Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0082

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 82/2009 tat- 3 ta' Lulju 2009 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 277, 22.10.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2011; Impliċitament imħassar minn 22011D0076

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/82(2)/oj

22.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 82/2009

tat-3 ta' Lulju 2009

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2009 tal-5 ta' Frar 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 tad-9 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jimxu ġewwa l-Komunità (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jinżdied f'punt 2 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72) tal-Anness VI tal-Ftehim:

“—

32009 R 0120: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 120/2009 tad-9 ta' Frar 2009 (ĠU L 39, 10.2.2009, p. 29).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 120/2009 fil-lingwi Iżlandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-4 ta' Lulju 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 45.

(2)  ĠU L 39, 10.2.2009, p. 29.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top