This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0018
Council Decision 2011/18/CFSP of 14 January 2011 amending Council Decision 2010/656/CFSP renewing the restrictive measures against Côte d'Ivoire
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal- 14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal- 14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
ĠU L 11, 15.1.2011, pp. 36–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917
|
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/18/PESK
tal-14 ta’ Jannar 2011
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1). |
|
(2) |
Fit-13 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-elezzjoni presidenzjali tal-31 ta' Ottubru u t-28 ta' Novembru 2010 sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi u l-istabbiltà fil-Côte d'Ivoire u ddikjara li r-rieda li ntweriet b'mod sovran mill-poplu Ivorjan għandha tiġi rispettata b'mod obbligatorju. |
|
(3) |
Fis-17 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew appella lill-mexxejja Ivorjani kollha, kemm ċivili kif ukoll dawk militari li għadhom ma għamlux dan, biex jissottomettu ruħhom għall-awtorità tal-President elett demokratikament, is-Sur Alassan Outtara. |
|
(4) |
Fit-22 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/801/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK biex jiġu imposti restrizzjonijiet ta' vvjaġġar fuq dawk li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali u b'mod partikolari dawk li qiegħdin jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali. |
|
(5) |
Fil-14 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/17/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK biex jiġu inklużi aktar persuni mal-lista ta' persuni soġġetti għal restrizzjonijiet ta' vvjaġġar. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali fuq dawk il-persuni. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi li tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata u l-informazzjoni relatata ma’ ċerti persuni fuq il-lista għandha tiġi aġġornata. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:
għandhom jiġu ffriżati. 2. L-ebda fond, ass finanzjarju jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. 3. L-Isati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:
Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I:
4. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
dment li tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.”; |
|
2. |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. 2. Għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra, kif ikun xieraq, f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. 3. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u 5(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. Huma m'għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jistabbilixxi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.”. |
Artikolu 2
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK hu sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MARTONYI
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.
(2) ĠU L 341, 23.12.2010, p.45
(3) Ara paġna 31 ta’ dan il-ĠU.
ANNESS
“ANNESS II
Lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u 5(1)(b)
A. Persuni
|
|
Isem (u psewdonomu possibbli) |
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
Is-Sur Pascal Affi N’Guessan |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1953, f'Bouadikro; numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013. |
President tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza. |
|
2. |
Logutenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha |
Imwieled fis-6 ta' Ġunju 1960. |
Kmandant tar-Raggruppament għas-Sigurtà tal-Presidenza tar-Repubblika (GSPR). Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
3. |
Is-Sur Aké N'Gbo Gilbert Marie |
Imwieled fit-8 ta' Ottubru 1955 f'Abidjan Numru tal-passaport: 08 AA 61107 (skadenza t-2 ta' April 2014) |
Allegatament Prim Ministru u Ministru tal-Ippjanar u l-Iżvilupp: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
4. |
Is-Sur Pierre Israël Amessan Brou |
|
Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni Ivorjani (RTI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010. |
|
5. |
Is-Sur Frank Anderson Kouassi |
|
President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva (CNCA): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
6. |
Is-Sinjura Nadiana Bamba |
Imwielda fit-13 ta' Ġunju 1974 f'Abidjan Numru tal-passaport: PD - AE 061 FP 04 |
Direttriċi tal-Grupp Ċiklun, editriċi tal-Ġurnal ‘Le Temps’:Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010. |
|
7. |
Is-Sur Kadet Bertin |
