EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0292

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 292/2011 tat- 23 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' isoglukożju 'l fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed

OJ L 79, 25.3.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 027 P. 354 - 354

No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/292/oj

25.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 292/2011

tat-23 ta’ Marzu 2011

li jistabbilixxi l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta' isoglukożju 'l fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta' zokkor u isoglukożju 'l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b'imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għall-isoglukożju 'l fuq mill-kwota mressqin mill-14 ta' Marzu 2011 sat-18 ta' Marzu 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 222/2011.

(2)

Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 222/2011, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-kwantitajiet koperti minn kull applikazzjoni nnotifikata għaċ-ċertifikat, biex jiġu rrifjutati l-applikazzjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx innotifikati u biex jingħalaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet.

(3)

Sabiex tittieħed azzjoni qabel il-ħruġ taċ-ċertifikati li tkun saret applikazzjoni għalihom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati għall-isoglukożju 'l fuq mill-kwota skont ir-Regolament (UE) Nru 222/2011 mill-14 ta' Marzu 2011 sat-18 ta' Marzu 2011 u nnotifikati lill-Kummissjoni għandhom jiġu mmultiplikati b'koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 51,126352 %. L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati mressqin mill-21 ta' Marzu 2011 sal-25 ta' Marzu 2011 qed jiġu hawnhekk irrifjutati u l-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati jingħalaq mit-28 ta' Marzu 2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2011, p. 6.


Top