Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0176

2011/176/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta' Marzu 2011 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1754) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 76, 22.3.2011, p. 99–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/05/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/176(1)/oj

22.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/99


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' Marzu 2011

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1754)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/176/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta' mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE kienet emendata erba' darbiet, l-ewwel bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE (3) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta' Mejju 2008, it-tieni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE (4) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta' Mejju 2009, it-tielet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE (5) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta' Mejju 2010 u r-raba' bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE (6) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni sa sena oħra sal-11 ta' Mejju 2011.

(4)

Fin-nuqqas ta' miżuri oħra sodisfaċenti li jindirizzaw is-sikurezza tal-lajters għat-tfal, huwa meħtieġ li tittawwal il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE għal 12-il xahar oħra.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/502/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta' Mejju 2012.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2011 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)   ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.

(3)   ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.

(4)   ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.

(5)   ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.

(6)   ĠU L 67, 17.3.2010, p. 9.


Top