EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0605

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat- 2 ta' Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali u ta' saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

OJ L 175, 10.7.2010, p. 1–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 016 P. 458 - 481

No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R0692 . Latest consolidated version: 01/01/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/605/oj

10.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010

tat-2 ta' Lulju 2010

li jistipula l-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali u ta' saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi tal-introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), u partikolarment l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4), b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u 14(4) and l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux ipproċessat, ħalib trattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib (6) ipprevediet lista li għandha titfassal ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri kellhom jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' ħalib jew ta' prodotti b'bażi tal-ħalib u biex prodotti bħal dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa u jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti, inklużi rekwiżiti ta' trattamenti tat-tisħin, u garanziji.

(2)

Konsegwentement, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE tad-29 ta' April 2004 li tippreskrivi kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet ta' saħħa tal-annimali u saħħa pubblika u veterinarji għad-dħul fil-Komunità ta' ħalib trattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib u ħalib mhux maħdum maħsuba għall-konsum mill-bniedem (7).

(3)

Mid-data tal-adozzjoni ta' dik id-Deċiżjoni 'l hawn, ġie stipulat għadd ta' rekwiżiti ġodda tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika, li jikkostitwixxi qafas regolatorju f'dan il-qasam, u li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, id-Direttiva 92/46/KEE ġiet revokata permezz tad-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene tal-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intżi li għall-konsum mill-bniedem (8).

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (9), jistipula l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel u l-għalf b'mod ġenerali, u s-sikurezza tal-ikel u l-għalf b'mod partikolari, fil-livell tal-Unjoni Ewropea u f'dak nazzjonali.

(5)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli li jiddeterminaw l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum uman. Din tipprevedi li prodotti bħal dawn iridu jiġu introdotti biss fl-Unjoni Ewropea jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni Ewropea jew jekk joffru garanziji ekwivalenti tas-saħħa tal-annimali.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistipula r-regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina alimentari, inkluż fil-livell primarju tal-produzzjoni.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi għall-operaturi tan-negozju tal-ikel fuq l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali. Dak ir-Regolament jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproduċu l-ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III tiegħu.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (10) jistipula l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fin-negozju tal-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw li l-oġġetti tal-ikel jikkonformaw mal-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stipulati f'dak ir-Regolament.

(10)

Fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE, il-ħalib mhux ipproċessat u l-prodotti tiegħu setgħu jinkisbu biss mill-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż jew il-bufli. Minkejja dan, id-definizzjonijiet ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jwessgħu l-ambitu tar-regoli tal-iġjene tal-ħalib għall-ispeċi kollha tal-mammali u jiddefinixxu l-ħalib mhux ipproċessat bħala ħalib maħlub mill-glandoli mammarji ta' annimali mrobbija, li ma ġiex imsaħħan sa iktar minn 40 °C jew li għadda minn xi trattament b'effett ekwivalenti. Barra minn hekk, ir-Regolament jiddefinixxi prodotti tal-ħalib bħala prodotti proċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' ħalib mhux ipproċessat jew mill-ipproċessar ulterjuri ta' prodotti pproċessati bħal dawn.

(11)

Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004, 853/2004 u 854/2004 u l-atti li jimplimentaw dawk ir-Regolamenti, jeħtieġ li jiġu emendati u aġġornati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman.

(12)

Fl-interessi ta' konsistenza tal-liġi tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jieħu inkunsiderazzjoni r-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (12) u d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li jirrevoka d-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (13).

(13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (14) tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ ta' ċertifikati obbligati mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati f'dik id-Direttiva jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi li qed jesportaw.

(14)

Barra minn dan, id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (15), tipprevedi sistema kompjuterizzata li tqabbad flimkien awtoritajiet veterinarji li ġiet żviluppata fl-Unjoni Ewropea. Il-format tal-mudelli kollha taċ-ċertifikati tas-saħħa jeħtieġ li jiġi emendat biex jieħu inkunsiderazzjoni l-kompatibilità tagħhom maċ-ċertifikazzjoni elettronika possibbli fi TRACES (Trade Control and Expert System) prevista fid-Direttiva 90/425/KEE. Għalhekk, ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni TRACES.