Imwieled qrib l-1957 f'Mama. |
Kunsillier għas-Sigurtà tas-Sur Gbagbo: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. Provokatur ta' movimenti ta' ripressjoni u intimidazzjoni. |
|
8. |
Ġeneral Dogbo Blé |
Imwieled fit-2 ta' Frar 1959 f'Daloa. |
Kap tal-korp tal-Gwardja repubblikana: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
9. |
Is-Sur Bohoun Bouabré Paul Antoine |
Imwieled fid-9 ta' Frar 1957, f'Issia Numru tal-passaport: PD AE 015 FO 02 |
Ex Ministru tal-Istat, responsabbi għall-FPI: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali. |
|
10. |
Uffiċjal distrettwali Oulaï Delefosse |
Imwieled fit-28 ta' Ottubru 1968 |
Responsabbli għall-Unjoni Patrijotika ta' Reżistenza tal-Grand Ouest (UPRGO): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
11. |
Ammiral Vagba Faussignau |
Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 - f'Bobia. |
Kmandant tal-Marina Ivorjana - Sotto kap tal-Persunal tal-Istat Maġġuri: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
12. |
Pasteur Gammi |
|
Kap tal-Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent (MILOCI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
13. |
Is-Sur Laurent Gbagbo |
Imwieled fil-31 ta' Mejju 1945 f'Gagnoa |
Allegatament President tar-Repubblika: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali. |
|
14. |
Is-Sinjura Simone Gbagbo |
Imwielda fl-20 ta' Ġunju 1949 f'Moossou |
President tal-grupp tal-Front Popolari Ivorjan (FPI) fl-Assemblea Ġenerali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza. |
|
15. |
Ġeneral Guiai Bi Poin |
Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 f'Gounela. |
Kap tas-CECOS (Ċentru tal-Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
16. |
Is-Sur Denis Maho Glofiei |
Imwieled f'Val de Marne |
Responsabbli mill-Front ta' Liberazzjoni tal-Grand Ouest (FLGO): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
17. |
Kaptan Anselme Séka Yapo |
Imwieled fit-2 ta' Mejju 1973 f'Adzopé |
Gwardja tal-korp tas-Sinjura Gbagbo: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
18. |
Is-Sur Désiré Tagro |
Imwieled fis-27 ta' Jannar 1959 f'Issia Numru tal-passaport: PD - AE 065FH08. |
Segretarju Ġenerali tal-allegata ‘Presidenza’ tas-Sur Gbagbo: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali. Implikat fir-repressjonijiet vjolenti tal-movimenti popolari ta' Frar, Novembru u Diċembru 2010. |
|
19. |
Is-Sur Yao N'Dré |
Imwieled fid-29 ta' Diċembru 1956. |
President tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali. personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
20. |
Is-Sur Yanon Yapo |
|
Allegatament Għassies tas-Siġilli, Ministru tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
21. |
Is-Sur Dogou Alain |
Imwieled fis-16 ta' Lulju 1964 f'Aboisso Numru tal-passaport: PD-AE/053FR05 (data ta' skadenza s-27 ta' Mejju 2011) |
Allegatament Ministru tad-Difiża u s-Servizz Pubbliku: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
22. |
Is-Sur Emile Guiriéoulou |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1949 f'Guiglo Numru tal-passaport: PD-AE/008GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013) |
Allegatament Ministru tal-Intern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
23. |
Is-Sur Charles Désiré Noël Laurent Dallo |
Imwieled fit-23 ta' Diċembru 1955 f'Gagnoa Numru tal-passaport: 08AA19843 (data ta' skadenza t-13 ta' Ottubru 2013) |
Allegatament Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
24. |
Is-Sur Augustin Kouadio Komoé |
Imwieled fid-19 ta' Settembru 1961 f'Kokomain Numru tal-passaport: PD-AE/010GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013) |
Allegatament Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
25. |
Is-Sinjura Christine Adjobi Nebout (magħrufa bħala Aya Christine Rosalie Adjobi mwielda Nebout) |
Imwielda fl-24 ta' Lulju 1949 f'Grand Bassam Numru tal-passaport: PD-AE/017FY12 (data ta' skadenza l-14 ta' Diċembru 2011) |
Allegatament Ministru tas-Saħħa u tal-ġlieda kontra l-AIDS: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
26. |
Is-Sur Yapo Atsé Benjamin |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Akoupé Numru tal-passaport: PD-AE/089GO04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2013); PS-AE/057AN06 |
Allegatament Ministru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Urban: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
27. |
Is-Sur Coulibaly Issa Malick |
Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1953 f'Korhogo Numru tal-passaport: PD-AE/058GB05 (data ta' skadenza l-10 ta' Mejju 2012) |
Allegatament Ministru tal-Agrikoltura: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
28. |
Is-Sur Ahoua Don Mello |
