This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009E0769
Council Joint Action 2009/769/CFSP of 19 October 2009 amending Joint Action 2007/405/CFSP on the European Union police mission undertaken in the framework of reform of the security sector (SSR) and its interface with the system of justice in the Democratic Republic of the Congo (EUPOL RD Congo)
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/769/PESK tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/769/PESK tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
ĠU L 274, 20.10.2009, pp. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/02/2009
|
20.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/45 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/769/PESK
tad-19 ta’ Ottubru 2009
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1). |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/485/PESK (2) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009. |
|
(3) |
Fil-15 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/466/PESK (3) li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2010. L-Azzjoni Konġunta 2009/466/PESK ipprevediet li l-Kunsill għandu jistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sabiex ikopri n-nefqa marbuta mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ sforz rinnovat u aktar b’saħħtu biex tiġi miġġielda l-persistenza tal-vjolenza sesswali u l-impunità fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, speċjalment fir-Reġun tal-Lvant. Għal dan il-għan, għandu jsir provvediment sabiex il-missjoni tiskjera persunal speċjalizzat sabiex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u l-impunità. |
|
(5) |
Il-mandat ta’ din il-Missjoni qiegħed jitwettaq f’kuntest ta’ sigurtà li jista’ jkun li jiddeterjora u jkun ta’ ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) kif definit fl-Artikolu 11 tat-Trattat. |
|
(6) |
L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK għandha tiġi rispettivament emendata. |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2(1), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-missjoni ser tappoġġa r-RSS fil-qasam tal-pulizija u tar-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja. Permezz ta’ azzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ ġestjoni u ta’ konsulenza u b’enfasi fuq id-dimensjoni strateġika, EUPOL RD Congo għandha:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 (3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-missjoni għandu jkollha ċellula ta’ riċerka sabiex jiġu identifikati u implimentati proġetti. Il-missjoni għandha tagħti pariri lill-Istati Membri u lill-Istati terzi u tikkoordina u tiffaċilita, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom f’oqsma li huma ta’ interess għall-missjoni u ta’ appoġġ għall-objettivi tagħha”. |
|
(3) |
L-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-missjoni għandu jkollha preżenza permanenti f’Goma u Bukavu, fil-parti tar-RDK tal-Lvant, sabiex twassal assistenza u kompetenza lill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni fil-lvant tar-RDK. Persunal speċjalizzat addizjonali fil-qasam tal-investigazzjoni kriminali, inkluż il-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali għandu jiġi skjerat f’Goma u Bukavu, iżda l-qasam ta’ kompetenza tiegħu għandu jkopri t-territorju sħiħ tar-RDK u l-post tas-servizz tiegħu jista’ jvarja skont it-tibdil fis-sitwazzjoni lokali u l-kondizzjonijiet ta’ sigurtà. Huwa għandu jkun taħt l-awtorità diretta tal-Viċi Kap tal-Missjoni inkarigat bl-Operazzjonijiet.” |
|
(4) |
Fl-Artikolu 3(3), għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja intiż biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 għandu jkun ta’ EUR 5 150 000.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Luxembourg, id-19 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 46.