(15)

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (16) tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali introdotti fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni jew it-tranżitu tagħhom, inklużi ċerti rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni. Dawk ir-regoli huma applikabbli għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament.

(16)

Għandhom jiġu previsti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu li jgħaddi minn ġo l-Unjoni Ewropea ta' kunsinni lejn ir-Russja u minnha, minħabba l-qagħda ġeografika ta' Kaliningrad, li tikkonċerna biss il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(17)

Fl-interessi taċ-ċarezza tal-liġi Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'dan ir-Regolament.

(18)

Biex jiġi evitat kull tip ta' tħarbit fil-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa maħruġa skont id-Deċiżjoni 2004/438/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu ta' tranżizzjoni.

(19)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistipula li:

(a)

il-kundizzjonijiet ta' saħħa pubblika u ta' saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib;

(b)

il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni bħal dawn.

Artikolu 2

L-importazzjonijiet ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I

Artikolu 3

L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna B tal-Anness I

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż jew il-bufli minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li ma għandhomx riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna B tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament ta' pasturizzazzjoni li tinvolvi trattament wieħed ta' tisħin:

(a)

b'effett ta' tisħin mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub minn proċess ta' pasturizzazzjoni ta' mill-inqas 72 C għal 15-il sekonda;

(b)

fejn applikabbli, biżżejjed li tiġi żgurata reazzjoni negattiva għat-test ta' alkaline phosphatase li jiġi applikat immedjatament wara t-trattament ta' tisħin.

Artikolu 4

L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna C tal-Anness I

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li ma għandhomx riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament ta' tisħin li jinvolvi:

(a)

proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar;

(b)

trattament ta' temperatura partikolarment għolja (ultra high temperature - UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna;

(c)

(i)

trattament ta' pasturizzazzjoni ta' temperatura għolja u ħin qasir (high temperature short time pasteurisation treatment - HTST) fi 72 °C għal 15-il sekonda applikat darbtejn għall-ħalib b'pH daqs jew iktar minn 7.0 li jikseb, meta applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta' alkaline phosphatase, applikat minnufih wara t-trattament ta' sħana; jew

(ii)

trattament b'effett ta' pasturizzazzjoni ekwivalenti għall-punt (i) li jikseb, fejn applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta' alkaline phosphatase, applikat minnufih wara t-trattament ta' sħana;

(d)

trattament HTST tal-ħalib b'pH taħt is-7.0; jew

(e)

trattament HTST ikkombinat ma' trattament fiżiku ieħor billi jew:

(i)

jitnaqqas il-pH taħt is-6 għall-siegħa, inkella

(ii)

isir tisħin addizzjonali ta' 72 °C jew iktar, ikkombinat ma' tnixxif.

2.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li għandhom riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament li jinvolvi:

(a)

proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar; jew

(b)

trattament ta' temperatura partikolarment għolja (UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna;

Artikolu 5

Iċ-ċertifikati

Il-kunsinni awtorizzati għall-importazzjoni skont l-Artikoli 2, 3 u 4 għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II għall-prodott ikkonċernat u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.

Madankollu, ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-użu taċ-ċertifikazzjoni elettronika jew ta' sistemi miftiehma oħra, armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Il-kundizzjonijiet ta’ tranżitu u ħażna

L-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea iżda intenzjonati għal pajjiż terz kemm jew permezz ta' tranżitu immedjat inkella wara ħażna fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE, għandha tkun awtorizzata biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew parti minnu awtorizzata għall-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni tal-ħalib mhux ipproċessat jew prodotti tal-ħalib u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet adattati ta' trattament ta' tisħin għal kunsinni bħal dawn, kif previst fl-Artikoli 2, 3 u 4;

(b)

ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għal importazzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea tal-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodott mill-ħalib ikkonċernat, kif stipulat fl-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Parti II.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa mfassal fil-Parti 2 tal-Anness II;

(c)

ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II għall-kunsinna kkonċernata u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.

