This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009E0571
Council Joint Action 2009/571/CFSP of 27 July 2009 extending the mandate of the European Union Special Representative for the crisis in Georgia
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/571/PESK tas- 27 ta’ Lulju 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/571/PESK tas- 27 ta’ Lulju 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja
ĠU L 197, 29.7.2009, p. 109–109
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2010
29.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/109 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/571/PESK
tas-27 ta’ Lulju 2009
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/760/PESK (1) li taħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja sat-28 ta’ Frar 2009. |
(2) |
Fis-16 ta’ Frar 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/131/PESK (2) li testendi l-mandat tal-EUSR sal-31 ta’ Awwissu 2009. |
(3) |
Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2009/131/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur. |
(4) |
Ir-RSUE se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2009/131/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea Il-mandat tas-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.” |
(2) |
l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri l-infiq relatat mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun ta’ EUR 445 000.” |
(3) |
L-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Artikolu 13 Reviżjoni L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-koerenza tagħha ma’ inizjattivi oħrajn tal-UE għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu qabel l-aħħar ta’ Novembru 2009. Dak ir-rapport għandu jifforma l-bażi għall-valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta mill-Gruppi ta’ Ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.” |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
(1) ĠU L 259, 27.9.2008, p. 16.
(2) ĠU L 46, 17.2.2009, p. 47.