EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0375

2009/375/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Mejju 2009 dwar il-finanzjament ta’ programm ta’ ħidma għall-2009 dwar strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti

OJ L 116, 9.5.2009, p. 54–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/375/oj

9.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Mejju 2009

dwar il-finanzjament ta’ programm ta’ ħidma għall-2009 dwar strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti

(2009/375/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 (1)(i) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 882/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (4), u b’mod partikolari, l-Artikoli 51 u 66 (1) b) u c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 (5) li twaqqaf aġenzija eżekuttiva l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika” għall-maniġment tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa Pubblika - skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2008) 4943 tad-9 ta’ Settembru 2008 li tiddelega l-poteri lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi bil-ħsieb għall-prestazzjoni ta’ ħidmiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-Programm għas-Saħħa Pubblika 2003-2008 kif adottat bid-Deċiżjoni 1786/2002/KE, il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni 1350/2007/KE, il-Programm tal-Konsumatur 2007-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni 1926/2006/KE u l-miżuri ta’ taħriġ dwar is-sikurezza tal-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, l-impenn tan-nefqa għandu jsir wara deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit;

(2)

Huma previsti azzjonijiet differenti fil-qasam ta’ strumenti ta’ taħriġ f’bosta atti leġiżlattivi li jitrattaw is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Dawn l-azzjonijiet iridu jiġu ffinanzjati mill-baġit Komunitarju. Il-finanzjament ta’ azzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għal deċiżjoni unika.

(3)

Skont l-Artikoli 4, u 6 ta’ Deċiżjoni 2004/858/KE l-Aġenżija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ taħriġ dwar is-sikurezza tal-ikel koperta bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE u għandha tirċievi l-approprijazzjonijiet neċessarji għal dak il-għan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-programm ta’ ħidma fl-Anness rigward il-finanzjament fl-2009 ta’ azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti huwa adottat.

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Saħħa u l-Konsumatur” huwa responsabbli mill-pubblikazzjoni u t-twettiq tiegħu.

Fil-massimu tal-baġit indikattiv ta’ kull azzjoni speċifika, bidliet kumulattivi li ma jaqbżux l-20 % ma jitqisux bħala sostanzjali sakemm ma jaffettwawx b’mod sinifikanti n-natura u l-għanijiet tal-pjan ta’ ħidma. L-uffiċjal li jawtorizza, imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, jista’ jadotta bidliet ta’ din ix-xorta b’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.

Artikolu 2

Is-sussidju li operattiv imdaħħal fil-linja ta’ baġit 17 01 04 31 għandu jitħallas lill-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumatur”.

Artikolu 3

L-approprijazzjonijiet koperti bil-programm ta’ ħidma fl-anness jistgħu jintużaw biex jitħallsu imgħaxx awtomatiku skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (KE, Euratom), Nru 1605/2002.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1 kif emendat bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 98.


ANNESS

Programm ta’ ħidma għall-2009 dwar strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti

TAĦRIĠ

1.   Linji Baġitarji: 17.04 07.01 u 17.04 04.01

Bażi ġuridika:

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 u l-Artikolu 66 (1)b;

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, l-Artikolu 2 (1)(i).

L-azzjoni li se tiġi ffinanzjata minn dan il-baġit għandha l-għan li tiżviluppa, torganizza u twettaq korsijiet ta’ taħriġ u workshops jew seminars fil-Komunità u f’pajjiżi terzi biex tiżgura li ħaddiema li jwettqu kontrolli uffiċjali huma mħarrġa kif xieraq. Permezz ta’ dawn il-korsijiet u seminars ta’ taħriġ, uffiċjali tal-gvern, awtoritajiet nazzjonali u esperti tal-laboratorji, għandhom jiġu mgħarrfa u mħarrġa dwar il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-għalf u l-ikel u r-rekwiżiti ta’ kontroll għall-għalf u l-ikel li jista’ jiġi permess fis-swieq Komunitarji.

Il-Kummissjoni tikkontribwixxi għat-taħriġ ta’ uffiċjali fl-Istati Membri billi tissupplimenta t-taħriġ miksub f’livell nazzjonali b’taħriġ f’aspetti li huma rilevanti minn perspettiva Komunitarja.