(d)

ikunu ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-tranżitu, inkluż għall-ħażna kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (17), iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Id-derogi fir-rigward ta' kundizzjonijiet ta' tranżitu u ħażna

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6, għandu jiġi awtorizzat it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni magħżula fuq il-fruntieri madwar l-Unjoni Ewropea għal-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (18), ta’ kunsinni li ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, bil-kundizzjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kunsinna tkun issiġillata b'siġill enumerat f'serje fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' dħul fl-Unjoni Ewropea mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti;

(b)

id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANŻITU LEJN IR-RUSSJA BISS B'PASSAĠĠ MINN ĠEWWA L-UE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli mill-istazzjon tal-ispezzjoni konfinali;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-proċedura stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-kunsinna tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon tal-ispezzjoni konfinali ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

2.   M'għandhomx ikunu permessi l-ħatt jew il-ħażna kif imfissra fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE ta' kunsinni bħal dawn fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

3.   Għandhom isiru verifiki regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li l-għadd ta' kunsinni u l-kwantitajiet ta' prodotti li jħallu t-territorju tal-Unjoni Ewropea jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li qed jidħlu fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

It-trattament speċifiku

Il-kunsinni ta' prodotti tal-ħalib awtorizzati għall-introduzzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4, 6 jew 7 minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom fejn seħħet tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta' 12-il xahar qabel id-data taċ-ċertifikat tas-saħħa, jew li wettqu tilqim kontra dik il-marda matul dak il-perjodu, għandhom jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea jekk prodotti bħal dawn għaddew minn wieħed mit-trattamenti elenkat fl-Artikolu 4.

Artikolu 9

Ir-revoka

Id-Deċiżjoni 2004/438/KE hija revokata.

Ir-referenzi għad-Direttiva 2004/438/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Għal perjodu tranżizzjonali sal-30 ta' Novembru 2010, il-kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti b'bażi tal-ħalib kif definiti fid-Deċiżjoni 2004/438/KE li fir-rigward tagħha nħarġu ċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti skont id-Deċiżjoni 2004/438/KE jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(5)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 206.

(6)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 1

(7)  ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72.

(8)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.

(9)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(11)  ĠU L 152, 16.06.2009, p. 11.

(12)  ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.

(13)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(14)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(15)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(16)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(17)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.

(18)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1


ANNESS I

Il-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat jew prodotti tal-ħalib u li tindika t-tip ta' trattament ta' tisħin obbligat għal dawn il-prodotti

“+”

:

il-pajjiż terz huwa awtorizzat

“0”

:

il-pajjiż terz mhuwiex awtorizzat


Il-Kodiċi ISO tal-pajjiż terz

Il-pajjiż terz jew parti minnu

Il-kolonna A

Il-kolonna B

Il-kolonna C

AD

L-Andorra

+

+

+

AL

L-Albanija

0

0

+

AN

L-Antilli Olandiżi

0

0

+

AR

L-Arġentina

0

0

+

AU

L-Awstralja

+

+

+

BR

Il-Brażil

0

0

+

BW

Il-Botswana

0

0

+

BY

Il-Belarus

0

0

+

BZ

Il-Beliże

0

0

+

BA

Il-Bożnja u Ħerżegovina

0

0

+

CA

Il-Kanada

+

+

+

CH

L-Iżvizzera (*)

+

+

+

CL

Iċ-Ċili

0

+

+

CN

Iċ-Ċina

0

0

+

CO

Il-Kolombja

0

0

+

CR

Il-Kosta Rika

0

0

+

CU

Kuba

0

0

+

DZ

L-Alġerija

0

0

+

ET

L-Etjopja

0

0

+

GL

Greenland

0

+

+

GT

Il-Gwatemala

0

0

+

HK

Ħong Kong

0

0

+

HN

Il-Ħonduras

0

0

+

HR

Il-Kroazja

0

+

+

IL

L-Iżrael

0

0

+

IN

L-Indja

0

0

+

IS

L-Iżlanda

+

+

+

KE

Il-Kenja

0

0

+

MA

Il-Marokk

0

0

+

MG

Madagaskar

0

0

+

MK (**)

