EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0379

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2010 tal- 4 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-Annessi I, II, III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

OJ L 112, 5.5.2010, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 057 P. 205 - 207

No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R0937

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/379/oj

5.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 379/2010

tal-4 ta’ Mejju 2010

li jemenda l-Annessi I, II, III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi għandhom jiġu aġġornati biex jieħdu inkonsiderazzjoni għadd ta’ żviluppi reċenti.

(2)

Il-Ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Uzbekistan fuq il-kummerċ ta’ ċerti tessuti skada fil-31 ta’ Diċembru 2004. Sabiex jiġi inkluż is-settur tat-tessuti u tal-ħwejjeġ fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni, is-sistema ta monitoraġġ fuq il-post għandha titneħħa.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessuti mwaqqaf permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mill-5 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, II, III, tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huma emendati kif ġej:

1.

In-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna fl-Anness I tinbidel b’dan li ġej:

“(1)

N.B.: Ikopri biss il-kategoriji 1 sa 114, bl-eċċezzjoni tal-Federazzjoni Russa u s-Serbja, li għalihom huma koperti l-kategoriji 1 sa 161.”

2.

L-Anness II jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS II

IL-PAJJIŻI ESPORTATURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Ir-Russja

Is-Serbja”;

3.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 28(6) jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin:

żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż esportatur kif gej:

=

Is-Serbja

=

RS

żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru destinatarju, jew grupp ta’ Stati Membri bħal dawn, kif ġej:

=

AT

=

l-Awstrija

=

BG

=

il-Bulgarija

=

BL

=

il-Benelux

=

CY

=

Ċipru

=

CZ

=

ir-Repubblika Ċeka

=

DE

=

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

=

DK

=

id-Danimarka

=

EE

=

l-Estonja

=

GR

=

il-Greċja

=

ES

=

Spanja

=

FI

=

il-Finlandja

=

FR

=

Franza

=

GB

=

ir-Renju Unit

=

HU

=

l-Ungerija

=

IE

=

l-Irlanda

=

IT

=

l-Italja

=

LT

=

il-Litwanja

=

LV

=

il-Latvja

=

MT

=

Malta

=

PL

=

il-Polonja

=

PT

=

il-Portugall

=

RO

=

ir-Rumanija

=

SE

=

l-Iżvezja

=

SI

=

is-Slovenja

=

SK

=

is-Slovakkja

numru b’ċifra waħda li jidentifika s-sena tal-kwota jew is-sena li matulha l-esportazzjoni kienet reġistrata, fil-każ tal-prodotti mniżżla fit-tabella A ta’ dan l-Anness, jikkorrispondi mal-aħħar ċifra tas-sena inkwistjoni, eż. ‘9’ għall-2009 u ‘0’ għall-2010.

numru b’żewġ ċifri li jidentifika l-uffiċċju tal-ħruġ fil-pajjiż esportatur;

numru b’ħames ċifri li jimxi konsekuttivament minn 00001 sa 99999 allokat lill-Istat Membru ta’ destinazzjoni speċifikat.”

(b)

Tabella A se tinbidel bi:

“TABELLA A

It-Tabella tħassret.”


Top