Għall-2009, l-azzjonijiet ta’ taħriġ se jkunu dwar is-suġġetti li ġejja:

Proċeduri ta’ kontroll għall-ikel u l-għalf imsejsa fuq prinċipji tal-HACCP (Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta’ Kontroll Kritiċi); metodi ta’ verifika biex ikun ivverifikat it-twettiq tas-sistemi HACCP;

Prevenzjoni għas-saħħa tal-annimali u kontrolli;

L-Iġjene u l-Kontroll tal-Ikel: prodotti tal-ħut, tal-laħam u tal-ħalib;

Il-ħarsien minn, il-kontroll u l-qerda tal-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered;

Kontrolli tas-Saħħa tal-Pjanti;

Materjali ta’ Kuntatt mal-Ikel;

Analiżi OĠM;

Regoli dwar l-ikel u rekwiżiti għall-importazzjoni tal-ikel tal-UE;

Dijanjożi u kontroll ta’ Influwenza tat-Tjur Patoġenika Ħafna;

Kwistjonijiet oħra dwar il-benessri u saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u s-sikurezza tal-ikel, kooperazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħra għat-taħriġ dwar is-sikurezza tal-ikel.

(EUR 12 300 000)

Finanzjament permezz ta’ akkwist pubbliku.

L-ammont baġitarju globali riservat għall-akkwisti matul is-sena jammonta għal EUR 12 300 000.

Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn fuq se jiġi ffirmat kuntratt wieħed, jew aktar, ta’ servizz speċifiku. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 14-il kuntratt ta’ servizz. Kuntratturi esterni huma nvoluti l-aktar fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ.

L-għan huwa li titnieda proċedura ta’ akkwist kemm jista’ jkun malajr (bejn Marzu u Ġunju) biex il-kuntratti jiġu ffirmati matul l-2009.

EUR 12 000 000 (finanzjament ta’ miżuri tas-sikurezza tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE) minn EUR 12 300 000 se jiġu mmaniġjati u implimentati mill-Aġenzija (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE (1). It-EUR 300 000 li jibqa’ se jintużaw mill-Kummissjoni biex ikopru l-programm dwar l-OĠM.

2.   Linja baġitarja: 17.01.04.05

Bażi ġuridika:

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66 (1)(c).

L-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati skont dan il-baġit huma immirati biex iniedu:

Proġett pilota e-taħriġ dwar programmi speċifiċi ta’ taħriġ biex iħallu “Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur” jilħaq udjenza usa ta’ persunal li qed iwettaq kontrolli uffiċjali kemm fi Stati Membri tal-UE u f’pajjiżi terzi;

Studju biex jidentifika u jiddefinixxi “l-aħjar prassi” fl-attivitajiet ta’ Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur sabiex jiġi promoss aħjar l-approċċ “ħarreġ lil min iħarreġ” billi jiġu speċifikati strumenti ta’ taħriġ li jridu jiġu adattati għal ħtiġijiet speċifiċi.

Fl-aħħarnett, biex il-programmi ta’ taħriġ jiġu organizzati aħjar, jeħtieġ li jiġu ffinanzjati tagħmir u strumenti tal-IT, kif ukoll materjal promozzjonali, u appoġġ ta’ tagħrif u komunikazzjoni.

(EUR 370 000)

Finanzjament: kuntratti ta’ qafas eżistenti u/jew proċeduri ta’ akkwist pubbliku

Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 4 kuntratti ta’ servizz.

Qafas ta’ żmien indikattiv għal iffirmar tal-kuntratti: bejn Marzu u Lulju.

3.   Linja baġitarja: 17.01.04.31

Bażi ġuridika:

Id-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 6.

Dan il-baġit jiffinanzja s-sussidju li jopera tal-Aġenzija għas-sena 2009 marbut mal-programmi skont l-“FP Intestatura 2”. Il-linja ta’ Baġit 17.01.04.31 tiffinanzja s-sussidju li jopera tal-Aġenzija għall-2009 għall-parti relatata mal-programm Taħriġ Aħjar għal-Ikel Sikur. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 58/2003 (2) s-sussidju li jopera għandu jittieħed mill-allokazzjoni finanzjarja għall-progammi tal-Komunità mmaniġjati mill-Aġenzija. Żewġ linji ta’ baġit separati inħolqu bil-baġit 2009 għas-sussidju li jrid jitħallas lill-EAHC, wieħed għall-programmi skont l-Intestatura 2 u ieħor għal programmi skont l-Intestatura 3b tal-Perspettivi Finanzjarji.

(EUR 1 100 000)

Sommarju

Nru

Isem

Linja Baġitarja

Bażi ġuridika

Ammont

f’EUR

1

Taħriġ: kuntratti esterni għat-twettiq ta’ programmi ta’ taħriġ

17 04 07 01

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

11 300 000

17 04 04 01

Id-Direttiva 2000/29/KE

1 000 000

2

Taħriġ: rapport annwali, proġett pilota tal-e-taħriġ, l-aħjar prassi, tagħmir u strumenti tal-IT, materjal promozzjonali, appoġġ ta’ tagħrif u komunikazzjoni

17 01 04 05

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

370 000

3

Sussidju li jopera

17 01 04 31

Id-Deċiżjoni 2008/544/KE

1 100 000

TOTAL

 

 

13 770 000


(1)  OJ L 173, 3.7.2008, p. 27.

(2)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.


Top