l- 31 ta’ Diċembru 2011 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1820)

OJ L 79, 25.3.2011, p. 18–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/185/oj

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Marzu 2011

dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għal sustanzi kkontrollati, u l-kwantitajiet li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1820)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2011/185/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rilaxx għal ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa suġġett għal limiti kwantitattivi kif stipulat fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimpurtaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2011 u impriżi li biħsiebhom jitolbu kwota għall-2011 għal dawn is-sustanzi intenzjonati għal użi fil-laboratorju u użi analitiċi (2), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet intenzjonati fl-2011.

(3)

Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom ikunu determinati għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-grupp II (klorofluworokarburi oħrajn kompletament aloġenati), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 11 025 000,00 kilogramm b’potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP – ozone depleting potential).

2.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp III (aloni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 30 733 655,00 kilogramm ODP.

3.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (tetraklorur tal-karbonju), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 2 752 200,00 kilogramm ODP.

4.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp V (1 1 1-trikloroetan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 400 030,00 kilogramm ODP.

5.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati mill-grupp VI (bromur tal-metil), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 810 120,00 kilogramm ODP.

6.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromoflorokarbonji), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 1 058,50 kilogramm ODP.

7.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp VIII (idroklorofluworokarburi), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 4 970 602,212 kilogramm ODP.

8.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IX (bromoklorometan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2011 minn sorsi barra l-Unjoni, għandha tkun ta’ 246 012,00 kilogramm ODP.

Artikolu 2

1.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għal klorofluworokarburi oħrajn kompletament aloġenati matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

2.   L-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

3.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

4.   L-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

5.   L-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

6.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarbonji matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

7.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

8.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti tal-importazzjonijiet individwali għall-impriżi se jkunu stipulati fl-Anness IX.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011 u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

Albemarle Europe SPRL

Parc scientifique Einstein

Rue du Bosquet 9

1348 Louvain-la-Neuve

Il-Belġju

 

ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

Im Schlehert 10

76187 Karlsruhe

Il-Ġermanja

 

Aesica Queenborough Ltd. (UK)

Queenborough

Kent ME11 5EL

Ir-Renju Unit

 

AGC Chemicals Europe Ltd

York House

Hillhouse International

Thornton Cleveleys

Lancashire FY5 4QD

Ir-Renju Unit

 

Arkema France SA

420 rue d’Estienne d’Orves

92705 Colombes Cedex

Franza

 

Arkema Química S.A.

Avenida de Burgos 12

28036 Madrid

Spanja

 

BASF Agri Production SAS

32 rue de Verdun

76410 Saint-Aubin lès Elbeuf

Franza

 

Bayer Crop Science AG

Gebäude A729

41538 Dormagen

Il-Ġermanja

 

Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH

Bützflether Sand

21683 Stade

Il-Ġermanja

 

DuPont de Nemours (Nederland) BV

Baanhoekweg 22

3313 LA Dordrecht

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Dyneon GmbH

Werk Gendorf

Industrieparkstraße 1

84508 Burgkirchen

Il-Ġermanja

 

Eras Labo

222 RN 90

38330 Saint-Nazaire-les-Eymes

Franza

 

Esto Cheb s.r.o.

Paleckého 2087/8a

35002 Cheb

Ir-Repubblika Ċeka

 

Eusebi Impianti Srl

Via Mario Natalucci 6

60131 Ancona

L-Italja

 

Eusebi Service Srl

Via Vincenzo Pirani 4

60131 Ancona

L-Italja

 

Excelsyn Molecular Development Ltd (UK)

Mostyn Road

Holywell

Flintshire CH8 9DN

Ir-Renju Unit

 

Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

Keetberglaan 1 A

Haven 1061

2070 Zwijndrecht

Il-Belġju

 

Halon & Refrigerants Services Ltd

J.Reid Trading Estate

Factory Road, Sandycroft

Deeside, Flintshire CH5 2QJ

Ir-Renju Unit

 

Fire Fighting Enterprises Ltd

9 Hunting Gate,

Hitchin SG4 0TJ

Ir-Renju Unit

 

Honeywell Fluorine Products Europe B.V.

Laarderhoogtweg 18,

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Hovione Farmaciencia SA

Sete Casas

2674-506 Loures

Il-Portugall

 

ICL-IP Europe B.V.

Fosfaatweeg 48

1013 BM Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Intergeo Ltd

Thermi Industrial Area

57001 Thessaloniki

Il-Greċja

 

Laboratorios Miret SA

Géminis 4,

08228 Terrassa, Barcelona

Spanja

 

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL

C/Mestre Joan Corrales 107-109

08950 Esplugas de Llobregat, Barcelona

Spanja

 

Lufthansa CityLine GmbH

Waldstr. 247

51147 Köln

Il-Ġermanja

 

Mebrom NV

Assenedestraat 4

9940 Rieme Ertvelde

Il-Belġju

 

Meridian Technical Services Ltd

14 Hailey Road

DA18 4AP Erith, Kent

Ir-Renju Unit

 

Mexichem UK Ltd.

