EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0380

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2010 tat- 30 ta’ April 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

OJ L 112, 5.5.2010, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 016 P. 179 - 180

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/380/oj

5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 380/2010

tat-30 ta’ April 2010

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a), tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pilloli ta’ 1 772  mg, li jinbiegħu fil-ħwienet, li fihom (% bil-piż):

Il-karbonat tal-kalċju (li jikkorrispondi għal 630 mg Kalċju)

88,9

Lamtu

3,5

Il-metilċellulosa idrossipropil

2,7

Crospovidone

1,9

Maltodestrina

1,3

Żejt minerali

1,2.

Barra minn hekk pillola waħda għandha kontenut ta’ 7 μg = 284 IU (unitajiet internazzjonali) vitamina D3 (kolecalciferol). Sustanzi oħra huma preżenti fi kwantitajiet iżgħar minn 1,0 % tal-piż

Id-doża ta’ kuljum rakkomandata indikata fuq it-tabella hija ta’ pillola waħda kuljum.

Skont l-informazzjoni li hemm fuq it-tabbella il-prodott jintuża bħala kura preventiv kontra pereżempju l-osteoporosi u għat-tisħiħ tal-għadam.

2106 90 92

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1 tal-Kapitolu 28, Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 .

Minħabba l-preżenza ta’ sustanzi li mhumiex koperti min-Nota 1 (a), (d) jew (e) tal-Kapitolu 28, il-prodott għandu jiġi eskluż minn dak il-Kapitolu.

Il-livell ta’ minerali u vitamini li jiġi kkonsmat (kalċju u vitamina D3) skont id-doża ta’ kuljum rakkomandata fuq it-tabella mhuwiex ogħla b’mod sinifikanti mil-livell ta’ kuljum rakkomandat għall-manteniment tas-saħħa jew il-benessri. Għalhekk il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżit tan-Nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 30, l-aħħar paragrafu, u ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 3004 (ara wkoll in-noti ta’ Sjegazzjoni dwar in-Nomenklatura Kombinata (NM EN) għall-Kapitolu 30, Nota Addizzjonali 1, punt 3).

B’kunsiderazzjoni għall-karatteristiċi tiegħu, il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala prodott għall-preparazzjoni tal-ikel taħt l-intestatura 2106 .


Top