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

0

+

+

MR

Il-Mawritanja

0

0

+

MU

Il-Mawrizju

0

0

+

MX

Il-Messiku

0

0

+

NA

In-Namibja

0

0

+

NI

In-Nikaragwa

0

0

+

NZ

New Zealand

+

+

+

PA

Il-Panama

0

0

+

PY

Il-Paragwaj

0

0

+

RS (***)

Is-Serbja

0

+

+

RU

Ir-Russja

0

0

+

SG

Singapor

0

0

+

SV

El Salvador

0

0

+

SZ

Is-Sważiland

0

0

+

TH

It-Tajlandja

0

0

+

TN

It-Tuneżija

0

0

+

TR

It-Turkija

0

0

+

UA

L-Ukraina

0

0

+

US

L-Istati Uniti

+

+

+

UY

L-Urugwaj

0

0

+

ZA

L-Afrika t’Isfel

0

0

+

ZW

Iż-Żimbabwe

0

0

+


(*)  Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).

(**)  L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tinftiehem wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar dan is-suġġett fil-livell ta' NU.

(***)  Ma jinkludix il-Kosovo li bħalissa jinsab taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999.


ANNESS II

PARTI 1

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa

“Milk-RM”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsub għal proċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.

“Milk-RMP”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat għall-konsum uman, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

“Milk-HTB”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

“Milk-HTC”

:

Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

“Milk-T/S”

:

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman, għat-trażitu/il-ħażna fl-Unjoni Ewropea.

In-noti ta' spjegazzjoni

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini, skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib ikkonċernati. Għandu jkun fihom, fl-ordni enumerata li tidher fil-mudell, l-attestati mitluba għal kull pajjiż terz u, skont kif ikun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari mitluba għall-pajjiż terz esportatur ikkonċernat.

(b)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkonsisti minn paġna waħda stampata fuq iż-żewġ naħat jew, fejn ikun meħtieġ aktar test, b’mod li l-paġni kollha jiffurmaw entità sħiħa u li ma tistax tinfired.

(c)

Irid jiġi ppreżentat ċertifikat separat, uniku għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn pajjiż terz elenkat fil-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness I u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, vettura tat-triq, ajruplan jew bastiment.

(d)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa u t-tikketti msemmija fiċ-ċertifikat mudell għandhom jitfasslu mill-inqas f’ilsien uffiċjali wieħed tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni konfinali u tal-Istat Membru destinatarju. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettulu li jitfassal f'ilsien uffiċjali ieħor tal-Unjoni Ewropea minflok tagħhom, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Fejn ikun hemm paġni addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa għall-iskop li jiġu identifikati l-oġġetti li jiffurmaw il-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jidhru fuq kull paġna.

(f)

Fejn iċ-ċertifikat tas-saħħa jinkludi iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun enumerata “–x(numru tal-paġna) minn y(numru totali ta’ paġni)–” fil-parti t'isfel tal-paġna u għandu jkollha fuqha n-numru ta' referenza taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tal-paġna.

(g)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jimtela u jiġi ffirmat minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti responsabbli li tivverifika u tiċċertifika li l-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima IX, il-Kapitolu I tal-Anness III għar-Regolament (KE) nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE’.

(h)

L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE (1) jitħarsu.

(i)

Il-lewn tal-firma tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tal-istampar fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal timbri apparti t-timbri intaljati jew dawk tal-marka tal-ilma.

(j)

L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal l-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea.

(k)

Meta ċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat.

PARTI 2

Mudell Milk-RM

Ċertifikat tas-Saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsub għal proċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell Milk-RMP

Ċertifikat tas-Saħħaa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell Milk-HTB

Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell Milk-HTC

Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 3

Mudell Milk-T/S

Ċertifikat tas-Saħħa tal-Annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, għal [tranżitu]/[ħażna] (1) (2) fl-Unjoni Ewropea

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.


Top