Imwieled fit-23 ta' Ġunju 1958 f'Bongouanou Numru tal-passaport: PD-AE/044GN02 (data ta' skadenza t-23 ta' Frar 2013) |
Allegatament Ministru tat-Tagħmir u l-Istabbilizzazzjoni, Kelliem tal-Gvern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
29. |
Is-Sur N'Goua Abi Blaise |
|
Allegatament Ministru tat-Trasport: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
30. |
Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohouès Oble |
Imwielda fis-7 ta' Novembru 1950 f'Dabou Numru tal-passaport: PD-AE/050GU08 (data ta' skadenza l-4 ta' Awwissu 2013) |
Allegatament Ministru tal-Edukazzjoni Nazzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
31. |
Is-Sinjura Angèle Gnonsoa (magħrufa bħala Zon Sahon) |
Imwielda fl-1 ta' Jannar 1940 f'Tai Numru tal-passaport: PD-AE/040ER05 (data ta' skadenza t-28 ta' Mejju 2012) |
Allegatament Ministru tat-Tagħlim Tekniku: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
32. |
Is-Sur Koffi Koffi Lazare |
|
Allegatament Ministru tal-Ambjent, l-Ilma u l-Foresti: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
33. |
Is-Sinjura Elisabeth Badjo Djékouri konjugi Dagbo Jeannie |
Imwielda fl-24 ta' Diċembru 1971 f'Lakota Numru tal-passaporti: 08AA15517 (data ta' skadenza l-25 ta' Novembru 2013); PS-AE/040HD12 (data ta' skadenza l-1 ta' Diċembru 2011) |
Allegatament Ministru tal-Funzjonijiet Pubbliċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
34. |
Is-Sur Charles Blé Goudé |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1972 f'Kpoh Passaport antik: DD-AE/088OH12 |
Allegatament Ministru taż-Żgħażagħ, it-Taħriġ Professjonali u l-Impjiegi, President tal-Kungress panAfrikan taż-Żgħażagħ u l-Patrijotti (COJEP): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. Ta' min ifakkar: diġà soġġett għal sanzjonijiet mill-2005 'l hawn mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU |
|
35. |
Is-Sur Philippe Attey |
Imwieled fl-10 ta' Ottubru 1951 f'Agboville Passaport antik AE/32AH06 |
Allegatament Ministru tal-Industrija u l-Iżvilupp tas-Settur Privat: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
36. |
Is-Sinjura Danièle Boni Claverie (ċittadina Franċiża u Ivorjana) |
|
Allegatament Ministru tan-Nisa, il-Familja u t-Tfal: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal- parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo |
|
37. |
Is-Sur Ettien Amoikon |
|
Allegatament Ministru tat-Teknika tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
38. |
Is-Sur Ouattara Gnonzié |
|
Allegatament Ministru tal-Komunikazzjoni: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
39. |
Is-Sur Alphonse Voho Sahi |
Imwieled fil-15 ta' Ġunju 1958 f'Gueyede Numru tal-passaport: PD-AE/066FP04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2011) |
Allegatament Ministru tal-Kultura: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
40. |
Is-Sur Kata Kéké (magħruf bħala Keke Joseph Kata) |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Daloa Numru tal-passaport: PD-AE/086FO02 (data ta' skadenza s-27 ta' Frar 2011) |
Allegatament Ministru tar-Riċerka Xjentifika: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal- parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
41. |
Is-Sur Franck Guéi |
Imwieled fl-20 ta' Frar 1967 Numru tal-passaport: PD-AE/082GL12 (data ta' skadenza t-22 ta' Diċembru 2012) |
Allegatament Ministru tal-Isport: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
42. |
Is-Sur Touré Amara |
|
Allegatament Ministru tal-Kummerċ: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
43. |
Is-Sur Kouamé Sécré Richard |
|
Allegatament Ministru tat-Turiżmu u l-Artiġjanat: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
44. |
Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret |
|
Allegatament Ministru tas-Solidarjetà, ir-Rikostruzzjoni u l-Koeżjoni Soċjali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
45. |
Is-Sur Nyamien Messou |
Imwieled fl-20 ta' Ġunju 1954 f'Bongouanou Passaport antik PD-AE/056FE05 (data ta' skadenza d-29 ta' Mejju 2010) |
Allegatament Ministru tax-Xogħol: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
46. |
Is-Sur Koné Katina Justin |
|
Allegatament Ministru delegat għall-Baġit: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
47. |
Is-Sur N'guessan Yao Thomas |
|
Allegatament Ministru delegat fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
48. |
Is-Sinjura Lago Daléba Loan Odette |
Imwielda fl-1 ta' Jannar 1955 f'Floleu Numru tal-passaport: 08AA68945 (data ta' skadenza d-29 ta' April 2014) |
Allegatament Segretarja tal-Istat responsabbli għall-ħajja skolastika u dik tal-istudenti: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
49. |
Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin |
Imwieled fis-27 ta' Awwissu 1953 f'Bouaké Numru tal-passaport: 08AA59267 (data ta' skadenza l-24 ta' Marzu 2014) |
Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Universali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
50. |
Is-Sur Dogo Djéréké Raphaël |
|
Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-persuni b'diżabbiltà: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
51. |
Is-Sur Dosso Charles Radel Durando |
|
Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Vittmi tal-Gwerra: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
52. |
Is-Sur Timothée Ahoua N'Guetta |
Imwieled fil-25 ta' April 1931 f'Aboisso Numru tal-passaport: PD-AE/084FK10 (data ta' skadenza l-20 ta' Ottubru 2013) |
Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
53. |
Is-Sur Jacques André Daligou Monoko |
|
Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
54. |
Is-Sur Bruno Walé Ekpo |
|
Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
55. |
Is-Sur Félix Tano Kouakou |
Imwieled fit-12 ta' Marzu 1959 f'Ouelle Numru tal-passaport: PD-AE/091FD05 (data ta' skadenza t-13 ta' Mejju 2010) |
Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
56. |
Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran |
|
Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
57. |
Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré |
Imwielda fit-28 ta' Frar 1972 f'Abidjan Numru tal-passaport: PD-AE/032GL12 (data ta' skadenza s-7 ta' Diċembru 2012); 08AA62264 (data ta' skadenza s-6 ta' April 2014) |
Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
58. |
Is-Sur Konaté Navigué |
Imwieled fl-4 ta' Marzu 1974 f'Tindara Numru tal-passaport: PD-AE/076FE06 (data ta' skadenza l-5 ta' Ġunju 2010) |
President taż-żgħażagħ tal-FPI (Front Popolari Ivorjan): Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza. |
|
59. |
Is-Sur Patrice Baï |
|
Konsulent tas-Sigurtà tal-ex President Gbagbo: Jikkoordina l-azzjonijiet ta' intimidazzjoni tal-avversarji; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
60. |
Is-Sur Marcel Gossio |
Imwieled fit-18 ta' Frar 1951 f'Adjamé Numru tal-passaport: 08AA14345 (data ta' skadenza s-6 ta' Ottubru 2013) |
Direttur Ġenerali tal-Port Awtonomu ta' Abidjan: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
61. |
Is-Sur Alphonse Mangly (magħruf bħala Mangley) |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1958 f'Danané Numru tal-passaport: 04LE57580 (data ta' skadenza s-16 ta' Ġunju 2011); PD-AE/077HK08 (data ta' skadenza t-3 ta' Awwissu 2012); PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012) PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012) |
Direttur Ġenerali tad-Dwana: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
62. |
Is-Sur Marc Gnatoa |
|
Kap tal-FSCO (Front ta' sigurtà tal-Punent Ċentrali): Ipparteċipa f'azzjonijiet ta' repressjoni. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
63. |
Is-Sur Moussa Touré Zéguen |
Imwieled fid-9 ta' Settembru 1944 Passaport antik: AE/46CR05 |
Segretarju Ġenerali tal-GPP (Raggruppament ta' Patrijotti għall-Paċi): Responsabbli għall-Milizzja. Ipparteċipa fir-repressjonijiet wara t-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
64. |
Is-Sinjura Bro Grébé Geneviève mwieldaYobou |
Imwielda fit-13 ta' Marzu 1953 f'Grand Alepé Numru tal-passaport: PD-AE/072ER06 (data ta' skadenza s-6 ta' Ġunju 2012) |
President tan-Nisa Patrijottiċi tal-Côte d'Ivoire: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza. |
|
65. |
Is-Sinjura Lorougnon Souhonon Marie Odette mwielda Gnabri |
|
Segretarja Nazzjonali tan-nisa tal-FPI (Front Popolari Ivorjan): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza. |
|
66. |
Is-Sur Felix Nanihio |
|
Segretarju Ġenerali tal-CNCA (Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
67. |
Is-Sur Stéphane Kipré |
|
Direttur tal-pubblikazzjoni tal-ġurnal Le Quotidien ta' Abidjan: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010. |
|
68. |
Is-Sur Lahoua Souanga Etienne (magħruf bħala César Etou) |
|
Direttur tal-pubblikazzjoni u Editur tal-ġurnal Notre Voie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010. |
|
69. |
Is-Sur Jean Baptiste Akrou |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956 f'Yamoussoukro Numru tal-passaport: 08AA15000 (data ta' skadenza l-5 ta' Ottubru 2013) |
Direttur Ġenerali tal-ġurnal Fraternité Matin: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010. |
|
70. |
Ġeneral tal-Korp tal-Armata Philippe Mangou |
|
Kap tal-Istat Maġġur tal-Armati: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
71. |
Ġeneral Affro (gendarmerie) |
|
Viċi Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
72. |
Is-Sur Ottro Laurent Zirignon |