PO Box 13

The Heath

Runcorn Cheshire WA7 4QX

Ir-Renju Unit

 

Poż-Pliszka Sp. z o.o.

ul. Szczecińska 45

80-392 Gdańsk

Il-Polonja

 

R.P. Chem s.r.l.

Via San Michele 47

31062 Casale sul Sile (TV)

L-Italja

 

Sabena Technics DNR

Bois de Ponthual

BP 90154

35800 Saint-Lunaire

Franza

 

Safety Hi-Tech S.r.l.

Via Cavour 96

67051 Avezzano (AQ)

L-Italja

 

Savi Technologie Sp. z o.o.

ul. Wolności 20

Psary

51-180 Wrocław

Il-Polonja

 

Sigma Aldrich Company Ltd

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

Ir-Renju Unit

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH

Riedstraße 2

89555 Steinheim

Il-Ġermanja

 

SJB Energy Trading BV (NL)

Slagveld 15

3230 AG Brielle

Il-Pajjiżi l-Baxxi

 

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

30173 Hannover

Il-Ġermanja

 

Solvay Fluores France

25 rue de Clichy

75442 Paris

Franza

 

Solvay Solexis SAS

Avenue de la République

39501 Tavaux Cedex

Franza

 

Solvay Solexis S.p.A.

Viale Lombardia 20

20021 Bollate (MI)

L-Italja

 

Sterling S.r.l.

Via della Carboneria 30

06073 Solomeo di Corciano (PG)

L-Italja

 

Syngenta Crop Protection

Surrey Research Park

30 Priestly Road

Guildford Surrey GU2 7YH

Ir-Renju Unit

 

Tazzetti S.p.A.

Corso Europa n. 600/a

10070 Volpiano (TO)

L-Italja

 

TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH

Werner-von-Siemens-Straße 18

97076 Würzburg

Il-Ġermanja

 

Thomas Swan & Co Ltd.

Rotary Way

Consett

County Durham DH8 7ND

Ir-Renju Unit

 

Total Feuerschutz GmbH

Industriestr. 13

68526 Ladenburg

Il-Ġermanja

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 107, 27.4.2010, p. 20.


ANNESS I

GRUPPI I U II

Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u l-klorofluworokarburi aloġenati kompletament l-oħrajn allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

 

Mexichem UK (UK)

 

Solvay Solexis (IT)

 

Syngenta Crop Protection (UK)

 

Tazzetti Fluids (IT)

 

TEGA Technische Gase und Gastechnik (DE)


ANNESS II

GRUPP III

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għal użi kritiċi matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

BASF Agri Product (FR)

 

ERAS Labo (FR)

 

ESTO Cheb (CZ)

 

Eusebi Impianti (IT)

 

Eusebi Service (IT)

 

Fire Fighting Enterprises Ltd (UK)

 

Halon & Refrigerant Services (UK)

 

Intergeo (EL)

 

LPG Tecnicas en Extincion de Incendios (ES)

 

Lufthansa CityLine (DE)

 

Meridian Technical Services (UK)

 

Poż-Pliszka (PL)

 

Sabena Technics (FR)

 

Safety Hi-Tech (IT)

 

Savi Technologie (PL)

 

Total Feuerschutz (DE)


ANNESS III

GRUPP IV

Il-kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Dow Deutschland (DE)

 

Mexichem UK (UK)


ANNESS IV

GRUPP V

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Arkema (FR)

 

Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)


ANNESS V

GRUPP VI

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Albemarle Europe (BE)

 

ICL-IP Europe (NL)

 

Mebrom (BE)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)


ANNESS VI

GRUPP VII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarbonji allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

ABCR Dr. Braunagel (DE)

 

Excelsyn Molecular Development (UK)

 

Hovione Farmaciencia (PT)

 

R.P. Chem (IT)

 

Sterling (IT)


ANNESS VII

GRUPP VIII

Il-kwoti tal-importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati għall-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf u għall-produzzjoni kif ukoll għall-użi fil-laboratorju u użi analitiċi matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Aesica Queenborough (UK)

 

AGC Chemicals Europe (UK)

 

Arkema France (FR)

 

Arkema Química (ES)

 

Bayer CropScience (DE)

 

DuPont de Nemours (NL)

 

Dyneon (DE)

 

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

 

Mexichem UK (UK)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

SJB Energy Trading (NL)

 

Solvay Fluor (DE)

 

Solvay Fluores France (FR)

 

Solvay Solexis (FR)

 

Solvay Solexis (IT)

 

Tazzetti Fluids (IT)


ANNESS VIII

GRUPP IX

Il-kwoti tal-importazzjoni tal-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala sustanza għall-għalf matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Kumpanija

 

Albemarle Europe (BE)

 

ICL-IP Europe (NL)

 

Laboratorios Miret (ES)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

Thomas Swan & Co (UK)


ANNESS IX

Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali sensittiva.


Top