EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0157

2010/157/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Marzu 2010 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1314) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 67, 17.3.2010, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 022 P. 268 - 268

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/157/oj

17.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Marzu 2010

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1314)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/157/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE kienet emendata tliet darbiet, l-ewwel bid-Deċiżjoni 2007/231/KE (3) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta’ Mejju 2008, it-tieni bid-Deċiżjoni 2008/322/KE (4) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra sal-11 ta’ Mejju 2009, u t-tielet bid-Deċiżjoni 2009/298/KE (5) li tawlet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra, sal-11 ta’ Mejju 2010.

(4)

Fin-nuqqas ta’ miżuri oħra sodisfaċenti li jittrattaw is-sikurezza għat-tfal tal-lajters, huwa meħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tittawwal għal 12-il xahar oħra u li tkun emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/508/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta’ Mejju 2011.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2010 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.

(3)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.

(5)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.


Top