EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0160

2010/160/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1585) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 68, 18.3.2010, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 246 - 246

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/160(1)/oj

18.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1585)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/160/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 82/894/KEE tikkonċerna n-notifiki ta’ tifqigħat ta’ mard tal-annimali elenkati fl-Anness I tagħha.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE (2) tistipula l-forma kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva 82/894/KEE. L-Annessi X/09 u X/11 ta’ dik id-Deċiżjoni jelenkaw il-kodiċi għar-reġjuni veterinarji fid-Danimarka u fi Spanja, rispettivament.

(3)

Id-Danimarka u Spanja għamlu modifiki fl-ismijiet u l-konfini tar-reġjuni veterinarji tagħhom. L-aġġustament ta’ dawn ir-reġjuni jaffettwa s-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali. Ir-reġjuni l-ġodda għandhom għalhekk jissostitwixxu dawk li bħalissa huma elenkati f’dik is-sistema. Huwa għalhekk xieraq li l-Annessi X/09 u X/11 tad-Deċiżjoni 2005/176/KE jiġu emendati skont dan.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(5)

Biex titħares il-kunfidenzjalità tat-tagħrif trażmess, l-Annessi ma’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness X/09 jinbidel bit-test li hemm fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)

L-Anness X/11 jinbidel bit-test li hemm fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(2)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.


Top