Imwieled fl-1 ta' Jannar 1943 f'Gagnoa Numru tal-passaport: 08AB47683 (data ta' skadenza s-26 ta' Jannar 2015); PD-AE/062FR06 (data ta' skadenza l-1 ta' Ġunju 2011); 97LB96734 |
President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tas-Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar (SIR): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
73. |
Is-Sur Kassoum Fadika |
Imwieled fis-7 ta' Ġunju 1962 f'Man Numru tal-passaport: 08AA57836 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2014) |
Direttur ta' PETROCI: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
74. |
Is-Sinjura Djédjé Mama Ohoua Simone |
Imwielda fl-1 ta' Jannar 1957 f'Zialegrehoa jew f'Gagnoa Numru tal-passaport: 08AA23624 (data ta' skadenza t-22 ta' Ottubru 2013); PD-AE/006FR05 |
Direttur Ġenerali tat-Teżor: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
75. |
Is-Sur Kessé Feh Lambert |
Imwieled fit-22 ta' Novembru 1948 f'Gbonne Numru tal-passaport: PD-AE/047FP03 (data ta' skadenza s-26 ta' Marzu 2011) |
Direttur Ġenerali tat-Taxxi: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
76. |
Is-Sur Aubert Zohoré |
|
Konsulent speċjali tas-Sur Gbagbo għal kwistjonijiet ekonomiċi: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
77. |
Is-Sur Thierry Legré |
|
Membru tal-Moviment taż-żgħażagħ patrijottiċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza. |
|
78. |
Ġeneral tal-Korp tal-Armata Kassaraté Edouard Tiapé |
|
Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
79. |
Kurunell Maġġur Babri Gohourou Hilaire |
|
Kelliem tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Côte d'Ivoire: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
80. |
Kummissarju tad-Diviżjoni Yoro Claude |
|
Direttur tal-Unitajiet ta' Intervenzjoni tal-Pulizija Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
81. |
Kummissarju Prinċipali Loba Gnango Emmanuel Patrick |
|
Kmandant tal-Brigata kontra l-Irvellijiet (BAE): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
82. |
Kaptan Guei Badia |
|
Bażi marittima -Marina Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
83. |
Logutenent Ourigou Bawa |
|
Bażi marittima -Marina Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
84. |
Kummissarju Prinċipali Joachim Robe Gogo |
|
Kap tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (CECOS): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. |
|
85. |
Is-Sur Gilbert Anoh N'Guessan |
|
President tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw (CGFCC): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
B. Entitajiet
|
|
Isem (u psewdonomu possibbli) |
Karatteristiċi ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
PETROCI (Soċjetà Nazzjonali tal-Operazzjonijiet Petroliferi tal-Côte d'Ivoire) |
Abidjan Plateau, Immeuble les Hévéas - 14 boulevard Carde |
Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
2. |
SIR (Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar) |
Abidjan Port Bouët, Route de Vridi – Boulevard de Petit Bassam |
Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
3. |
Port Awtonomu ta' Abidjan |
Abidjan Vridi, Zone portuaire |
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
4. |
Port Awtonomu ta' San Pedro |
San Pedro, Zone portuaire Rappreżentanza f'Abidjan: Immeuble Ancien Monoprix, face Gare Sud Plateau - 1er Etage côté Rue du Commerce |
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
5. |
BNI (Bank Nazzjonali tal-Investiment) |
Abidjan Plateau, Avenue Marchand – Immeuble SCIAM |
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
6. |
BFA (Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura) |
Abidjan Plateau, Rue Lecoeur – Immeuble Alliance B, 2ème – 4ème étage |
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
7. |
Bank Versus |
Abidjan Plateau, Avenue Botreau Roussel – Immeuble CRRAE UMOA, derrière la BCEAO, face à la rue des Banques |
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
8. |
CGFCC (Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw) |
Abidjan Plateau - Immeuble CAISTAB, 23ème étage |
Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
9. |
APROCANCI (Assoċjazzjoni ta' Produtturi ta' Gomma Naturali tal-Côte d'Ivoire) |
Cocody II Plateau Boulevard Latrille – Sicogi, bloc A Bâtiment D 1er étage |
Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
10. |
SOGEPE (Soċjetà għall-ġestjoni tal-patrimonju tal-enerġija elettrika) |
Abidjan Plateau, Place de la République - Immeuble EECI, 15ème étage |
Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo. |
|
11. |
RTI (Radjudiffużjoni Televiżjoni Ivorjani) |
Cocody Boulevard des Martyrs, 08 - BP 883 - Abidjan 08 - Côte d'Ivoire |
Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.” |