This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0800
2009/800/EC: Commission Decision of 30 October 2009 amending Decision 2004/432/EC on the approval of residue monitoring plans submitted by third countries in accordance with Council Directive 96/23/EC (notified under document C(2009) 8347) (Text with EEA relevance)
2009/800/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8347) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/800/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8347) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 285, 31.10.2009, p. 43–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 14/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0163
31.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Ottubru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8347)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/800/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 96/23/KE tistipula miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi elenkati fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għat-tressiq ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq it-talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jeżiġu dan. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tal-fdalijiet sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) tapprova l-pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi mressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti tal-annimali primarji indikati f’dik il-lista. |
(3) |
Il-Belize, il-Kamerun u l-Polineżja Franċiża ressqu pjanijiet għall-monitoraġġ tal-fdalijiet lill-Kummissjoni fir-rigward tal-għasel. Il-valutazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi mressqa minn dawk il-pajjiżi terzi fir-rigward tal-għasel. Dak il-prodott għandu għalhekk jiġi inkluż fl-annotazzjoni għal kull wieħed minn dawk il-pajjiżi terzi fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE. |
(4) |
Fil-preżent, il-Montenegro hu elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE għall-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mill-ekwini u tal-għasel. Dan l-elenkar huwa provviżorju, filwaqt li wieħed qed jistenna aktar informazzjoni dwar ir-residwi. |
(5) |
Il-Montenegro ressaq pjan aġġornat għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mit-tjur, prodotti tal-akkwakultura, il-bajd u l-għasel. Il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi fir-rigward tal-prodotti bovini, ovini/kaprini, mill-ħnieżer, mill-ekwini u l-għasel. Dawn il-prodotti għandhom għaldaqstant jibqgħu elenkati fl-annotazzjoni għall-Montenegro fil-lista tal-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE, u l-indikazzjoni dwar in-natura provviżorja ta’ dik l-annotazzjoni għandha titħassar. |
(6) |
Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi fir-rigward tat-tajr, l-annimali tal-akkwakultura u l-bajd. Għaldaqstant, dawn il-prodotti għandhom jiġu inklużi fl-annotazzjoni għall-Montenegro fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE. |
(7) |
L-ispeċi ekwini mhumiex koperti mill-pjan aġġornat għall-monitoraġġ tar-residwi li l-Montenegro ressaq lill-Kummissjoni. Għaldaqstant il-prodotti ekwini għandhom jitħassru mill-annotazzjoni għal dan il-pajjiż terz fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE. |
(8) |
Is-Seychelles fil-preżent huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE għall-prodotti tal-akkwakultura imma għadu ma ressaqx pjan tal-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-2009. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għas-Seychelles għall-prodotti tal-akkwakultura għandha titħassar mill-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(9) |
Għall-finijiet ta’ ċarezza u ta’ konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja għandhom isiru ċerti emendi żgħar lin-noti f’qiegħ il-paġna fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE. |
(10) |
Sabiex wieħed jevita xi tfixkil lill-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex jiġu koperti kunsinni ta’ xi annimali u ta’ prodotti ġejjin mill-annimali li joriġinaw mill-Montenegro u mis-Seychelles u li telqu minn dawk il-pajjiżi terzi għall-Komunità qabel dakinhar li tibda tapplika din id-Deċiżjoni.. |
(11) |
Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2009.
L-emendi tal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE bid-Deċiżjoni preżenti ma għandhomx japplikaw għal kunsinni tal-annimali ekwini u l-prodotti tagħhom li joriġinaw mill-Montenegro u dawk tal-akkwakultura mis-Seychelles fejn l-importatur ta’ tali annimali u prodotti jista’ juri li dawn kienu ntbagħtu mill-Montenegro u mis-Seychelles, rispettivament, u li kienu fi triqithom lejn il-Komunità qabel id-data tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(2) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi ISO2 |
Pajjiż |
Bovini |
Ovini/kaprini |
Ħnieżer |
Ekwini |
Tajr |
Akkwakultura |
Ħalib |
Bajd |
Fniek |
Tajr selvaġġ |
Tajr imrobbi |
Għasel |
AD |
Andorra (1) |
X |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
AE |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
AL |
L-Albanija |
|
X |
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
AN |
L-Antilles tal-Olanda |
|
|
|
|
|
|
X (2) |
|
|
|
|
|
AR |
L-Arġentina |
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
AU |
L-Awstralja |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
BA |
Il-Bożnja u Ħerzegovina |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BD |
Il-Bangladexx |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
BR |
Il-Brażil |
X |
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
BW |
Il-Botswana |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
BY |
Il-Belarus |
|
|
|
X (3) |
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
BZ |
Il-Beliże |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
CA |
Il-Kanada |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CH |
L-Iżvizzera |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
CL |
Iċ-Ċile |
X |
X (4) |
X |
|
X |
X |
X |
|
|
X |
|
X |
CM |
Il-Kamerun |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
CN |
Iċ-Ċina |
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
|
X |
CO |
Il-Kolombja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CR |
Il-Kosta Rika |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
CU |
Kuba |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
EC |
L-Ekwador |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ET |
L-Etjopja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
FK |
Il-Gżejjer Falklands |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
FO |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GL |
Greenland |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
GM |
Il-Gambja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
GT |
Il-Gwatemala |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
HK |
Ħong Kong |
|
|
|
|
X (2) |
X (2) |
|
|
|
|
|
|
HN |
Il-Ħonduras |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
HR |
Il-Kroazja |
X |
X |
X |
X (3) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
ID |
L-Indoneżja |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
IL |
L-Iżrael |
|
|
|
|
X |
X |
X |
X |
|
|
X |
X |
IN |
L-Indja |
|
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
X |
IS |
L-Iżlanda |
X |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
|
|
X (2) |
|
IR |
L-Iran |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
JM |
Il-Ġamajka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
JP |
Il-Ġappun |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
KG |
Il-Kirgistan |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
KR |
Il-Korea t’Isfel |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
LK |
Sri Lanka |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MA |
Il-Marokk |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ME |
Il-Montenegro |
X |
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
MG |
Il-Madagaskar |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
MK |
L-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (5) |
X |
X |
|
X (3) |
|
|
X |
|
|
|
|
|
MU |
Il-Mawrizju |
|
|
|
|
X (2) |
X |
|
|
|
|
|
|
MX |
Il-Messiku |
|
|
|
X |
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
MY |
Il-Malażja |
|
|
|
|
X (6) |
X |
|
|
|
|
|
|
MZ |
Il-Możambik |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
NA |
In-Namibja |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
NC |
Il-Kaledonja Ġdida |
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
X |
NI |
In-Nikaragwa |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
NZ |
New Zealand |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
|
X |
X |
X |
PA |
Il-Panama |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PE |
Il-Perù |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
PF |
Il-Polineżja Franċiża |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PH |
Il-Filippini |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
PN |
Il-Gżejjer Pitcairn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
PY |
Il-Paragwaj |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
RS |
Is-Serbja (7) |
X |
X |
X |
X (3) |
X |
X |
X |
X |
|
X |
|
X |
RU |
Ir-Russja |
X |
X |
X |
X (3) |
X |
|
X |
X |
|
|
X (8) |
X |
SA |
L-Għarabja Sawdija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SG |
Singapor |
X (2) |
X (2) |
X (2) |
|
X (2) |
X (2) |
X (2) |
|
|
|
|
|
SM |
San Marino (9) |
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SR |
Is-Surinam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
SV |
El Salvador |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
SZ |
Is-Sważiland |
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TH |
It-Tajlandja |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
X |
TN |
It-Tuneżija |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
X |
|
|
TR |
It-Turkija |
|
|
|
|
X |
X |
X |
|
|
|
|
X |
TW |
It-Tajwan |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
TZ |
It-Tanżanija |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
UA |
L-Ukraina |
|
|
|
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
|
X |
UG |
L-Uganda |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
US |
L-Istati Uniti |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
UY |
L-Urugwaj |
X |
X |
|
X |
|
X |
X |
|
X |
X |
X |
X |
VE |
Il-Venezwela |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
VN |
Il-Vjetnam |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
YT |
Mayotte |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
ZM |
Iż-Żambja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
ZW |
Iż-Żimbabwe |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
(1) Il-pjan inizjali għall-monitoraġġ tar-residwi approvat mis-sottogrupp veterinarju KE-Andorra (skont id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84)).
(2) Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati jew minn Stati Membri tal-UE għall-produzzjoni tal-ikel.
(3) Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għall-qatla (annimali għall-produzzjoni tal-ikel biss).
(4) Annimali ovini biss.
(5) L-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.
(6) Il-Malażja Peninżulari (tal-Punent) biss.
(7) Mhux inkluż il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.
(8) Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.
(9) Il-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino tat-28 ta’ Ġunju 1994 (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).”